+101. Meta d- ditta ta’ investiment tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li …
|
101. Meta d- ditta ta’ investiment tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li …
Meta d- ditta ta’ investiment tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li l-attivitajiet professjonali tal-membri tal- persunal m’għandhomx impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment jew l- assi taħt il - ġestjoni tagħha u tapplika għal approvazzjoni minn qabel, għandu japplika dan li ġej: - a. il- korp maniġerjali għandu jiddeċiedi fuq il - bażi tal - analiżi li twettqet fi ħdan il - proċess ta’ identifikazzjoni annwali jekk il- persunal għandux fil -fatt l- ebda impatt fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment jew l- assi taħt il - ġestjoni tagħha u jgħarraf lill -funzjoni superviżorja dwar id - deċiżjoni meħuda. Il - funzjoni superviżorja jew, meta jitwaqqaf, il - kumitat tar- remunerazzjoni, għandhom jirrieżaminaw il -kriterji u l- proċess li bihom jittieħdu d - deċiżjonijiet u japprovaw l - eżenzjonijiet magħmulin;17
- b. kwalunkwe applikazzjoni għall - approvazzjoni minn qabel għandha ssir mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem is - sena finanzjarja ta’ qabel. L -awtorità kompetenti għandha tivvaluta l - applikazzjoni u tapprova jew tiċħad l -applikazzjoni, fejn possibbli, f’perjodu ta’ tliet xhur mindu tkun irċeviet id - dokumentazzjoni sħiħa; EBA Public
- c. jekk il-membru tal- persunal ingħata remunerazzjoni totali ta’ EUR 1 000 000 jew iżjed fis - sena finanzjarja preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha tgħarraf minnufih lill - Awtorità Bankarja Ewropea dwar l- applikazzjoni riċevuta u tipprovdi l -valutazzjoni inizjali tagħha. Fuq talba, l - awtorità kompetenti għandha tissottometti minnufih l -informazzjoni kollha riċevuta mid -ditta ta’ investiment lill-EBA. L- EBA se żżomm kuntatt mal -awtorità kompetenti sabiex tiżgura li esklużjonijiet bħal dawn huma mogħtija b’mod konsistenti qabel ma tittieħed id - deċiżjoni dwar l - approvazzjoni jew iċ - ċaħda tal -applikazzjoni mill-awtorità kompetenti.
17 Jekk jogħġbok irreferi għall -paragrafu 103 fir-rigward tal-approvazzjoni tal- eżenzjonijiet għall -politika ta’ remunerazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|