+1. Politiki ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu
---+12. F’konformità mal-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-ditti tal- investiment huma …
---+13. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tispeċifika l - komponenti kollha ta’ remunerazzjoni u …
---+14. Ir-remunerazzjoni fissa tal- persunal għandha tirrifletti l -esperjenza professjonali u …
---+15. Meta ditta tal- investiment tibbenefika minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, id …
---+16. Il-politika ta’ remunerazzjoni tad- ditta ta’ investiment għall - persunal kollu għandha tkun …
---+17. Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtoritajiet kompetenti li …
---+18. Meta tingħata remunerazzjoni varjabbli, għoti bħal dan għandu jkun ibbażat fuq il -prestazzjoni …
---+19. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tkun konsistenti mar - rekwiżit li ditta ta’ …
---+20. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandu jkun fiha: a. l-objettivi tal- prestazzjoni għad -ditta …
---+21. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li jiġu identifikati u ġestiti kunflitti potenzjali …
---+22. Meta l-politiki tar-remunerazzjoni jew politiki tar-remunerazzjoni tal- grupp jiġu implimentati …
---+23. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura adottata mill -Istati Membri sabiex jipprevjenu jew …
---+24. Politika ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru għandha tiżgura li l - aspetti kollha tal …
---+25. Meta jistabbilixxu l - ħlas għall -kull unità ta’ kejl jew bil- ħin, id - ditti ta’ investiment …
---+26. Sabiex jissorveljaw l - applikazzjoni ta’ politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru …
---+27. Id- ditti ta’ investiment jistgħu, b’manjiera newtrali għall - ġeneru, jikkunsidraw aspetti …
|
1. Politiki ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu
1. Politiki ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
12. F’konformità mal-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-ditti tal- investiment huma …
|
F’konformità mal-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-ditti tal- investiment huma meħtieġa jkollhom fis - seħħ politika ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu, filwaqt li jqisu l - kriterji fl-Artikoli 28 sa 33 ta’ din id-Direttiva u dawn il-linji gwida. Il-politika ta’ remunerazzjoni għall - persunal kollu għandha tkun newtrali għall - ġeneru, jiġifieri l -persunal, indipendenti mill-ġeneru tagħhom, għandu jiġi rimunerat bl- istess mod għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali f’konformità mal-punt 12 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u mal-Artikolu 157 tat- TFUE. Għandu jkun hemm ukoll approċċ newtrali fir -rigward tal- ġeneru biex jiżdiedu l -pagi u l-progressjoni tal-karriera.
|
|
13. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tispeċifika l - komponenti kollha ta’ remunerazzjoni u …
|
Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tispeċifika l - komponenti kollha ta’ remunerazzjoni u għandha tinkludi wkoll il -politika tal- pensjonijiet, inkluż, fejn rilevanti, il - qafas għall -irtirar bikri. Il-politika ta’ remuneraz zjoni għandha tistabbilixxi wkoll qafas għal persuni oħrajn li jaġixxu f’isem id- ditta ta’ investiment (eż. aġenti marbutin), li jiżguraw li l - ħlasijiet magħmulin qed jipprovdu inċentivi għal teħid tar - riskju prudenti u mhumiex qegħdin jipprovdu xi inċentiv għat - teħid ta’ riskji eċċessiv jew il - bejgħ inadatt ta’ prodotti.
|
|
14. Ir-remunerazzjoni fissa tal- persunal għandha tirrifletti l -esperjenza professjonali u …
|
Ir-remunerazzjoni fissa tal- persunal għandha tirrifletti l -esperjenza professjonali u r-responsabbiltà organizzazzjonali tiegħu filwaqt li jiġi kkunsidrat il -livell ta’ edukazzjoni, il-grad tal-anzjanità, il- livell ta’ kompetenza u ta’ ħiliet, ir - restrizzjonijiet (eż. soċjali, ekonomiċi, kulturali jew fatturi rilevanti oħrajn) u l - esperjenza tax - xogħol, l -attività tan-negozju rilevanti u l-livell tar-remunerazzjoni tal- post ġeografiku. Ir -r emunerazzjoni fissa għandha tkun newtrali għall - ġeneru bl - istess mod bħar -remunerazzjoni varjabbli.
