+44. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll fil - politiki tagħhom kif huma …

44. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll fil - politiki tagħhom kif huma …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll fil - politiki tagħhom kif huma jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r - riskji ta’ ħasil tal - flus u ta’ finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF) li huma skoperti għalihom bħala riżultat tal - attivitajiet tagħhom ta’ għoti ta’ kreditu15 . B’mod partikolari, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet:

  • a. fil - livell tan - negozju tagħhom, jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r - riskju ta’ ML/TF assoċjat mat - tip ta’ klijenti li jaqdu, il -p rodotti ta’ self li jipprovdu, il - ġeografiji li għalihom huma skoperti u l - kanali ta’ distribuzzjoni li jużaw;
  • b. fil - livell tar - relazzjoni individwali, jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r - riskju ta’ ML/TF assoċjat ma’ din ir - relazzjoni — bħala parti minn dan, jenħteġ li l - istituzzjonijiet:
  • i. jikkunsidraw l - iskop tal - kreditu;
  • ii. jikkunsidraw sa liema punt l - assoċjazzjoni ta’ persuna fiżika jew ta’ persuna ġuridika li la tkun il - mutwatarju u lanqas l - istituzzjoni mal - faċilità ta’ kreditu tagħti lok għal riskju ta’ ML/TF;
  • iii. b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet li fihom ikun stabbilit ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mar - relazzjoni individwali, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jieħdu miżuri sensittivi għar - riskju sabiex jifhmu jekk il - fondi użati biex jitħallas lura l - kreditu, inklużi flus jew ekwivalenti pprovduti bħala kollateral, ikunux minn sorsi leġittimi. Meta jikkunsidraw il - leġittimità tas - sors tal - fondi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu l - attività li ġġenerat il - fondi u jekk din l - informazzjoni hijiex kredibbli u konsistenti mal - għarfien tal - istituzzjoni dwar il - klijent u l - attività professjonali tal - klijent.

15 Direttiva (UE) 2015/849 teħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri effettivi sabiex jipprevjenu ML/TF u jidentifikawh u jrażżnuh f’każ li jseħħ. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirreferu wkoll għal -Linji Gwida tal- ASE dwar il - Fatturi tar - Riskju Konġunt (JC 2017 37) għal aktar informazzjoni dwar dawn il - punti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/