+6.2 L-effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata
---+31. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu …
---+32. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari biex jivvalutaw l -effetti tal- protezzjoni …
---+33. Il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li ma tissodisfax ir - rekwiżiti tal - …
---+34. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i) …
---+35. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i) …
---+36. L- istituzzjonijiet jistgħu jadottaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju …
---+37. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju jew …
---+38. Għall -finijiet tal- paragr afu 37 , jekk protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari …
---+39. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u …
---+40. Fejn l- istituzzjonijiet japplikaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju …
---+41. Fejn l- istituzzjonijiet jaġġustaw il - parametri ta r- riskju f’każijiet individwali billi …
---+42. Fejn l- istituzzjonijiet jadottaw wieħed mill - approċċi deskritti fil - paragrafu 31(a) u …
---+43. Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju …
---+44. Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ ta’ sostituzzjoni tal - parametri tar -riskju …
---+45. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju …
---+46. Għall -finijiet tal- paragrafu 45 u sabiex jiġu rikonoxxuti l -effetti ta’ tekniki ta’ …
---+47. Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ …
|
6.2 L-effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata
6.2 L-effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
31. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu …
|
L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi jużaw wieħed mill - metodi li ġejjin: - (a) l- aġġustament tal -estimi tal-PD jew tal-LGD skont l-Artikolu 160(5), 161(3) u 164(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, abbażi tal - kriterji speċifikati mill -istituzzjonijiet skont l-Artikolu 183(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jintuża, b’mod partikolari, wieħe d mill- approċċi li ġejjin:
- (i) irrispettivament mill - approċċ applikat għal skoperturi diretti komparabbli għall -garanti, l- aġġustament ta’ gradi, aggregazzjonijiet jew estimi tal -LGD, , inkluż l - LGD f’inadempjenza u l -EL BE , billi fl-estima tal- parametri tar -riskju titqies il - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata kif speċifikat aktar f’dawn il - linji gwida (jiġifieri l - approċċ ta’ mmudellar);
- (ii) meta skoperturi diretti komparabbli għall - garanti huma, jew se jiġu, ttrattati skont l- approċċ IRB bi jew mingħajr l - estimi proprji tal -LGD u l-fatturi ta’ konverżjoni, is -sostituzzjoni kemm tal- parametri tar -riskju tal-PD kif ukoll tal-LGD tal- iskopertura sottostanti mal -PD u l- LGD korrispondenti ta’ skopertura diretta komparabbli għa ll- garanti kif speċifikat aktar f’dawn il -linji gwida (jiġifieri l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju);
- (iii) irrispettivament mill - approċċ applikat għal skoperturi diretti komparabbli għall -garanti, l- aġġustament ta’ gradi, aggregazzjonijiet jew estimi tal-LGD, inkluż l - LGD f’inadempjenza u l -EL BE , fl- applikazzjoni ta’ parametri tar -riskju billi jieħu preċedenza fuq il - proċess ta’ assenjament ta’ grad skont l -Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u t- Taqsima 8.2 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal- LGD (jiġifieri l - preċedenza);
- (b) jekk l- istituzzjoni tapplika l - Approċċ standardizzat għal skoperturi diretti komparabbli għall - garanti, u ma tirrikonoxxix l -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-UFCP fl-estimi tal-PD u tal-LGD skont il- punt (a), l- użu tal - ponderazzjoni tar - riskju applikabbli skont l- Approċċ standardizzat f’konformità mal -Artikolu 183(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (jiġifieri l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- ponderazzjoni tar -riskji);
- (c) il-kalkolu tal-ammont tal- iskopertura ponderat għar -riskju skont l-Artikolu 153(3), l-Artikolu 154(2), l-Artikolu 161(4) u l-Artikolu 164(3), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (jiġifieri t - trattament ta’ inadempjenza doppja).
|
|
32. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari biex jivvalutaw l -effetti tal- protezzjoni …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari biex jivvalutaw l -effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fuq il - parametri tar -riskju. Il- politiki għandhom ikunu konsistenti mal - prattiki tagħhom tal - ġestjoni tar - riskji interni u għandhom jirriflettu r - rekwiżiti tal -Artikolu 183(2) u 183(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u r- rekwiżiti speċifikati f’dawn il -linji gwida. F’dawn il- politiki, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu speċifikazzjoni ċara ta’ liema metodi speċifiċi deskritti fil- paragrafu 31 għandhom jintużaw għal kull sistema ta’ klassifikazzjoni, u għandhom japplikaw dawn il - politiki b’mod konsistenti matul iż - żmien.
