+6.3 Valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent
---+168. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għall - Klijent li jirriżulta mit - …
---+169. Fil- valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu t - …
---+170. Permezz tal - valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent inerenti, l - awtoritajiet kompetenti …
---+171. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għall - Klijent kemm f’termini …
---+172. Meta jkun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu wkoll valutazzjoni aktar …
---+173. Sabiex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - Riskju għall - …
---+174. Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin: a. l- aptit …
---+175. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - analiżi preliminari b’kunsiderazzjoni tal - …
---+176. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li jġarrbu telf għall - klijenti …
---+177. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta …
---+178. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li jitilfu l - flus tal - klijenti …
---+179. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - flus tal - klijenti humiex miżmuma …
---+180. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta …
---+181. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li jġarrbu telf għall - klijenti u …
---+182. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti meta …
---+183. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju ta’ telf operazzjonali waqt it - …
---+184. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta …
---+185. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - Riskju għall - Klijent tad - ditta tal - …
---+186. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …
|
6.3 Valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent
6.3.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
168. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għall - Klijent li jirriżulta mit - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għall - Klijent li jirriżulta mit - tipi kollha ta’ skoperturi, inklużi impenji li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ: assi mmaniġġjati, flus tal - klijenti miżmuma, assi salvagwardjati u amministrati, u ordnijiet tal - klijenti ttrattati. Huma għandhom iqisu wkoll il - liġijiet nazzjonali li jirregolaw is - segregazzjoni applikabbli għall - flus tal - klijenti, u d - disponibbiltà għad - ditta tal - investiment ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali bħala għodda effettiva fil - ġestjoni t ar- riskji, f’konformità mal - Artikolu 29(1) tad - Direttiva (UE) 2019/2034.
|
|
169. Fil- valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu t - …
|
Fil- valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu t - tipi differenti ta’ klijenti, u n - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment fir - rigward ta’ dawn il - klijenti. 6.3.2 Valutazzjoni tar- Riskju għall -Klijent inerenti
|
|
170. Permezz tal - valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent inerenti, l - awtoritajiet kompetenti …
|
Permezz tal - valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - motivaturi ewlenin tal - ammonti tal - fatturi - K tar - Riskju għal l-Klijent tad - ditta tal - investiment u jevalwaw is - sinifikat tal - impatt prudenzjali ta’ dan ir - riskju għad - ditta tal - investiment. Għalhekk, il - valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent inerenti għandha tkun strutturata madwar il - passi ewlenin li ġejjin: - a. valutazzjoni preliminari;
53 - b. il- valutazzjoni tan - natura u tal - iskala tas - servizzi u tal - attivitajiet għall - ġestjoni tal - assi tal - klijenti, għaż - żamma tal - flus tal - klijenti, għas - salvagwardja tal - assi tal - klijenti u għat - trattament tal - ordnijiet tal - klijenti; u
- c. il- valutazzjoni tas - sistemi u tal - proċessi rigward dawn l - attivitajiet.
|
|
171. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għall - Klijent kemm f’termini …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għall - Klijent kemm f’termini attwali kif ukoll f’termini prospettivi.
|
|
172. Meta jkun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu wkoll valutazzjoni aktar …
|
Meta jkun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu wkoll valutazzjoni aktar granulari, potenzjalment fil - livell ta’ klijenti uniċi. Valutazzjoni preliminari
|
|
173. Sabiex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - Riskju għall - …
|
Sabiex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - Riskju għall - Klijent, l - awtoritajiet kompetenti għandhom l - ewwel jidentifikaw is - sorsi ta’ Riskju għall - Klijent li d - ditta tal - investiment hi jew tista’ tkun esposta għalihom.
|
|
174. Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin: a. l- aptit …
|
Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin: - a. l- aptit għar - riskju fir - rigward tar - Riskju għall - Klijent, meta jitqies il- mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment;
- b. il- piż tal - ammont tal - fattur - K għar - Riskju għall - Klijent meta mqabbel mal - ammont totali tal - fattur - K;
- c. il- previżjonijiet tal - ammont tal - fattur - K għar - Riskju għall - Klijent, jekk disponibbli;
- d. in- natura, id - daqs u l - kompożizzjoni tal - entrati relatati mal - klijent li jidhru u li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ tad - ditta tal - investiment;
- e. jekk disponibbli, il - kost tat - telf operazzjonali fuq il - kontijiet tal - klijent kontra t - tariffi.
