+6.1 Qafas organizzazzjonali
---+68. Fejn ikun hemm kumitat tar -riskju u tan- nomina stabbiliti f’istituzzjonijiet mhux …
---+69. L- istituzzjonijiet għandhom f’kull ħin jiżguraw li l - membri ta’ kumitat magħqud ikollhom …
---+70. Il- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni għandu jiżgura stru ttura organizzazzjonali u …
|
6.1 Qafas organizzazzjonali
6.1 Qafas organizzazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
68. Fejn ikun hemm kumitat tar -riskju u tan- nomina stabbiliti f’istituzzjonijiet mhux …
|
Fejn ikun hemm kumitat tar -riskju u tan- nomina stabbiliti f’istituzzjonijiet mhux sinifikanti, dawn jistgħu jgħaqqdu l - kumitati. Jekk jagħmlu dan, dawk l - istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw ir- raġunijiet għaliex ikunu għażlu li jgħaqqdu l -kumitati u kif l- approċċ jissodisfa l-objettivi tal-kumitati.
|
|
69. L- istituzzjonijiet għandhom f’kull ħin jiżguraw li l - membri ta’ kumitat magħqud ikollhom …
|
L- istituzzjonijiet għandhom f’kull ħin jiżguraw li l - membri ta’ kumitat magħqud ikollhom, individwalment u kollettivament, l- għarfien, il - ħiliet u l- kompetenza meħtieġa biex jifhmu bis - sħiħ id - dmirijiet li għandhom jitwettqu mill -kumitat ikkombinat22 .
22 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
70. Il- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni għandu jiżgura stru ttura organizzazzjonali u …
|
Il- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni għandu jiżgura stru ttura organizzazzjonali u operazzjonali xierqa u trasparenti għal dik l - istituzzjoni u għandu jkollu deskrizzjoni bil - miktub tagħha. L - istruttura għandha tippromwovi u turi l - ġestjoni effettiva u prudenti ta’ istituzzjoni fuq livell individwali, subkonsolidat u konsolidat. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura li l -funzjonijiet ta’ kontroll intern ikunu indipendenti mil- linji operatorji li jikkontrollaw, fosthom li jkun hemm segregazzjoni adegwata tad- dmirijiet, u li jkollhom ir - riżorsi finanzjarji u umani xierqa kif ukoll setgħat biex iwettqu r - rwol tagħhom b’mod effettiv. Il -linji ta’ rapportar u l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet, b’mod partikolari fost id- detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin, fi ħdan istituzzjoni għandhom ikunu ċari, definiti sew, koerent i, infurzabbli u debitament dokumentati. Id- dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|