|
|
33. Il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li ma tissodisfax ir - rekwiżiti tal - …
|
Il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li ma tissodisfax ir - rekwiżiti tal - eliġibbiltà għall - garanti u l- garanziji speċifikati fl -Artikolu 183(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fit-Taqsima 5.2 ta’ dawn il- linji gwida ma għandhiex tiġi rikonoxxuta bl - użu ta’ kwalunkwe wieħed mill- metodi speċifikati fil - paragrafu 31 . Għall -finijiet ta’ stima tal-LGD, il-flussi tal- flus riċevuti mill- eżerċizzju ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata ineliġibbli għandhom jiġu ttrattati daqslikieku ġew riċevuti mingħajr l - użu ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Irrispettivament minn dan i t-trattament, l- istituzzjonijiet għandhom jiġbru l -informazzjoni dwar is-sors tal-flussi tal- flus relatati ma’ protezzjonijiet ta’ kreditu mhux iffinanzjati ineliġibbli u jallokawhom b’mod xieraq. L - istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw b’mod regolari l - livelli ta’ dawn il-flussi tal-flus kif ukoll il- punt sa fejn jintużaw it - tipi rilevanti ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Fejn ikun meħtieġ, l - istituzzjonijiet għandhom iwettqu aġġustamenti xierqa sabiex jiġi evitat kwalunkwe preġudizzju fl -estimi tal-PD u tal-LGD.
|
|
34. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i) …
|
Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i), dawn għandhom iqisu u, jekk rilevanti, iqisu l -estimi tal- LGD b’mod konservattiv, tal - elementi li ġejjin: - (a) kwalunkwe diskrepanza fil -muniti bejn l-obbligu sottostanti u l- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata;
- (b) il-grad sa fejn il- kapaċità tal -garanti li jissodisfa l-obbligu kuntrattwali skont il- ftehim ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata huwa korrelatat mal - kapaċità tad -debitur li jħallas lura;
- (c) l- istatus inadempjenti tal -garanti u l- kapaċità mnaqqsa tiegħu li tirriżulta biex jissodisfa l-obbligu kuntrattwali skont il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata.
|
|
35. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i) …
|
Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ ta’ mmudellar speċifikat fil - paragrafu 31(a)(i), il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tista’ titqies bħala motivatur tar -riskju fis-sistema ta’ klassifikazzjoni. B’mod partikolari, dan jista’ jikkonsisti minn: - (a) l- aġġustament biss tal -estimi tal-LGD skont l- esperjenza storika relatata mal -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu osservati tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fuq LGDs realizzati, inklużi l - irkupri realizzati u l - ispejjeż materjali assoċjati mal - eżerċizzju tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata;
- (b) l- aġġustament kemm tal -estimi tal-PD kif ukoll tal-LGD, fejn l- istituzzjonijiet jistgħu jipprovdu evidenza empirika li l - eżistenza tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandha impatt fuq il -PD tad-debitur u jintwera li l- aġġustament simultanju kemm tal - estimi tal-PD kif ukoll tal- LGD ma jwassalx għal għadd doppju tal -effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata jew għal sottovalutazzjoni tat -telf mistenni.
L- uniku aġġustament tal -estimi tal- PD għandu jitqies bħala mhux xieraq fi kwalunkwe ċ irkostanza.
|
|
36. L- istituzzjonijiet jistgħu jadottaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju …
|
L- istituzzjonijiet jistgħu jadottaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju speċifikat fil- paragrafu 31(a)(ii) biss meta jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet li ġejjin: - (a) il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata hija eliġibbli skont il - kriterji rilevanti għal protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata st abbiliti fil-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
- (b) l- istituzzjoni tista’ raġonevolment tistenna li l - ispejjeż diretti ta’ eżerċizzju tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata huma negliġibbli fir -rigward tal-ammont koper t mill- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata;
- (c) il- garanti jkun fi stat mhux inadempjenti.
