+8.2 Monitoraġġ ta’ skoperturi ta’ kreditu u mutwatarji
---+251. Bħala parti mill - monitoraġġ tal - iskoperturi ta’ kreditu u tal - mutwatarji, jenħtieġ li l …
---+252. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jissorveljaw ukoll jekk il - mutwatarju u l - kollateral …
---+253. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet kontinwament jimmonitorjaw u jivvalutaw il - kwalità tal - …
---+254. Jenħtieġ li l - monitoraġġ kontinwu jkun ibbażat fuq informazzjoni interna dwar il - …
---+255. Barra minn hekk, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jissorveljaw ukoll miżuri ta’ …
---+256. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet involuti fi tranżazzjonijiet ta’ ingranaġġ sindikati …

8.2 Monitoraġġ ta’ skoperturi ta’ kreditu u mutwatarji

8.2 Monitoraġġ ta’ skoperturi ta’ kreditu u mutwatarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
251. Bħala parti mill - monitoraġġ tal - iskoperturi ta’ kreditu u tal - mutwatarji, jenħtieġ li l …

Bħala parti mill - monitoraġġ tal - iskoperturi ta’ kreditu u tal - mutwatarji, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jimmonitorjaw l - ammonti pendenti u l -l imiti kollha, u jekk il - mutwatarju jkunx qed jissodisfa l - obbligi ta’ ripagament, kif stabbilit fil - ftehim ta’ kreditu, u jkunx konformi mal - kundizzjonijiet stabbiliti fil - punt ta’ għoti ta’ kreditu, bħall - konformità mal - metrika u mal -patti ta’ kreditu.

252. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jissorveljaw ukoll jekk il - mutwatarju u l - kollateral …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jissorveljaw ukoll jekk il - mutwatarju u l - kollateral ikunux konformi mal - politiki u mal - kundizzjonijiet tar - riskju ta’ kreditu stabbiliti fil - punt ta’ għoti ta’ kreditu, eż. jekk jinżammux il - valur tal - kollateral u tekniki oħra ta’ titjib fil - kreditu, jekk humiex miżmuma xi patti applikabbli, u jekk kienx hemm żvilupp negattiv f’dawn il - fatturi jew f’fatturi oħra li jaffettwaw il - profil tar - riskju tal - mutwatarju u/jew tal - faċilitajiet ta’ kreditu.

253. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet kontinwament jimmonitorjaw u jivvalutaw il - kwalità tal - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet kontinwament jimmonitorjaw u jivvalutaw il - kwalità tal - iskoperturi ta’ kreditu u s - sitwazzjoni finanzjarja tal - mutwatarji, sabiex jiżguraw li t - tibdiliet sussegwenti fir - riskju ta’ kreditu, fir -rigward tar- rikonoxximent inizjali tal - iskoperturi tas - self, i kunu jistgħu jiġu identifikati u kkwantifikati.

254. Jenħtieġ li l - monitoraġġ kontinwu jkun ibbażat fuq informazzjoni interna dwar il - …

Jenħtieġ li l - monitoraġġ kontinwu jkun ibbażat fuq informazzjoni interna dwar il - faċilitajiet ta’ kreditu u l - prattiki ta’ pagament tal - mutwatarji, kif ukoll l - użu ta’ sorsi esterni (eż. uffiċċji ta’ kreditu, direttament mingħand il - mutwatarju), fejn rilevanti.

255. Barra minn hekk, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jissorveljaw ukoll miżuri ta’ …

Barra minn hekk, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jissorveljaw ukoll miżuri ta’ konċentrazzjoni kontra l- valuri speċifikati fl - aptit, fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom, inkluż, fejn rilevanti, skont il - prodott, il - ġeografija, l - industrija, il - karatteristiċi tal - kollateral (it - tip, il - post), u l - kwalità tal - portafolli, tas - subportafolli u tal - iskoperturi.

256. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet involuti fi tranżazzjonijiet ta’ ingranaġġ sindikati …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet involuti fi tranżazzjonijiet ta’ ingranaġġ sindikati jimplimentaw standards interni u funzjonijiet ta’ monitoraġġ għal dawn l - attivitajiet. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jidentifikaw tranżazzjonijiet soġġetti għal sindikazzjonijiet li fallew — jiġifieri, tranżazzjoni li ma ġietx sindikata fi żmien 90 jum mid -data tal- impenn. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu qafas iddedikat sabiex jittrattaw dawn it - “tranżazzjonijiet imwaħħla” f’termini ta’ strateġija ta’ parteċipazzjoni, ta’ prattiki ta’ żamma tal - kotba u tal - kontabbiltà, ta’ klassifikazzjoni regolatorja u ta’ kalkolu tar - rekwiżiti kapitali sussegwenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/