|
|
175. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - analiżi preliminari b’kunsiderazzjoni tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - analiżi preliminari b’kunsiderazzjoni tal - bidla fl - indikaturi ta’ hawn fuq matul iż - żmien biex jiffurmaw opinjoni infurmata tal - motivaturi ewlenin tar - Riskju għall - Klijent tad - ditta tal - investiment. Assi mmaniġġjati (AUM)
|
|
176. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li jġarrbu telf għall - klijenti …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li jġarrbu telf għall - klijenti minħabba l - ġestjoni ħażina tal - assi mmaniġġjati tal - klijenti. L - assi mmaniġġjati jinkludu kemm assi mmaniġġjati diskrezzjonali tal - portafoll kif ukoll arranġamenti konsultattivi mhux diskrezzjonali ta’ natura kontinwa. Dan ir - riskju jista’ jinħoloq, fost sorsi oħrajn, minn ksur tat - termini tal - mandat, ingranaġġ eċċessiv, konċentrazzjoni eċċessiva, assi soġġetti għal għafsiet tal - likwidità, kumplessità tal - prodott mhux adegwata fir - rigward tal - mandat.
|
|
177. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta rilevanti: 54 - a. il- kumplessità tal - mandati, id - Dikjarazzjoni tal - Politika ta’ Investiment (IPS) jew l - istrateġiji implimentati;
- b. il- profili tal - klijenti (fondi sovrani, investituri istituzzjonali, korporattivi jew fil - livell tal - konsumatur) u tolleranza tar - riskju;
- c. il- klassijiet ta’ assi ta’ portafoll sottostanti;
- d. l- ammont ta’ assi mmaniġġjati.
Flus tal - klijenti miżmuma (CMH)
|
|
178. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li jitilfu l - flus tal - klijenti …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li jitilfu l - flus tal - klijenti u li jkollhom jikkumpensaw lill - klijenti minħabba l - ġestjoni ħażina tal - kontijiet tal - klijenti mid - ditta tal - investiment.
|
|
179. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - flus tal - klijenti humiex miżmuma …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - flus tal - klijenti humiex miżmuma skont il - liġi nazzjonali dwar il - protezzjoni tal - flus tal - klijenti u jistgħux jiġu distinti b’mod ċar mill - flus proprji tad - ditta tal - investiment.
|
|
180. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta rilevanti: - a. it - tip ta’ kont (depożitu ta’ bank kummerċjali);
- b. il- ftehim dwar l - aċċess tad - ditti tal - investiment għall - flus tal - klijenti;
- c. il- politika ta’ investimenti awtorizzati għall - flus tal - klijenti;
- d. il- kontijiet segregati individwali jew omnibus;
- e. it - traċċabbiltà tal - flus tal - klijent;
- f. l- ammont ta’ flus tal - klijenti miżmuma u n - numru a’ klijenti;
- g. il- muniti użati biex jiddenominaw il - kontijiet tal - klijenti.
Assi salvagwardjati u amministrati (ASA)
|
|
181. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li jġarrbu telf għall - klijenti u …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li jġarrbu telf għall - klijenti u li jkollhom jikkumpensawhom minħabba l - ġestjoni ħażina tal - assi salvagwardjati u amministrati mid - ditta tal - investiment.
|
|
182. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti meta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti meta rilevanti: - a. l- użu mill - ġdid ta’ kollateral miżmum;
- b. id- drittijiet ta’ likwidazzjoni fuq l - assi;
- c. id- deprezzament kollaterali;
- d. id- delegazzjonijiet li jidħlu minn u joħorġu għal entitajiet finanzjarji oħrajn;
55 - e. tipi tal - assi;
- f. l- operazzjonijiet jew in - nuqqas ta’ twettiq ta’ operazzjonijiet fuq avvenimenti marbuta mal - assi (vot għal assemblea ġenerali, pagament ta’ kupuni, emissjonijiet bi drittijiet preferenzjali).