|
|
37. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju jew …
|
Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju jew l- approċċ tas-sostituzzjoni tal- ponderazzjoni tar - riskji speċifikati fil - paragrafu 31(a)(ii) u 31(b) rispettivament, huma għandhom: - (a) jiġbru u jaħżnu informazzjoni dwar il - karatteristiċi u l - prestazzjoni tad -debitur u l-iskopertura u jużaw din l -informazzjoni fl-estima tal-PD tad-debitur skont il-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal-LGD;
- (b) għall - finijiet ta’ ġestjoni tar - riskji interni, iqisu separatament skoperturi diretti għall - garanti u skoperturi ggarantiti minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata pprovduti minn dawn l-entitajiet;
- (c) jiddefinixxu kamp ta’ applikazzjoni separat tal - mudelli LGD u jikkalkulaw separatament il- ponderazzjoni tar - riskju għat - tip ta’ skoperturi garantiti jew partijiet ta’ skoperturi li l- parametri ta’ riskju tal -PD u tal-LGD tagħhom jiġu ssostitwiti jew li jiġu assenjati l - ponderazzjoni tar -riskju tal- garanti. Għall - iskoperturi garantiti jew partijiet ta’ skoperturi inklużi fil - kamp ta’ applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar-riskju jew tal- approċċ tas -sostituzzjoni tal- ponderazzjoni tar -riskji, l-istituzzjonijiet mhumiex meħtieġa jagħtu stima tal - LGDs għajr l -LGDs tal- iskoperturi diretti komparabbli għall -garanti jekk jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju.
|
|
38. Għall -finijiet tal- paragr afu 37 , jekk protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari …
|
Għall -finijiet tal- paragr afu 37 , jekk protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari ma tkoprix kompletament l - iskopertura oriġinali, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jassenjaw lill- parti tal - iskopertura li mhijiex koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari, l -estimi tal-PD u tal- LGD applikabbli għall - iskopertura oriġinali mingħajr ma jiġi rikonoxxut l -effett tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari. Barra minn hekk, għall -finijiet tal-kalkolu tal- LGD realizzat applikabbli għall - parti tal - iskopertura mhux koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, l - istituzzjonijiet għandhom jallokaw flussi tal- flus u spejjeż kif ġej: - (a) Il-flussi tal- flus riċevuti mill - garanti għandhom jiġu allokati lill - parti garantita tal - iskopertura, filwaqt li l -flussi tal- flus li jiġu minn kwalunkwe sors ieħor għandhom jiġu allokati lill- parti tal - iskopertura mhux koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Fil- każ ta’ skoperturi li jibbenefikaw ukoll minn protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata, il-flussi tal- flus assoċjati mal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għandhom jiġu allokati lill - parti tal - iskopertura li hija koperta minn din il- protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata, skont il- gwida prevista fil - paragrafu 46.
- (b) L- ispejjeż indiretti għandhom jiġu allokati għall - partijiet dif ferenti tal- iskopertura skont il- gwida pprovduta fil - paragrafu 113 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal-LGD.
- (c) L- ispejjeż diretti li huma marbuta direttament mal - eżerċizzju tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandhom jiġu allokati lill - parti garantita tal- iskoperturi, filwaqt li kwalunkwe spiża diretta oħra għandha tiġi allokata lill - parti tal - iskopertura mhux koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata. Fil - każ ta’ skoperturi li jibbenefikaw ukoll minn protezzjoni ta’ kreditu ffina nzjata, l- ispejjeż diretti assoċjati mat- twettiq tal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għandhom jiġu allokati lill - parti garantita tal- iskopertura skont il - gwida prevista fil - paragrafu 46.
|
|
39. Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u …
|
Fejn l-istituzzjonijiet jadottaw l- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u d-debitur ikun sar inadempjenti, japplika dan li ġej: - (a) Il- ponderazzjoni tar -riskju tal- parti garantita tal - iskopertura għandha t kun dik tal-iskopertura diretta komparabbli għall - garanti mhux inadempjenti.
- (b) It-telf mistenni tal- parti garantita tal - iskopertura għandu jkun dak tal - iskopertura diretta komparabbli għall - garanti mhux inadempjenti.
