+185. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - Riskju għall - Klijent tad - ditta tal - …

185. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - Riskju għall - Klijent tad - ditta tal - …

Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - Riskju għall - Klijent tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu wkoll il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju sottostanti l - attivitajiet tagħha. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - elementi li ġejjin, meta rilevanti:

  • a. li d- ditta tal - investiment għandha strateġija tar - riskju soda, ifformulata u dokumentata b’mod ċar li hija vvalidata kif suppost mill - bord maniġerjali u tkopri l - ġestjoni tal - assi, il - ġestjoni tal - fluss tal - flus fid - ditta u l - ġestjoni tal - assi salvagwardjati u amministrati;
  • b. li d- ditta tal - investiment għandha qafas organizzazzjonali xieraq biex tiżgura l - forniment effettiv ta’ servizzi lill - klijenti, b’riżorsi umani u tekniċi (front u back offices, sistemi ta’ informazzjoni) suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
  • c. li d- ditta tal - investiment għandha qafas ta’ kontroll b’saħħtu u komprensiv (l - effettività u l - indipendenza tal - funzjonijiet ta’ kontroll) u salvagwardji sodi biex

56 timmitiga r - riskji tagħha għall - klijenti f’konformità mal - istrateġija ta’ ġestjoni u l - aptit għar - riskju;

  • d. li d- ditta tal - investiment għandha politiki u proċeduri definiti b’mod ċar għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni, il - kejl u l - kontroll tar - riskji operazzjonali għall - klijenti;
  • e. li d- drittijiet ta’ aċċess tad - ditta għall - kontijiet tal - klijent huma konformi mar - regolamenti applikabbli.

6.3.4 Sommarju tas- sejbiet u għoti ta’ punteġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/