|
+10.2 Ċ irkomvenzjoni |
10.2 Ċ irkomvenzjoni183.L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li r -remunerazzjoni va rjabbli ma titħallasx permezz ta’ veikoli jew metodi li jimmiraw lejn jew effettivament iwasslu għal nonkonformità mar - rekwiżiti tar-remunerazzjoni u d- dispożizzjonijiet ta’ dawn il - linji gwida għall -persunal identifikat jew, fejn rekwiżiti bħal dawn jiġu applikati għall - persunal kollu, b’rekwiżiti tar - remunerazzjoni għall - persunal kollu. Dan jinkludi arranġamenti bejn l -istituzzjoni u l-partijiet terzi fejn il-membru tal-persunal ikollu interess finanzjarju jew personali fihom. 184. “Ċirkomvenzjoni” hija nonkon formità mar- rekwiżiti tar - remunerazzjoni u sseħħ jekk istituzzjoni fil- fatt ma tkunx qiegħda tilħaq l - għan u l -iskop tar- rekwiżiti meta kkunsidrati flimkien, filwaqt li b’mod formali l-istituzzjoni tikkonforma mal-kliem tar- rekwiżiti tar -remunerazzjoni individwali. 185. Iċ - ċirkomvenzjoni sseħħ fiċ - ċirkostanzi li ġejjin, fost l - oħrajn:
186.L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - metodu għall -kejl tal- prestazzjoni għandu kontrolli xierqa sabiex jiżguraw li l -kriterji tal- għotja ma jistgħux jiġu manipulati. Meta kontrolli bħal dawn ma jkunux stabbiliti, ir - remunerazzjoni varjabbli ma tkunx marbuta kif xieraq mal -prestazzjoni u l-politika tar- remunerazzjoni ma tkunx implimentata kif xieraq u kwalunkwe ħlas tar - remunerazzj oni varjabbli jista’ jwassal għal ksur tar - rekwiżiti regolatorji. Manipulazzjonijiet possibbli jinkludu, pereżempju, deċiżjonijiet ta’ korteżija fil - proċess tal -kejl tal-prestazzjoni bilaterali, eż. meta ma jkun jeżisti l - ebda standard oġġettiv għall - proċe ss tat- teħid tad - deċiżjonijiet fir -rigward tal-kisba tal-objettivi tal-membri tal-persunal. 187.L- istituzzjonijiet m’għandhomx jipprovdu kumpens għal kwalunkwe tnaqqis jew ristrutturar tar- remunerazzjoni varjabbli, eż. li jsir fil - kuntest ta’ miżuri ta’ rkupru u riżoluzzjoni jew intervent eċċezzjonali ieħor tal - gvern, fi snin aktar tard jew b’pagamenti, veikoli jew metodi oħrajn. 188.L- istituzzjonijiet m’għandhomx joħolqu strutturi ta’ grupp jew entitajiet offshore jew kuntratti ma’ persuni li jaġixxu f’isem l -isti tuzzjoni sabiex jimmanipulaw l - eżitu tal - proċess ta’ identifikazzjoni (eż. minħabba li Stat Membru wieħed japplika d -deroga fl-Artikolu 109(6) tad-Direttiva 2013/36/UE) u sabiex jevitaw l -applikazzjoni tar- rekwiżiti tar -remunerazzjoni u d-dispożizzjonijiet ta’ dawn il- linji gwida għall - persunal li għalih għandhom ikunu japplikaw dawn ir- rekwiżiti u dispożizzjonijiet. 189. Meta jintużaw kuntratti fuq terminu qasir (eż. sena) u dawn jiġġeddu fuq bażi regolari mill - istituzzjonijiet, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk kuntratti bħal dawn jifformawx veikolu jew metodu ta’ ċirkomvenzjoni tar - rekwiżiti tar -remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE, eż. minħabba li fil - fatt dawn joħolqu remunerazzjoni varjabbli, u jieħdu l - miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l -i stituzzjonijiet huma konformi mar - rekwiżiti tal -Artikoli 92 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE. 190.Meta r-remunerazzjoni tkun remunerazzjoni fissa skont il-linji gwida fit- Taqsima 7, iżda titħallas fi strumenti, l-istituzzjonijiet u l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l - istrumenti użati jibdlux il -komponent fiss tar-remunerazzjoni f’komponent varjabbli tar-remunerazzjoni minħabba li tiġi stabbilita rabta mal -prestazzjoni tal-istituzzjoni. L- istituzzjonijiet m’għandhomx jużaw strumenti finanzjarji bħala pa rti mir- remunerazzjoni fissa sabiex jevitaw ir - rekwiżiti tar - remunerazzjoni varjabbli u l- istrumenti li jintużaw m’għandhomx jipprovdu inċentivi għal teħid ta’ riskju eċċessiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|