+31. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu …
|
31. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu …
L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi jużaw wieħed mill - metodi li ġejjin: - (a) l- aġġustament tal -estimi tal-PD jew tal-LGD skont l-Artikolu 160(5), 161(3) u 164(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, abbażi tal - kriterji speċifikati mill -istituzzjonijiet skont l-Artikolu 183(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jintuża, b’mod partikolari, wieħe d mill- approċċi li ġejjin:
- (i) irrispettivament mill - approċċ applikat għal skoperturi diretti komparabbli għall -garanti, l- aġġustament ta’ gradi, aggregazzjonijiet jew estimi tal -LGD, , inkluż l - LGD f’inadempjenza u l -EL BE , billi fl-estima tal- parametri tar -riskju titqies il - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata kif speċifikat aktar f’dawn il - linji gwida (jiġifieri l - approċċ ta’ mmudellar);
- (ii) meta skoperturi diretti komparabbli għall - garanti huma, jew se jiġu, ttrattati skont l- approċċ IRB bi jew mingħajr l - estimi proprji tal -LGD u l-fatturi ta’ konverżjoni, is -sostituzzjoni kemm tal- parametri tar -riskju tal-PD kif ukoll tal-LGD tal- iskopertura sottostanti mal -PD u l- LGD korrispondenti ta’ skopertura diretta komparabbli għa ll- garanti kif speċifikat aktar f’dawn il -linji gwida (jiġifieri l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju);
- (iii) irrispettivament mill - approċċ applikat għal skoperturi diretti komparabbli għall -garanti, l- aġġustament ta’ gradi, aggregazzjonijiet jew estimi tal-LGD, inkluż l - LGD f’inadempjenza u l -EL BE , fl- applikazzjoni ta’ parametri tar -riskju billi jieħu preċedenza fuq il - proċess ta’ assenjament ta’ grad skont l -Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u t- Taqsima 8.2 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal- LGD (jiġifieri l - preċedenza);
- (b) jekk l- istituzzjoni tapplika l - Approċċ standardizzat għal skoperturi diretti komparabbli għall - garanti, u ma tirrikonoxxix l -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-UFCP fl-estimi tal-PD u tal-LGD skont il- punt (a), l- użu tal - ponderazzjoni tar - riskju applikabbli skont l- Approċċ standardizzat f’konformità mal -Artikolu 183(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (jiġifieri l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- ponderazzjoni tar -riskji);
- (c) il-kalkolu tal-ammont tal- iskopertura ponderat għar -riskju skont l-Artikolu 153(3), l-Artikolu 154(2), l-Artikolu 161(4) u l-Artikolu 164(3), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (jiġifieri t - trattament ta’ inadempjenza doppja).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|