Ordnijiet tal - klijenti ttrattati (COH)
|
|
183. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju ta’ telf operazzjonali waqt it - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju ta’ telf operazzjonali waqt it - trattament tal - ordnijiet tal - klijenti. Dan ir - riskju jista’ jinħoloq minn żbalji tas - sistema jew tal - bniedem minħabba l - kumplessità tal - proċessi, tal - proċeduri, u tas - sistemi tal - IT (inkluż l- użu ta’ teknoloġiji ġodda), sal - punt li jistgħu jwasslu għal żbalji, inkluż dewmien, speċifikazzjoni ħażina jew ksur ta’ sigurtà.
|
|
184. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta rilevanti: - a. il- kwantità u l - ammont ta’ ordnijiet tal - klijenti ttrattati;
- b. in- natura tal - assi sottostanti (OTC, ftit jew wisq likwidi…);
- c. it - tipi u l - karatteristiċi tal - ordnijiet (skont il - blokok, il - prezz fiss…);
- d. il- karatteristiċi tat - trażmissjoni jew tal - eżekuzzjoni (negozjar elettroniku jew bil - vuċi…);
- e. il- proċessi ta’ trażmissjoni jew eżekuzzjoni u l - organizzazzjoni (uffiċċji dedikati skont il - klassi tal - assi, in - negozjanti tal - bejgħ, in - negozjar akkont proprju, l - aċċess għas - suq...).
6.3.3 Valutazzjoni tal- ġestjoni u l -kontrolli tar- Riskju għall -Klijent
|
|
185. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - Riskju għall - Klijent tad - ditta tal - …
|
Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal - profil tar - Riskju għall - Klijent tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu wkoll il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju sottostanti l - attivitajiet tagħha. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - elementi li ġejjin, meta rilevanti: - a. li d- ditta tal - investiment għandha strateġija tar - riskju soda, ifformulata u dokumentata b’mod ċar li hija vvalidata kif suppost mill - bord maniġerjali u tkopri l - ġestjoni tal - assi, il - ġestjoni tal - fluss tal - flus fid - ditta u l - ġestjoni tal - assi salvagwardjati u amministrati;
- b. li d- ditta tal - investiment għandha qafas organizzazzjonali xieraq biex tiżgura l - forniment effettiv ta’ servizzi lill - klijenti, b’riżorsi umani u tekniċi (front u back offices, sistemi ta’ informazzjoni) suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
- c. li d- ditta tal - investiment għandha qafas ta’ kontroll b’saħħtu u komprensiv (l - effettività u l - indipendenza tal - funzjonijiet ta’ kontroll) u salvagwardji sodi biex
56 timmitiga r - riskji tagħha għall - klijenti f’konformità mal - istrateġija ta’ ġestjoni u l - aptit għar - riskju; - d. li d- ditta tal - investiment għandha politiki u proċeduri definiti b’mod ċar għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni, il - kejl u l - kontroll tar - riskji operazzjonali għall - klijenti;
- e. li d- drittijiet ta’ aċċess tad - ditta għall - kontijiet tal - klijent huma konformi mar - regolamenti applikabbli.
6.3.4 Sommarju tas- sejbiet u għoti ta’ punteġġ
|
|
186. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …
|
Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir- Riskju għall - Klijent tad - ditta tal - investiment. Din l - opinjoni għandha tkun riflessa fis - sommarju tas - sejbiet, akkumpanjata minn punteġġ tar - riskju bbażat fuq il - kunsiderazzjonijiet speċifikati fit - Tabella 5. Jekk, abbażi tal - materjalità ta’ ċerti fatturi tar - riskju, l - awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jivvalutawhom u jagħtuhom punteġġ individwalment, il - gwida pprovduta f’din it - tabella għandha tiġi applikata, sa fejn ikun possibbli, permezz ta’ analoġija. Tabella 5. Kunsiderazzjonijiet superviżorji għall - assenjament ta’ punteġġ tar - riskju għar - Riskju għall - Klijent Punteġġ Kunsiderazzjonijiet fir-tar- Perspettiva Kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar- rigward ta’ ġestjoni u superviżorja riskju inerenti
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|