+9.3 Struttura organizzattiva
---+140. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - istruttura organizzattiva tal - …
---+141. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw bir - reqqa jekk l - istruttura organizzattiva …
---+142. Għall -finijiet tal- għoti tal - awtorizzazzjoni jew tal -bidu tal- attivitajiet skont il - …
---+143. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika biex jevitaw l - istabbiliment …
---+144. Meta l - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju jipprevedi l - istabbiliment ta’ strutturi …
---+145. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li t - termini ta’ referenza tal - korp ta’ …
---+146. B’mod konsistenti mal -Artikolu 5(1), ittra c) n. (ii), il- ħames inċiż tal - RTS dwar …
---+147. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - qafas tal -politika dwar il-kunflitti …
---+148. Fir -rigward tal- kunflitti ta’ interess fil -livell tal- istituzzjoni, l - awtoritajiet …
---+149. Fir -rigward tal- kunflitti ta’ interess fil -livell tal- persunal, l- awtoritajiet kompetenti …
---+150. Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- oqfsa tal -politika dwar l- iżvelar ta’ …
---+151. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - qafas tal-politika jkopri l- …
---+152. Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- qafas ġ enerali tal-politika dwar l- abbuż tas …
---+153. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li, f’konformità mal - Linji Gwida tal-EBA …
---+154. Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- qafas tal -politika dwar il-p rotezzjoni tal - …
---+155. Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- oqfsa tal -politika dwar it-trattament …

9.3 Struttura organizzattiva

9.3 Struttura organizzattiva

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
140. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - istruttura organizzattiva tal - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - istruttura organizzattiva tal - istituzzjoni ta’ kreditu turi organizzazzjoni solida bid - disponibbiltà ta’ linji ta’ rapportar effettivi, allokazzjoni tar- responsabbiltajiet u kejl u ġestjoni tar - riskju inkluż monitoraġġ sussegwenti, sabiex tiġi żgurata l - ġestjoni soda u prudenti tal - istituzzjoni ta’ kreditu. Ir - rieżami għandu jinkludi wkoll l - organigramma li tistabbilixxi l - organizzazzjoni interna prevista f’termini ta’ dipartimenti, diviżjonijiet, timijiet u allokazzjoni relatata tal - persunal.

141. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw bir - reqqa jekk l - istruttura organizzattiva …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw bir - reqqa jekk l - istruttura organizzattiva sottomessa – inkluż id - daqs proġettat, in - numru u s - sistemi FTE – hijiex proporzjonata mal - mudell tan- negozju, it -tipi u d- distribuzzjoni ġeografika tal -attivitajiet u r- riskji li l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti biħsiebha twettaq. Valutazzjoni bħal din għandha għalhekk tkun appoġġata mill - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju rieżaminat skont it - taqsima 7 ta’ dawn il-Linji Gwida.

142. Għall -finijiet tal- għoti tal - awtorizzazzjoni jew tal -bidu tal- attivitajiet skont il - …

Għall -finijiet tal- għoti tal - awtorizzazzjoni jew tal -bidu tal- attivitajiet skont il - każ, l -awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti biżżejjed bil - progress li jkun qed isir fir -rigward tal-impli mentazzjoni tal - istruttura organizzattiva, inkluż il - progress fir - reklutaġġ tal - persunal indikat bil-kwalifiki adegwati.

143. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika biex jevitaw l - istabbiliment …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċifika biex jevitaw l - istabbiliment ta’ strutturi mhux trasparenti jew kumplessi bla bżonn li ma jkollhom l - ebda raġuni ekonomika jew skop legali ċar jew li jistgħu jintużaw għal objettiv marbut mal - ħasil tal - flus jew reati finanzjarji oħra42 .


42 Il-paragrafu 76 tal- Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna jaqra: “L - istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux trasparenti. L - istituzzjonijiet għandhom iqisu fit - teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom ir - riżultati ta’ valutazzjoni tar - riskju mwettqa biex jidentifikaw jekk strutturi bħal dawn jistgħux jintużaw għal skop marbut mal - ħasil tal - flus jew reati finanzjarji oħra u l - kontrolli rispettivi u l - qafas legali fis - seħħ [..]”.

144. Meta l - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju jipprevedi l - istabbiliment ta’ strutturi …

Meta l - pjan ta’ direzzjoni tan - negozju jipprevedi l - istabbiliment ta’ strutturi f’ġurisdizz jonijiet oħra, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il -konformità effettiva ta’ ġurisdizzjonijiet bħal dawn mal - istandards tal - UE u internazzjonali dwar it - trasparenza tat - taxxa, l - AML u s - CFT”43 . Huma għandhom jivvalutaw ukoll il - punt sa fejn l- istruttura prevista sservi skop ekonomiku ovvju u legali, jew il - punt sa fejn tista’ tintuża biex taħbi l - identità tas - sid benefiċjarju aħħari, jew jekk l - istrateġija tan - negozju (inkluża t -talba tal- klijent sottostanti għall - istabbiliment tal - istruttura) tagħti lok għal tħassib. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l- istruttura timpedixxix sorveljanza xierqa mill - korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjoni jew il- kapaċità tal - istituzzjoni li timmaniġġja r - riskju relatat, u jekk l - istruttura toħloqx ostakli għal superviżjoni effettiva mill -awtoritajiet kompetenti44 .

9.3.1 Il - valuri korporattivi, il - kultura tar - riskju, il - kodiċi tal - kondotta u l - politiki ta’ governanza


43 Il-paragrafu 76, l-ittra (a) tal- Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna jaqra: “il- punt sa fejn il - ġurisdizzjoni li fiha ser tiġi stabbilita l - istruttura tikkonforma b’mod effettiv mal - istandards tal - UE u dawk internazzjonali dwar it - trasparenza fiskali, il - ġlieda kontra l - ħasil tal - flus u l - ġlieda kontra l - finanzjament tat - terroriżmu;”.

44 Il- paragrafu 76 ittri a) sa f) tal - Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna .

145. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li t - termini ta’ referenza tal - korp ta’ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li t - termini ta’ referenza tal - korp ta’ ġestjoni relatati mal- valuri korporattivi jiżguraw l - adozzjoni, il - promozzjoni u l - implimentazzjoni ta’ standards etiċi u professjonali għoljin, filwaqt li joħolqu ambjent ta’ sfida effettiva li fih il - proċessi tat - teħid tad - deċiżjonijiet jippromwovu firxa ta’ fehmiet.

146. B’mod konsistenti mal -Artikolu 5(1), ittra c) n. (ii), il- ħames inċiż tal - RTS dwar …

B’mod konsistenti mal -Artikolu 5(1), ittra c) n. (ii), il- ħames inċiż tal - RTS dwar l-informazzjoni għall -awtorizzazzjoni , l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw ukoll il - qafas tal -politika li tippromwovi d- diversità tal - korp ta’ ġestjoni u jkunu sodisfatti li din tkun konformi mal- kriterji stabbiliti fl -Artikolu 88(2)(a) tas - CRD u jistabbilixxu mira kwantitattiva jew, kif xieraq, kwalitattiva għall - promozzjoni tad - diversità, u l - frekwenza tal - valutazzjoni.

9.3.2 Politika tal - kunflitti ta’ interess

147. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - qafas tal -politika dwar il-kunflitti …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - qafas tal -politika dwar il-kunflitti ta’ interess jagħmel lill - korp ta’ ġestjoni responsabbli biex “jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni u ż - żamma ta’ politiki effettivi biex jidentifika, jivvaluta, jimmaniġġja u jimmitiga jew jipprevjeni kunflitti ta’ interess reali u potenzjali fil - livell istituzzjonali” kif ukoll bejn l- istituzzjoni u l - persunal, inkluż il - korp ta’ ġestjoni u l - eqreb membri tal -familja tal-persunal45 .


45 Ara t- taqsimiet 11 u 12 tal - Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna .

148. Fir -rigward tal- kunflitti ta’ interess fil -livell tal- istituzzjoni, l - awtoritajiet …

Fir -rigward tal- kunflitti ta’ interess fil -livell tal- istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - qafas tal -politika dwar il- kunflitti ta’ interess jirrikjedi li “l - miżuri ta’ istituzzjonijiet għall - ġestjoni jew fejn xieraq jimmitigaw i l- kunflitti ta’ interess għandhom jiġu ddokumentati”46 u jinkludu segregazzjoni xierqa tad -dmirijiet, l- ostakli għall - informazzjoni u l - proċeduri għal tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati.


46 Ara l-paragrafu 107 tal- Linji Gwida dwar il-governanza interna tal-EBA .

149. Fir -rigward tal- kunflitti ta’ interess fil -livell tal- persunal, l- awtoritajiet kompetenti …

Fir -rigward tal- kunflitti ta’ interess fil -livell tal- persunal, l- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l -politika tkopri mill- inqas is - sitwazzjonijiet previsti fil -paragrafu 109 tal- Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna47 , u li tipprevedi “proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u responsabbiltajiet għall - identifikazzjoni u l - prevenzjoni tal -kunflitti ta’ interess, għall - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom u għat - teħid ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni”.

9.3.3 L- iżvelar ta’ informazzjoni protetta, l - abbuż tas - suq, il - governanza tal - prodotti, il -pr otezzjoni tal - konsumatur, it - trattament tal - ilmenti


47 Il-paragrafu 111 tal- Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna jaqra: “Il - politika għandha tkopri mill - inqas is - sitwazzjonijiet jew ir - relazzjonijiet li ġejjin fejn jistgħu jinħolqu kunflitti ta’ interess: a. interessi ekonomiċi (eż. ishma, drittijiet ta’ sjieda u sħubijiet oħra, parteċipazzjonijiet finanzjarji u interessi ekonomiċi oħra fi klijenti kummerċjali, drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, self mogħti mill - istituzzjoni lil kumpanija proprjetà ta’ persunal, sħubija f’korp jew sjieda ta’ korp jew ta’ entità b’interessi kunfliġġenti); b. relazzjonijiet personali jew professjonali mas - sidien ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fl - istituzzjoni; c. relazzjonijiet personali jew professjonali mal - persunal tal - istituzzjoni jew tal - entitajiet inklużi fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali (eż. relazzjonijiet familjari); d. impjieg ieħor u impjiegi preċedenti fil - passat riċenti (eż. ħames snin); e. relazzjonijiet personali jew professjonali ma’ partijiet interessati esterni rilevanti (eż. assoċjazzjoni ma’ fornituri ta’ materjali, konsulenzi jew fornituri ta’ servizzi oħra); u f. influwenza politika jew relazzjonijiet politiċi”.

150. Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- oqfsa tal -politika dwar l- iżvelar ta’ …

Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- oqfsa tal -politika dwar l- iżvelar ta’ informazzjoni protetta għandu jiżgura li l - persunal ikun jista’ jirrapporta b’mod sikur ksur potenzjali jew reali tar- rekwiżiti regolatorji jew interni. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess, għandu jkun possibbli għall - persunal li jirrapporta ksur barra l -linji ta’ rapportar regolari. Il- proċeduri ta’ twissija għandhom jiżguraw il - protezzjoni tad - data personali kemm tal- persuna li tirrapporta l- ksur kif ukoll tal - persuna fiżika allegatament responsabbli mill - ksur, skont ir -Regolament (UE) 2016/679, ir- Regolament Ġenerali dwar il - Protezzjoni tad - Data .

151. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - qafas tal-politika jkopri l- …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - qafas tal-politika jkopri l- proċess għat - trattament ta’ informazzjoni dwar ksur potenzjali jew attwali u l - protezzjoni tal - persuna li tirrapportah f’konformità mal - Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna .

152. Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- qafas ġ enerali tal-politika dwar l- abbuż tas …

Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- qafas ġ enerali tal-politika dwar l- abbuż tas - suq għandu jiżgura l - aderenza tal - istituzzjoni ta’ kreditu ma’ standards xierqa li jipprevjenu l - abbuż tas - suq. B’mod partikolari għandu jinkludi l - proċess għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni u r - rapportar tal- ksur ta l- abbuż tas - suq.

153. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li, f’konformità mal - Linji Gwida tal-EBA …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li, f’konformità mal - Linji Gwida tal-EBA dwar is - sorveljanza tal - prodotti u l - arranġamenti ta’ governanza għall - prodotti bankarji għall - konsumatur48 , il- qafas tal - politika ta’ governanza tal - prodotti jiżgura li l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, li taġixxi bħala manifattur u/jew distributur, ser timplimenta politika soda ta’ governanza tal - prodotti li tipprevedi proċessi, funzjonijiet u strateġiji interni (i) biex jiġi żgurat li l- interess i, l-objettivi u l- karatteristiċi tal - konsumaturi jiġu kkunsidrati, (ii) biex jiġi evitat detriment potenzjali għall - konsumatur u (iii) biex jiġu minimizzati l - kunflitti ta’ interess.


48 EBA/GL/2015/18 disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/guidelines -on-product- oversight -and-governance-arrangements -for-retail-banking- products

154. Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- qafas tal -politika dwar il-p rotezzjoni tal - …

Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- qafas tal -politika dwar il-p rotezzjoni tal - konsumatur għandu jkollha l - għan li tiżgura li l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tistabbilixxi politika soda ta’ protezzjoni tal - konsumatur biex tipprovdi informazzjoni adegwata u protezzjoni lill - konsumaturi. B’mod partikolari, l - oqfsa għandhom jiżguraw li l -politika dwar il- protezzjoni tal - konsumatur tikkonforma mal - qafas regolatorju u tipprovdi taħriġ adegwat lill - persunal rilevanti. Għal dan il - għan għandha tkopri l - istandards u l - prinċipji, il - monitoraġġ tal - konformità u l- għarfien t al- persunal.

155. Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- oqfsa tal -politika dwar it-trattament …

Ir- rieżami mill -awtoritajiet kompetenti tal- oqfsa tal -politika dwar it-trattament tal-ilmenti għandu jkollha l - għan li tiżgura li l - istituzzjoni ta’ kreditu tipprovdi protezzjoni adegwata lill - konsumaturi f’konformità mar - rekwiżiti regolatorji applikabbli . Il- qafas għandu jkopri l - proċess biex jiġu rċevuti, ivvalutati u mwieġba l -ilmenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/