- (c) Meta l- garanti jibqa’ fi stat mhux inadempjenti, il - parti garantita tal - iskopertura għandha titqies inadempjenti għall -finijiet tal-kalkolu tan- nuqqas jew tal - eċċess tal -IRB skont l-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u t- Taqsima 8.4 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal-LGD.
|
|
40. Fejn l- istituzzjonijiet japplikaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju …
|
Fejn l- istituzzjonijiet japplikaw l - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju, l- għodod l - oħra ta’ validazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill -Artikolu 185(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jinkludu paragun tat - telf mistenni ta’ skoperturi diretti komparabbli għall -garanti mar- rati ta’ telf osservat tal - iskoperturi sottostanti jew partijiet ta’ skoperturi għad - debituri inadempjenti li kienu meqjusa garantiti qabel il -mument tal- inadempjenza.
|
|
41. Fejn l- istituzzjonijiet jaġġustaw il - parametri ta r- riskju f’każijiet individwali billi …
|
Fejn l- istituzzjonijiet jaġġustaw il - parametri ta r- riskju f’każijiet individwali billi jqisu l - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi jużaw preċedenza skont il - paragrafu 31(a)(iii), l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiġġustifikaw li n -natura u l- karatteristiċi tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata ma jippermettux l -u żu tal -metodi deskritti fil- paragrafu 31(a)(i), 31(a)(ii) jew 31(b) , biex jirriflettu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal- p rotezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata.
|
|
42. Fejn l- istituzzjonijiet jadottaw wieħed mill - approċċi deskritti fil - paragrafu 31(a) u …
|
Fejn l- istituzzjonijiet jadottaw wieħed mill - approċċi deskritti fil - paragrafu 31(a) u l-estimi li jirriżultaw jipproduċu ponderazzjoni tar - riskju aktar baxxa mill - ponderazzjoni tar -riskju li altrimenti tapplika għal skopertura identika li fir - rigward tagħha l - istituzzjoni ma jkollhiex protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, il - ponderazzjoni tar -riskju fina li ma tistax tkun inqas mill- ponderazzjoni tar - riskju ta’ skopertura diretta komparabbli għall -garanti skont l-Artikolu 161(3) u 164(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġifieri japplika l -limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju.
|
|
43. Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju …
|
Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u tal-kalkolu tal- limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju, fejn l- istituzzjonijiet ma jkunux irċevew il - permess tal - awtorità kompetenti biex jużaw l - estimi proprji tal -LGD skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi diretti komparabbli għall -garanti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il - valuri tal - LGD speċifikati skont l -Artikolu 161(1) ta’ dak ir-Regolament biex jidderivaw l - LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għall -garanti.
|
|
44. Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ ta’ sostituzzjoni tal - parametri tar -riskju …
|
Għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ ta’ sostituzzjoni tal - parametri tar -riskju u tal-kalkolu tal- limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju, il- valur tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandu jkun dan li ġej: - (a) Il- valur tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandu jkun speċifikat skont l - Artikolu 233 u l-Artikolu 239(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Kwalunkwe diskrepanza potenzjali fil - maturità għandha titqies fil - valur aġġustat tal - protezzjoni ta’ kre ditu mhux iffinanzjata skont l -Artikolu 239(3) ta’ dak ir- Regolament, filwaqt li l - maturità ta’ skoperturi diretti komparabbli għall - garanti għandha tkun l - istess bħall - maturità tal- iskopertura għad -debitur.
- (b) Jekk il- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tkopri l - valur tal - iskopertura li tibqa’ wara l-insegwiment tad- debitur, u, jekk rilevanti, kwalunkwe forma oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, l- istituzzjonijiet għandhom jagħtu stima tal - valur tal - protezzjoni bbażata fuq l - esperjen za tal- passat b’mod konservattiv.
