+5.1 Approvazzjoni minn qabel tal - esklużjonijiet
---+101. Meta d- ditta ta’ investiment tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li …
---+102. L- approvazzjoni minn qabel fir - rigward ta’ esklużjonijiet ta’ persunal identifikat b’rabta …
---+103. Meta l- persunal identifikat ikun eskluż fis - sussidjarji li huma nfushom mhumiex soġġetti …
---+104. Talbiet għall - approvazzjoni minn qabel għandhom jinkludu l - ismijiet kollha jew …

5.1 Approvazzjoni minn qabel tal - esklużjonijiet

5.1 Approvazzjoni minn qabel tal - esklużjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
101. Meta d- ditta ta’ investiment tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li …

Meta d- ditta ta’ investiment tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li l-attivitajiet professjonali tal-membri tal- persunal m’għandhomx impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment jew l- assi taħt il - ġestjoni tagħha u tapplika għal approvazzjoni minn qabel, għandu japplika dan li ġej:

  • a. il- korp maniġerjali għandu jiddeċiedi fuq il - bażi tal - analiżi li twettqet fi ħdan il - proċess ta’ identifikazzjoni annwali jekk il- persunal għandux fil -fatt l- ebda impatt fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment jew l- assi taħt il - ġestjoni tagħha u jgħarraf lill -funzjoni superviżorja dwar id - deċiżjoni meħuda. Il - funzjoni superviżorja jew, meta jitwaqqaf, il - kumitat tar- remunerazzjoni, għandhom jirrieżaminaw il -kriterji u l- proċess li bihom jittieħdu d - deċiżjonijiet u japprovaw l - eżenzjonijiet magħmulin;17
  • b. kwalunkwe applikazzjoni għall - approvazzjoni minn qabel għandha ssir mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem is - sena finanzjarja ta’ qabel. L -awtorità kompetenti għandha tivvaluta l - applikazzjoni u tapprova jew tiċħad l -applikazzjoni, fejn possibbli, f’perjodu ta’ tliet xhur mindu tkun irċeviet id - dokumentazzjoni sħiħa; EBA Public
  • c. jekk il-membru tal- persunal ingħata remunerazzjoni totali ta’ EUR 1 000 000 jew iżjed fis - sena finanzjarja preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha tgħarraf minnufih lill - Awtorità Bankarja Ewropea dwar l- applikazzjoni riċevuta u tipprovdi l -valutazzjoni inizjali tagħha. Fuq talba, l - awtorità kompetenti għandha tissottometti minnufih l -informazzjoni kollha riċevuta mid -ditta ta’ investiment lill-EBA. L- EBA se żżomm kuntatt mal -awtorità kompetenti sabiex tiżgura li esklużjonijiet bħal dawn huma mogħtija b’mod konsistenti qabel ma tittieħed id - deċiżjoni dwar l - approvazzjoni jew iċ - ċaħda tal -applikazzjoni mill-awtorità kompetenti.

17 Jekk jogħġbok irreferi għall -paragrafu 103 fir-rigward tal-approvazzjoni tal- eżenzjonijiet għall -politika ta’ remunerazzjoni.

102. L- approvazzjoni minn qabel fir - rigward ta’ esklużjonijiet ta’ persunal identifikat b’rabta …

L- approvazzjoni minn qabel fir - rigward ta’ esklużjonijiet ta’ persunal identifikat b’rabta mal - kriterji kwantitattivi għandha tingħata biss għal perjodu ta’ żmien limitat. It - talba għal approvazzjoni minn qabel skont l -RTS dwar il- persunal identifikat għandha ssir kull sena. Fir - rigward ta’ persunal li għalih tittieħed deċiżjoni dwar l - applikazzjoni għall -ewwel darba, l-approvazzjoni minn qabel għandha tikkonċerna biss is - sena finanzjarja li fiha ntalbet l - approvazzjoni minn qabel u s - sena finanzjarja ta’ wara. Għal persunal li għalih l - esklużjoni diġà ġiet approvata għas -sena finanzjarja kurrenti, l- approvazzjoni minn qabel għandha tikkonċerna s-sena finanzjarja ta’ wara biss.

103. Meta l- persunal identifikat ikun eskluż fis - sussidjarji li huma nfushom mhumiex soġġetti …

Meta l- persunal identifikat ikun eskluż fis - sussidjarji li huma nfushom mhumiex soġġetti għad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtorità kompetenti hija l -awtorità kompetenti fid-ditta ta’ investiment omm. Għall - fergħat ta’ ditti ta’ investiment fejn l- uffiċċju prinċipali jkun jinsab f’pajjiż terz, l - awtorità kompetenti hija l -awtorità kompetenti responsabbli mis- superviżjoni tad-ditti ta’ investiment fl-Istat Membru ta’ fejn tinsab il- fergħa.

104. Talbiet għall - approvazzjoni minn qabel għandhom jinkludu l - ismijiet kollha jew …

Talbiet għall - approvazzjoni minn qabel għandhom jinkludu l - ismijiet kollha jew identifikatur uniku ieħor għall - persunal identifikat li għalih għandha tapplika esklużjoni, il - perċentwal tal - kontribut tal-unità tan-negozju lit-total tar- rekwiżiti tal -fondi proprji tad-ditta ta’ investiment li fiha huwa attiv il -membru tal-persunal u l- analiżi tal -impatt tal- persunal fuq il -profil tar-riskju tad- ditta ta’ investiment għal kull membru tal -persunal identifikat. Meta l-persunal identifikat ikun attiv fl-istess unità tan-negozju u jkollu l-istess funzjon i, għandha ssir valutazzjoni konġunta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/