|
|
15. Meta ditta tal- investiment tibbenefika minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, id …
|
Meta ditta tal- investiment tibbenefika minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, id -ditta tal- investiment għandha tiżgura li l -politika ta’ remunerazz joni għall -persunal kollu tkun konsistenti mar- rekwiżiti skont l -Artikolu 31 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
|
|
16. Il-politika ta’ remunerazzjoni tad- ditta ta’ investiment għall - persunal kollu għandha tkun …
|
Il-politika ta’ remunerazzjoni tad- ditta ta’ investiment għall - persunal kollu għandha tkun konsistenti mal-objettivi tal- istrateġija tan -negozju u tar-riskju tad- ditta ta’ investiment, inkluż mal- objettivi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG4 ) relatati mar-riskju, mal-kultura u l-valuri korporattivi, inkluż il -fatturi tar- riskju ambjentali, soċjali ta’ governanza (ESG), inkluż fir - rigward tal-interessi fit-tul tad-ditta ta’ investiment, u mal- miżuri użati sabiex jevitaw kunflitti ta’ interess, jinkoraġġixxu t - teħid tar -riskju prudenti u l-kondotta responsabbli fin-negozju. Il-bidliet fit- tali objettivi u miżuri għandhom jiġu kkunsidrati meta tiġi aġġornata l -politika ta’ EBA Public remunerazzjoni. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li l -prattiki ta’ remunerazzjoni jkunu allinjati mal- aptit għar - riskju ġenerali tagħhom, filwaqt li jqisu r - riskji kollha, inklużi riskji għar -reputazzjoni u riskji operat tivi li jirriżultaw mill - bejgħ inadatt tal -prodotti. Id-ditti ta’ investiment għandhom iqisu wkoll l -interessi fit-tul tal-azzjonisti jew tas-sidien, skont il-forma legali tad-ditta ta’ investiment.
4 Ara wkoll ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas -27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji
|
|
17. Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtoritajiet kompetenti li …
|
Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtoritajiet kompetenti li l-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni huma konsisteni ma’ u jippromwovu ġestjoni tar - riskji soda u effikaċi wkoll.
|
|
18. Meta tingħata remunerazzjoni varjabbli, għoti bħal dan għandu jkun ibbażat fuq il -prestazzjoni …
|
Meta tingħata remunerazzjoni varjabbli, għoti bħal dan għandu jkun ibbażat fuq il -prestazzjoni tad-ditti ta’ investiment, tal-persunal u, fejn applikabbli, tal-unitajiet tan- negozju u għandu jqis ir- riskji meħudin. Il -politika tar- remunerazzjoni għandha tagħmel distinzjoni ċara fir -rigward tar-remunerazzjoni varjabbli u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni bejn in-negozju operatorju, funzjonijiet korporattivi u ta’ kontroll. Id- ditti ta’ investiment kollha għandhom jikkunsidraw liema elementi tal-politika ta’ remunerazzjoni dwar ir-remunerazzjoni varjabbli tal-persunal identifikat skont l-Artikolu 32 tal- IFD għandhom ikunu inklużi fil -politika ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu.
|
|
19. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tkun konsistenti mar - rekwiżit li ditta ta’ …
|
Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tkun konsistenti mar - rekwiżit li ditta ta’ investiment ikollha bażi kapitali soda. Il - politika ta’ remunerazzjoni għandha tikkunsidra wkoll ir - restriz zjonijiet possibbli fuq id -distribuzzjonijiet skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2013/2019/UE.