- (c) Il- valur tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li jissodisfa r - rekwiżiti tat -tieni subparagrafu tal -Artikolu 215(1)(a) jew tal-Artikolu 215(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jista’ jkun l-ammont massimu li l-fornitur tal- protezzjoni jkun impenja ruħu li jħallas fil - każ ta’ inadempjenza jew nuqqas ta’ pagament mill -mutwatarju jew fuq l - okkorrenza ta’ eventi ta’ kreditu speċifiċi oħra.
|
|
45. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju kif ġej: - (a) Meta l- iskopertura tibbenefika minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata mutipla, fejn kull waħda minnhom tipprovdi protezzjoni lil partijiet differenti tal - iskopertura, l - istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il -limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju bħala l - medja ponderata skont l - iskopertura tal - ponderazzjonijiet tar -riskju ta’ skoperturi diretti komparabbli għal kull garanti.
- (b) Meta l- iskopertura tibbenefika minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata multipla, u fejn tnejn jew aktar minn dawn ikunu qed jipprovdu protezzjoni għall - istess parti tal - iskopertura, l - istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju għal din il - parti tal - iskopertura bħala l - aktar wieħed baxx għall - pondera zzjonijiet tar- riskju ta’ kull skopertura diretta komparabbli għall -garanti. Fil-kalkolu ta’ kull ponderazzjoni tar -riskju, l- LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għal kull garanti jista’ jqis l -effett tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata l - oħra eżistenti.
- (c) Fejn kwalunkwe parti tal - iskopertura ma tkunx koperta minn kwalunkwe protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, l - istituzzjonijiet għandhom jassenjaw lil din il - parti tal - iskopertura l - ponderazzjoni tar - riskju applikabbli għal tali skopertura l id-debitur mingħajr ebda protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata; f’dan il - każ dawn għandhom jikkalkulaw il- limitu minimu għall - ponderazzjoni tar - riskju bħala l - medja ponderata skont l- iskopertura tal - ponderazzjoni tar - riskju applikabbli għall - parti tal - iskopertura koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata u l - ponderazzjoni tar -riskju applikabbli għall - parti li jifdal tal - iskopertura.
- (d) Għall -finijiet tal-kalkolu tal- medja ponderata skont l - iskopertura tal - ponderazzjoni tar - riskju skont il- punt i ((a) u ((c) , kull ponderazzjoni tar -risk ju għandha tiġi kkalkulata separatament u ppeżata skont is - sehem rilevanti tal - valur tal - iskopertura.
|
|
46. Għall -finijiet tal- paragrafu 45 u sabiex jiġu rikonoxxuti l -effetti ta’ tekniki ta’ …
|
Għall -finijiet tal- paragrafu 45 u sabiex jiġu rikonoxxuti l -effetti ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu multipli skont l - approċċi speċifikati fil - paragrafu 31 , għandhom jiġu ssodis fati l- kundizzjonijiet kollha li ġejjin: - (a) L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari għall -allokazzjoni, is-sekwenza u r-rikonoxximent tal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata u mhux iffinanzjata li jkunu konsistenti mal- proċess intern ta’ rkupru u ta’ ġbir.
- (b) L- istituzzjonijiet ma għandhomx jirrikonoxxu l -effetti tal-istess mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu darbtejn; pereżempju, fl -allokazzjoni tal- protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata bejn il- parti tal - iskopertura koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata u l - parti tal- iskopertura li mhijiex koperta mill - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, ma għandux ikun permess ir - rikonoxximent doppju tal - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata.
- (c) L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw l - approċċi b’mod konsistenti; għalhekk:
- (i) Il- qsim tal - parti tal - iskopertura koperta minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari f’żewġ partijiet u l - applikazzjoni tal - approċċ tas - sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju jew tal- approċċ tas -sostituzzjoni tal-ponde razzjoni tar- riskji lil parti waħda u tal - approċċ ta’ mmudellar lill - parti l - oħra ma għandhomx ikunu permessi.
