+11. Il-politika tal-induzzjoni u t- taħriġ
---+95. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ politiki u proċeduri għall -induzzjoni u t- …
---+96. Ir- riżorsi umani u finanzjarji pprovduti għall -induzzjoni u t- taħriġ għandhom ikunu …
---+97. Il-politiki u l- proċeduri għall -induzzjoni u t- taħriġ jistgħu jkunu parti minn politika …
---+98. Fl- iżvilupp tal - politika, il - korp ta’ ġestjoni jew il -ku mitat ta’ nominazzjoni, meta …
---+99. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċess biex jidentifikaw l - oqsma li fihom …
---+100. Il-politiki u l- proċeduri kif ukoll il - pjanijiet ta’ taħriġ għandhom jinżammu aġġornati …
---+101. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċess ta’ evalwazzjoni biex jirrieżaminaw l - …

11. Il-politika tal-induzzjoni u t- taħriġ

11. Il-politika tal-induzzjoni u t- taħriġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
95. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ politiki u proċeduri għall -induzzjoni u t- …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ politiki u proċeduri għall -induzzjoni u t- taħriġ tal - membri tal- korp ta’ ġestjoni. Il - politika għandha tiġi adottata mill - korp ta’ ġestjoni.

96. Ir- riżorsi umani u finanzjarji pprovduti għall -induzzjoni u t- taħriġ għandhom ikunu …

Ir- riżorsi umani u finanzjarji pprovduti għall -induzzjoni u t- taħriġ għandhom ikunu biżżejjed biex jintlaħqu l -objettivi tal-induzzjoni u t- taħriġ u biex jiżguraw li l- membru huwa idoneu u jissodisfa r - rekwiżiti għar - rwol tiegħu. Meta tistabbilixxi r - riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa biex tfassal politiki u proċeduri effettivi għall -induzzjoni u t- taħriġ tal -membri tal-korp ta’ ġestjoni, l - istituzzjoni għandha tqis punti ta’ riferiment rilevanti tal- industrija, pereżempju dawk li jirrelataw mal- baġit għat - taħriġ u l - jiem ta’ taħriġ disponibbli li jkunu ġew previsti, inklużi r - riżultati tal - benchmarking mogħtija mill -EBA.17


17 L- Anness għall -valutazzjoni tal-impatt ta’ dawn il-Linji Gwida jinkludi r- riżultati tal - benchmarking tal -EBA (data tal-2 015) għar - riżorsi ta’ taħriġ u l - jiem ta’ taħriġ ipprovduti mill - istituzzjonijiet.

97. Il-politiki u l- proċeduri għall -induzzjoni u t- taħriġ jistgħu jkunu parti minn politika …

Il-politiki u l- proċeduri għall -induzzjoni u t- taħriġ jistgħu jkunu parti minn politika globali tal - idoneità u għandhom mill - inqas jistabbilixxu:

  • a. l-objettivi tal-induzzjoni u t- taħriġ għall - korp ta’ ġestjoni, b’mod separat għall - funzjoni ta’ ġestjoni u l - funzjoni superviżorja fejn ikun applikabbli. Din għandha tinkludi wkoll, fejn ikun xieraq, l -objettivi tal-induzzjoni u t- taħriġ għal pożizzjonijiet speċifiċi skont ir - responsabbiltajiet speċifiċi u l - involviment tagħhom fil - kumitati;
  • b. ir- responsabbiltajiet għall - iżvilupp ta’ programm ta’ taħriġ dettaljat;
  • c. ir- riżorsi finanzjarji u umani magħmula disponibbli mill - istituzzjoni għall -induzzjoni u t- taħriġ, filwaqt li jitqies l - għadd ta’ sessjonijiet ta’ induzzjoni u ta’ taħriġ, il - kost tagħhom u kwalunkwe kompitu amministrattiv relatat, sabiex jiġi żgurat li l - induzzjoni u t- taħriġ ikunu jistgħu jingħataw f’konformità mal - politika;
  • d. proċess ċar skont liema kwalunkwe membru tal - korp ta’ ġestjoni jista’ jitlob induzzjoni jew taħriġ.
98. Fl- iżvilupp tal - politika, il - korp ta’ ġestjoni jew il -ku mitat ta’ nominazzjoni, meta …

Fl- iżvilupp tal - politika, il - korp ta’ ġestjoni jew il -ku mitat ta’ nominazzjoni, meta jkun stabbilit, għandu jqis l -input mill-funzjoni tar- riżorsi umani u l - funzjoni responsabbli mill - ibbaġitjar u l - organizzazzjoni tat- taħriġ, kif ukoll minn funzjonijiet rilevanti ta’ kontroll intern, fejn ikun xieraq.

99. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċess biex jidentifikaw l - oqsma li fihom …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċess biex jidentifikaw l - oqsma li fihom huwa meħtieġ it - taħriġ, kemm għall - korp ta’ ġestjoni b’mod kollettiv kif ukoll għall -membri individwali tal- korp ta’ ġestjoni. Oqsma ta’ negozju u funzjonijiet interni rilevanti, inklużi funzjonijiet ta’ kontroll intern, għandhom ikunu involuti kif xieraq fl - iżvilupp tal -kontenut tal-programmi ta’ induzzjoni u taħriġ.

100. Il-politiki u l- proċeduri kif ukoll il - pjanijiet ta’ taħriġ għandhom jinżammu aġġornati …

Il-politiki u l- proċeduri kif ukoll il - pjanijiet ta’ taħriġ għandhom jinżammu aġġornati, filwaqt li jitqiesu l -bidliet fil- governanza, il - bidliet strateġiċi, prodotti ġodda u bidliet rilevanti oħrajn, kif ukoll bidliet fil - leġiżlazzjoni applikabbli u l - iżviluppi tas - suq.

101. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċess ta’ evalwazzjoni biex jirrieżaminaw l - …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċess ta’ evalwazzjoni biex jirrieżaminaw l - eżeku zzjoni u l-kwalità tal-induzzjoni u t- taħriġ mogħtija u jiżguraw konformità mal -politiki u l- proċeduri tal -induzzjoni u t- taħriġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/