+Politiki u proċessi tar - riskju
---+46. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l - IRRBB, il - korp maniġerjali għandu …
---+47. Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …
---+48. Il - politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - anqas darba …
---+49. Sabiex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi …
---+50. Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …

Politiki u proċessi tar - riskju

Politiki u proċessi tar - riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
46. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l - IRRBB, il - korp maniġerjali għandu …

Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l - IRRBB, il - korp maniġerjali għandu jadotta politiki, proċessi u sistemi robusti relatati mar - riskju li għandhom jiżguraw li:

  • (a) jiġu stabbiliti proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji għall - kejl u għall - valutazzjoni tal - IRRBB;
  • (b) l - approċċ tal - kejl u s - suppożizzjonijiet korrispondenti għall - kejl u l - valutazzjoni tal - IRRBB, inkluża l - allokazzjoni ta’ kapital intern għar - riskji tal - IRRBB, ikunu xierqa u proporzjonali;
  • (c) is - suppożizzjonijiet tal - mudelli użati jiġu rieżaminati regolarment u emendati jekk ikun meħtieġ;
  • (d) jiġu ddefiniti standards għall - evalwazzjoni tal - pożizzjonijiet u għall - kejl tal - prestazzjoni;
  • (e) ikunu jeżistu dokumentazzjoni u kontrolli xierqa dwar l - istrateġiji u l - istrumenti għall - iħħeġġjar permissibbli; u
  • (f) ikunu definiti l - linji tal - awtorità u r - responsabbiltà għall - ġestjoni tal - iskoperturi għall - IRRBB.
47. Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …

Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - komponenti kollha tal - IRRBB li huma importanti għaċ - ċirkustanzi individwali tal - istituzzjoni. Mingħajr preġudizzju għall - prinċipju ta’ proporzjonalità, il - politiki li jikkonċernaw l - IRRBB għandhom jinkludu dan li ġej:

  • (a) L- applikazzjoni tal - limitu bejn il - “portafoll mhux tan - negozjar” u l - “portafoll tan - negozjar”. Trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll bankarju u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati u mmonitorjati kif xieraq fi ħdan il - monitoraġġ usa’ tal - IRRBB li joriġina minn strumenti ta’ derivattivi tar - rata tal - imgħax.
  • (b) Id- definizzjoni aktar dettaljata tal - valur ekonomiku u l - konsistenza tagħha mal - metodu użat sabiex jiġu valwati l - assi u l - obbligazzjonijiet (eż. ibbażat fuq il - valur skontat tal - flussi tal - flus fil - futur, kif ukoll fuq il - valur skontat tal - introjtu mill - imgħax nett fil - futur) adottata għall - użu intern.
  • (c) Id- definizzjoni aktar dettaljata tar - riskju għall - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq u l - konsistenza tagħha mal - approċċ tal - istituzzjoni għall - iżvilupp ta’ pjanijiet u tbassir finanzjarji adottata għall - użu intern.
  • (d) Id- daqs u l - forma tax - xokkijiet differenti fuq ir - rati tal - imgħax li għandhom jintużaw għall - kalkoli interni tal - IRRBB.
  • (e) L- użu ta’ approċċi kundizzjonali jew mhux kundizzjonali għall - immudellar tal - fluss tal - flus.
  • (f) It - trattament ta’ “tranżazzjonijiet fil - ġejjieni”7 (inkluż kwalunkwe ħħeġġjar relatat).
  • (g) L- aggregazzjoni ta’ esponimenti għar - rati tal - imgħax ta’ bosta muniti.
  • (h) Il - kejl u l - ġestjoni tar - riskju ta’ bażi li jirriżulta minn indiċijiet differenti tar - rati tal - imgħax.
  • (i) Jekk l - attiv u l - passiv mingħajr imgħax tal - portafoll mhux tan - negozjar (inklużi dawk kapitali u ta’ riżerva) humiex inklużi jew le fil - kalkoli li jkejlu l - IRRBB għall -ICAAP.
  • (j) It - trattament komportamentali tal - kontijiet kurrenti u tat - tfaddil (jiġifieri, il - maturità preżunta għal obbligazzjonijiet b’maturità kuntrattwali qasira iżda maturità komportamentali twila).
  • (k) Il - kejl tal - IRRBB li jirriżulta minn opzjonijiet komportamentali u awtomatiċi fl - assi jew fl - obbligazzjonijiet, inklużi effetti ta’ konvessità u profili ta’ ħlas mhux lineari.
  • (l) Il - grad ta’ granularità użata fil - kalkoli tal - kejl (eż. l - użu ta’ taqsimiet tal - ħin).
  • (m) Id- definizzjoni interna ta’ marġnijiet kummerċjali u metodoloġija adegwata għat - trattament intern tal - marġnijiet kummerċjali.

7 Skoperturi fil - ġejjieni (eż. fejn ikun miftiehem self u l - klijent ikun jista’ jiddeċiedi jekk jagħmilx prelevament jew le) effettivament jagħtu opzjoni lill - klijent li x’aktarx tiġi eżerċitata meta l - kundizzjonijiet tas - suq ikunu jiffavorixxu l - anqas lill - istituzzjoni (konvessività negattiva). Il - ġestjoni ta’ skoperturi fil - ġejjieni tiddependi minn data preċiża dwar l - applikazzjonijiet riċevuti kif ukoll mill - immudellar tal - prelevamenti mistennija.

48. Il - politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - anqas darba …

Il - politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - anqas darba f’sena, u riveduti kif meħtieġ.

49. Sabiex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi …

