+16. Il-politika ta’ remunerazzjoni tad- ditta ta’ investiment għall - persunal kollu għandha tkun …
|
16. Il-politika ta’ remunerazzjoni tad- ditta ta’ investiment għall - persunal kollu għandha tkun …
Il-politika ta’ remunerazzjoni tad- ditta ta’ investiment għall - persunal kollu għandha tkun konsistenti mal-objettivi tal- istrateġija tan -negozju u tar-riskju tad- ditta ta’ investiment, inkluż mal- objettivi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG4 ) relatati mar-riskju, mal-kultura u l-valuri korporattivi, inkluż il -fatturi tar- riskju ambjentali, soċjali ta’ governanza (ESG), inkluż fir - rigward tal-interessi fit-tul tad-ditta ta’ investiment, u mal- miżuri użati sabiex jevitaw kunflitti ta’ interess, jinkoraġġixxu t - teħid tar -riskju prudenti u l-kondotta responsabbli fin-negozju. Il-bidliet fit- tali objettivi u miżuri għandhom jiġu kkunsidrati meta tiġi aġġornata l -politika ta’ EBA Public remunerazzjoni. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li l -prattiki ta’ remunerazzjoni jkunu allinjati mal- aptit għar - riskju ġenerali tagħhom, filwaqt li jqisu r - riskji kollha, inklużi riskji għar -reputazzjoni u riskji operat tivi li jirriżultaw mill - bejgħ inadatt tal -prodotti. Id-ditti ta’ investiment għandhom iqisu wkoll l -interessi fit-tul tal-azzjonisti jew tas-sidien, skont il-forma legali tad-ditta ta’ investiment.
4 Ara wkoll ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas -27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|