|
|
20. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandu jkun fiha: a. l-objettivi tal- prestazzjoni għad -ditta …
|
Il- politika ta’ remunerazzjoni għandu jkun fiha: - a. l-objettivi tal- prestazzjoni għad -ditta ta’ investiment, il-linji ta’ azzjoni u l-persunal;
- b. il- metodi għall -kejl tal- prestazzjoni, inklużi l -kriterji tal-prestazzjoni;
- c. l-istruttura tar- remunerazzjoni varjabbli, inklużi, fejn applikabbli l - istrumenti li fihom jingħataw partijiet mir -remunerazzjoni varjabbli;
- d. il- miżuri ta’ aġġustament għar - riskju ex ante u ex post tar -remunerazzjoni varjabbli5 .
5 Fit-Titoli III u IV ta’ dawn il- linji gwida hemm rekwiżiti speċifiċi għar -remunerazzjoni tal-persunal identifikat u l-allinjament tar- riskju tagħha.
|
|
21. Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li jiġu identifikati u ġestiti kunflitti potenzjali …
|
Id- ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li jiġu identifikati u ġestiti kunflitti potenzjali ta’ interess ikkawżati mill - ħlas ta’ strumenti bħala parti mir -remunerazzjoni varjabbli jew fissa. Dan jinkludi l- iżgurar li jkun hemm konformità mar -regoli dwar l- abbuż minn informazzjoni privileġġata u li ma tittieħed l - ebda miżura li jista’ jkollha impatt fuq terminu qasir fuq il -prezz tal- ishma jew tal -istrumenti. EBA Public
|
|
22. Meta l-politiki tar-remunerazzjoni jew politiki tar-remunerazzjoni tal- grupp jiġu implimentati …
|
Meta l-politiki tar-remunerazzjoni jew politiki tar-remunerazzjoni tal- grupp jiġu implimentati f’ditti ta’ investiment, inkluż fis - sussidjarji tagħhom, u l -membri tal-persunal tad-ditta ta’ investiment ikunu wkoll is- sidien maġġoritarji tad -ditta ta’ investiment jew tas-sussidjarja, il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tiġi aġġustata għas - sitwazzjoni speċifika ta’ dawn id -ditti ta’ investiment jew is- sussidjarji. Għall -persunal identifikat, id- ditta ta’ investiment għandha tiżgura li l -politika ta’ remunerazzjoni tikkonforma mar- rekwiżiti rilevanti fl -Artikoli 30 u 32 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u dawn il- linji gwida fuq livell individwali u fejn applikabbli dak konsolidat.
|
|
23. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura adottata mill -Istati Membri sabiex jipprevjenu jew …
|
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura adottata mill -Istati Membri6 sabiex jipprevjenu jew jikkompensaw għal żvantaġġi fil -karrieri professjonali tas- sess sottorappreżentat7 , il-politika ta’ remunerazzjoni u l- kundizzjonijiet kollha tal - impjiegi relatati li għandhom impatt fuq il- ħlas għal kull unità ta’ kejl jew fuq il - ħlas bil - ħin għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru, jiġifieri m’għandu jkun hemm l - ebda distinzjoni bejn persunal maskili, femminili jew ta’ ġeneri diversi.
6 Eż. meta tiġi implimentata d -Direttiva 2006/54/KE 7 Waqt li l -Artikolu 157 tat- TFUE juża t -terminu “is- sess sottorappreżentat”, dawn il -linji gwida, f’konformità mat-terminoloġija tas - CRD, jużaw ukoll it -terminu “il- ġeneru sottorappreżentat”, iż - żewġ termini għandhom l -istess tifsira għall -fini ta’ dawn il-linji gwida.
|
|
24. Politika ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru għandha tiżgura li l - aspetti kollha tal …
|
Politika ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru għandha tiżgura li l - aspetti kollha tal -politika t a’ remunerazzjoni huma newtrali għall - ġeneru, inklużi l -kundizzjonijiet tal- għoti u l - ħlasijiet għar -remunerazzjoni. Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu kapaċi juru li l -politika ta’ remunerazzjoni hija newtrali għall - ġeneru.
