+19.1 Kapijiet tal -funzjonijiet ta’ kontroll intern
---+172. Il-kompiti operazzjonali tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern ji stgħu jiġu esternalizzati …
---+173. Mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali li timplimenta d -Direttiva (UE) 2015/849 …
---+174. Il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jiġu stabbiliti f’livell ġerarkiku …

19.1 Kapijiet tal -funzjonijiet ta’ kontroll intern

19.1 Kapijiet tal -funzjonijiet ta’ kontroll intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
172. Il-kompiti operazzjonali tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern ji stgħu jiġu esternalizzati …

Il-kompiti operazzjonali tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern ji stgħu jiġu esternalizzati, filwaqt li jitiqiesu l -kriterji ta’ proporzjonalità elenkati fit-Titolu I, lill-istituzzjoni konsolidanti jew lil entità oħra ġewwa l -grupp jew barra minnu bil-kunsens tal- korpi ta’ ġestjoni tal -istituzzjonijiet ikkonċernati. Ank e meta l-kompiti operazzjonali tal- kontroll intern jiġu parzjalment jew kompletament esternalizzati, il-kap tal- funzjoni ta’ kontroll intern ikkonċernat u l -korp ta’ ġestjoni xorta jibqgħu responsabbli minn dawn l - attivitajiet u miż - żamma ta’ funzjoni ta’ kontroll intern fl-istituzzjoni.

173. Mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali li timplimenta d -Direttiva (UE) 2015/849 …

Mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali li timplimenta d -Direttiva (UE) 2015/849, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw ir - responsabbiltà għall - iżgurar tal -konformità tal-istituzzjoni mar- rekwiżiti ta’ dik id -direttiva u l-politiki u l- proċeduri tal -istituzzjoni lil membru tal- persunal (eż. il -kap ta’ konformità). L- istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu funzjoni separata ta’ verifika tal- konformità għall - AML/CTF bħala funzjoni ta’ kontroll indipendenti.38 Il-persuna responsabbli mill- AML/CTF għandha, fejn meħtieġ, tkun tista’ tirrapporta direttament għand il - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali u superviżorja tiegħu.


38 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -Linji Gwida tal-EBA dwar il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għall - AML/CTF (li bħalissa qed tiġi żviluppata)

174. Il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jiġu stabbiliti f’livell ġerarkiku …

Il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jiġu stabbiliti f’livell ġerarkiku adegwat li jipprovdi lill-kap tal-funzjoni ta’ kontroll bl-awtorità u bl- istatura xierqa meħtieġa biex iwettaq ir - responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha. Minkejja r - responsabbiltà ġenerali tal - korp ta’ ġestjoni, il - kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom ikunu indipendenti mil - linji operatorji jew mill- unitajiet li jikkontrollaw. Għal dan il - għan, il -kapijiet tal-funzjonijiet tal-ġestjoni tar -riskji, tal-verifika tal-konformità u tal-awditjar intern g ħandhom jirrapportaw u jwieġbu direttament għand il - korp ta’ ġestjoni, u l - prestazzjoni tagħhom għandha tiġi rieżaminata mill - korp ta’ ġestjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/