+149. Fir -rigward tal- kunflitti ta’ interess fil -livell tal- persunal, l- awtoritajiet kompetenti …

149. Fir -rigward tal- kunflitti ta’ interess fil -livell tal- persunal, l- awtoritajiet kompetenti …

Fir -rigward tal- kunflitti ta’ interess fil -livell tal- persunal, l- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l -politika tkopri mill- inqas is - sitwazzjonijiet previsti fil -paragrafu 109 tal- Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna47 , u li tipprevedi “proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u responsabbiltajiet għall - identifikazzjoni u l - prevenzjoni tal -kunflitti ta’ interess, għall - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom u għat - teħid ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni”.

9.3.3 L- iżvelar ta’ informazzjoni protetta, l - abbuż tas - suq, il - governanza tal - prodotti, il -pr otezzjoni tal - konsumatur, it - trattament tal - ilmenti


47 Il-paragrafu 111 tal- Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna jaqra: “Il - politika għandha tkopri mill - inqas is - sitwazzjonijiet jew ir - relazzjonijiet li ġejjin fejn jistgħu jinħolqu kunflitti ta’ interess: a. interessi ekonomiċi (eż. ishma, drittijiet ta’ sjieda u sħubijiet oħra, parteċipazzjonijiet finanzjarji u interessi ekonomiċi oħra fi klijenti kummerċjali, drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, self mogħti mill - istituzzjoni lil kumpanija proprjetà ta’ persunal, sħubija f’korp jew sjieda ta’ korp jew ta’ entità b’interessi kunfliġġenti); b. relazzjonijiet personali jew professjonali mas - sidien ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fl - istituzzjoni; c. relazzjonijiet personali jew professjonali mal - persunal tal - istituzzjoni jew tal - entitajiet inklużi fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali (eż. relazzjonijiet familjari); d. impjieg ieħor u impjiegi preċedenti fil - passat riċenti (eż. ħames snin); e. relazzjonijiet personali jew professjonali ma’ partijiet interessati esterni rilevanti (eż. assoċjazzjoni ma’ fornituri ta’ materjali, konsulenzi jew fornituri ta’ servizzi oħra); u f. influwenza politika jew relazzjonijiet politiċi”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/