|
|
25. Meta jistabbilixxu l - ħlas għall -kull unità ta’ kejl jew bil- ħin, id - ditti ta’ investiment …
|
Meta jistabbilixxu l - ħlas għall -kull unità ta’ kejl jew bil- ħin, id - ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw bix - xieraq l - għoti tar -remunerazzjoni, l- arranġamenti dwar ħinijiet tax - xogħol, il - perjodi ta’ liv annwali u benefiċċji finanzjarji jew mhux finanzjarji oħrajn. Id -ditti ta’ investiment jistgħu jużaw ir -remunerazzjoni annwali gross tal- persunal ikkalkolata fuq bażi ekwivalenti għal full- time bħala unità ta’ kalkolu.
|
|
26. Sabiex jissorveljaw l - applikazzjoni ta’ politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru …
|
Sabiex jissorveljaw l - applikazzjoni ta’ politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru, id -ditti ta’ inve stiment għandhom jiddokumentaw b’mod xieraq il -valur tal- pożizzjoni, eż. billi jiddokumentaw id-deskrizzjoni tal- impjieg jew jiddefinixxu l -kategoriji tal- pagi, għall -membri kollha tal - persunal jew għall -kategoriji tal- persunal u jistabbilixxu liema pożizzjonijiet huma kkunsidrati li għandhom valur ugwali, eż. billi jimplimentaw sistema ta’ klassifikazzjoni tal - impjiegi, waqt li jikkunsidraw tal - inqas tat - tip ta’ attivitajiet, kompiti u dmirijiet assenjati għall - pożizzjoni jew membru tal -persunal. Meta tint uża sistema ta’ klassifikazzjoni tal - impjiegi biex jiġu stabbiliti l - pagi, din għandha tkun ibbażata fuq l - istess kriterji għall - irġiel, in -nisa u persunal ta’ ġeneru divers u mfassla b’tali mod li teskludi kwalunkwe diskriminazzjoni, inkuż minħabba raġunijiet ta’ ġeneru. EBA Public
|
|
27. Id- ditti ta’ investiment jistgħu, b’manjiera newtrali għall - ġeneru, jikkunsidraw aspetti …
|
Id- ditti ta’ investiment jistgħu, b’manjiera newtrali għall - ġeneru, jikkunsidraw aspetti addizzjonali meta jistabbilixxu r -remunerazzjoni tal- persunal. Aspetti bħal dawn jistgħu jinkludu: - a. rekwiżiti edukattivi, professjonali u ta’ taħriġ, ħiliet, sforzi u responsabbiltà, xogħol imwettaq u n -natura tal-kompiti involuti8 ;
- b. il-post tal-impjieg u l- għoli tal - ħajja tiegħu;
- c. il- livell ġerarkiku tal -persunal u jekk il- persunal għandux responsabbiltajiet maniġerjali;
- d. il-livell ta’ edukazzjoni formali tal-persunal;
- e. l-iskarsezza tal-persunal disponibbli fis- suq tax - xogħol għal pożizzjonijiet speċjalizzati;
- f. in-natura tal-kuntratt tal- impjieg, inkluż jekk huwiex temporanju jew kuntratt b’perjodu indefinit;
- g. it-tul tal-esperjenza professjonali tal-persunal;
- h. iċ - ċertifikazzjoni professjonali tal -persunal;
- i. benefiċċji xierqa, inkluż il - ħlasijiet ta’ benefiċċji għal unità domestika addizzjonali u benefiċċji tat - tfal għal persunal b’konjuġi u membri tal -familja f’sitwazzjoni ta’ dipendenza.
8 Ara wkoll ir-rakkomandazzjoni tal- Kummissjoni tas -7 ta’ Marzu 2014 dwar it- tisħiħ tal - prinċipju ta’ pagi ugwali għall - irġiel u n -nisa permezz tat-trasparenza
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|