- (ii) F’każijiet ta’ protezzjonijiet ta’ kreditu mhux iffinanzjati multipli li jkunu, tal- anqas parzjalment, ikopru l - istess parti tal - iskopertura , l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu kriterji xierqa biex jagħżlu liema protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandha tintuża għall -finijiet tas-sostituzzjoni tal- parametri tar- riskju. Tali kriterji għandhom jiġu deskritti fil - politiki interni speċif ikati minn istituzzjonijiet għall - aġġustament tal -estimi tal-PD u tal-LGD skont il-paragrafu 38 . Mingħajr preġudizzju għas - sottopunt (i), l-istituz zjonijiet jistgħu jaqsmu l- parti tal - iskopertura koperta minn protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari f’żewġ partijiet u japplikaw għal parti waħda l- approċċ tas-sostituzzjoni tal- parametri tar - riskju filwaqt li jirrikonoxxu l -effetti tal- par ti li jifdal tal- protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata partikolari fl - applikazzjoni tal- approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju lejn il- protezzjonijiet ta’ kreditu mhux iffinanzjati l - oħra eżistenti; b’mod partikolari, l -effett ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal- parti li jifdal tal - protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata jista’ jitqies fl - LGD ta’ skoperturi diretti komparabbli għall -garanti l-oħra eżistenti skont il - paragrafu 47.
|
|
47. Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ …
|
Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ protezzjonijiet ta’ kreditu multipli li, bħala riżultat tal - allokazzjoni mwettqa mill -istituzzjoni skont il-paragrafu 46 , ikopru l - istess parti ta’ skopertura, l - istituzzjonijiet jistgħu jużaw wieħed mill - approċċi speċifikati fil - paragrafu 31(a) . B’mod partikolari, għall -finijiet tal- applikazzjoni tal - approċċ tas -sostituzzjoni tal- parametri tar -riskju u tal-kalkolu tal- limitu minimu għall - ponderazzjoni tar -riskju, l- istituzzjonijiet għandhom jużaw il - metodi li ġejjin biex jidderivaw l - LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għall - garanti inkluż l -effetti mitiganti ta’ riskju ta’ kreditu tal- protezzjoni ta’ kreditu addizzjonali: - (a) Fejn skoperturi diretti komparabbli għall -garanti jkunu fil- kamp ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni li għaliha l - istituzzjoni ma tkunx irċeviet permess minn qabel
| biex tuża | l - estimi | proprji tal -LGD skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) |
Nru 575/2013, l- istituzzjoni għandha tuża l - valuri tal - LGD previsti fl -Artikolu 161(1) ta’ dak ir- Regolament, li jirriflettu, jekk rilevanti, il - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata billi tapplika r - rekwiżiti rilevanti fil -Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 4 ta’ dak ir-Regolament. - (b) Fejn skoperturi diretti komparabbli għall -garanti jkunu fil- kamp ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni li għaliha l - istituzzjoni tkun irċeviet permess minn qabel biex tuża l - estimi proprji tal -LGD skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l- istituzzjoni għandha tuża l - LGD ta’ skoperturi diretti komparabbli għall -garanti li jinkludi l- effett ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata jew iffinanzjata addizzjonali. Jekk l- istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jirrikonoxxu din il - protez zjoni ta’ kreditu addizzjonali fl-estima tal- LGD ta’ skoperturi komparabbli diretti għall - garanti, allura:
| (i) | jekk | l- LGD ta’ skoperturi skoperti mhux ikklassifikati għall -garanti jkun |
inqas jew daqs l - LGD ta’ skoperturi skoperti għad - debitur, huma għandhom ju żaw l -estimi tal-LGD tal- iskopertura għad -debitur li jirriflettu l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu addizzjonali; jew | (ii) akbar l- istituzzjonijiet | jekk mil--- | l- LGD ta’ skoperturi skoperti mhux ikklassifikati għall -garanti jkun LGD ta’ skoperturi skoperti mhux ikklassifikati għad -debitur, jew jekk ma jkunux jistgħu jwettqu tali paragun, huma għandhom: għall - garanti mhux fil - livell tal - konsumatur, jużaw jew il - valuri tal -LGD rilevanti stipulati mill -Artikolu 161(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jirriflettu , jekk rilevanti, il - protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata billi japplikaw ir - rekwiżiti rilevanti fil -Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 4 ta’ dak ir-Regolament, jew l-estima tal- LGD applikabbli għall - iskoperturi skoperti mhux ikklassifikati għall -garanti. L- għażla bejn dawn iż - żewġ opzjonijiet għandha tkun konsistenti għat - tip ta’ skopertura tal -garanti; għall -garanti fil- livell tal - konsumatur, jużaw l -estima tal-LGD applikabbli għal skoperturi skoperti mhux ikklassifikati għall -garanti. |
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|