+4. Dispożizzjonijiet ġenerali
---+11. Skont l-Artikolu 108(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l- istituzzjonijiet li japplikaw l - …
---+12. Għall -finijiet tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kwalunkwe referenza għat …
---+13. L-effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ netting fil- karta bilanċjali għandhom …
---+14. Għat - tipi ta’ skoperturi li għalihom ikunu rċevew permess biex jużaw l - estimi proprji tal …
---+15. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu assigurazzjoni ta’ kreditu skont il - paragrafu 14 …
---+16. It- trattament ta’ klassifikazzjonijiet ta’ partijiet terzi ppreżentati fil - paragra fi 62 sa …

4. Dispożizzjonijiet ġenerali

4. Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
11. Skont l-Artikolu 108(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l- istituzzjonijiet li japplikaw l - …

Skont l-Artikolu 108(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l- istituzzjonijiet li japplikaw l - approċċ IRB billi juża w l- estimi proprji tagħhom tal -LGD skont l-Artikolu 143(2) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jirrikonoxxu l -mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 3 ta’ dak ir-Regolament. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn dawk ir-rekwiżiti huma msemmija fil -Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 3 ta’ dak ir-Regolament u skont dawn il-linji gwida.

12. Għall -finijiet tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kwalunkwe referenza għat …

Għall -finijiet tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kwalunkwe referenza għat - terminu “kollateral” għandha tinftiehem bħala referenza għall - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għajr il - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata msemmija fl -Artikolu 166(2) u (3) ta’ dak ir- Regolament. Dan jinkludi, b’mod partikolari, protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għajr ftehimiet prinċipali ta’ netting u netting fil - karta bilanċjali. L -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ ftehimiet prinċipali ta’ netting u ta’ netti ng fil- karta bilanċjali huma riflessi fil - valur tal - iskopertura. Għalhekk, għat - tipi ta’ skoperturi fejn l - istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw l - estimi proprji tal -LGD, l- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata skont l-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biss meta dik il-protezzjoni ma tkunx diġà ġiet rikonoxxuta fil - valur tal - iskopertura għall - każijiet speċifikati fl - Artikolu 166 ta’ dak ir-Regolament u skont il- paragrafu 13.

13. L-effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ netting fil- karta bilanċjali għandhom …

L-effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ netting fil- karta bilanċjali għandhom jiġu rikonoxxuti fil - valur tal - iskopertura skont l -Artikolu 166(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ ftehimiet prinċipali ta’ netting għandhom jiġu rikonoxxuti fil - valur tal - iskopertura skont l -Artikolu 166(2) ta’ dak ir- Regolament. Filwaqt li jirrikonoxxu l -effetti ta’ netting fil- karta bilanċjali u ta’ ftehimiet prinċipali ta’ netting, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r - rekwiżiti kollha relatati ma’ dawn it - tekniki speċifikati fil - Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi l -kriterji ta’ el iġibbiltà u l - metodi għar - rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ dawn l-istrumenti.

14. Għat - tipi ta’ skoperturi li għalihom ikunu rċevew permess biex jużaw l - estimi proprji tal …

Għat - tipi ta’ skoperturi li għalihom ikunu rċevew permess biex jużaw l - estimi proprji tal -LGD, l-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu l -effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata skont l-Artikolu 160(5), l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 164(2)-(3) u l-Artikolu 183 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

15. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu assigurazzjoni ta’ kreditu skont il - paragrafu 14 …

L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu assigurazzjoni ta’ kreditu skont il - paragrafu 14 jekk it-tekniki assoċjati ta’ mitigazzjoni tar - riskju ta’ kreditu jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata skont id-definizzjoni fil- punt (59) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l - assigurazzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 183(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 183(2) jew 183(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont jekk l-assigurazzjoni ta’ kreditu tiffunzjonax b’mod effettiv bħal garanzija jew bħala derivattiv ta’ kreditu rispettivament.

16. It- trattament ta’ klassifikazzjonijiet ta’ partijiet terzi ppreżentati fil - paragra fi 62 sa …

It- trattament ta’ klassifikazzjonijiet ta’ partijiet terzi ppreżentati fil - paragra fi 62 sa 64 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal- LGD, filwaqt li titqies id -definizzjoni tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il- punt (57) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ma għandux jitqies bħala metodu għar - rikonoxximent tal-effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, u mhuwiex kopert mill - kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il - linji gwida. B’mod partikolari, il - garanzija xierqa msemmija fil - paragrafu 62(a) ta’ dawk il- linji gwida hija relatata ma’ tip ta’ appoġġ kuntrattwali pprovdut minn parti terza lill - obbligant u għalhekk ma tikkostitwixxix teknika tal-mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu użata minn istituzzjoni fis -sens tal- punti (57) u (59) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/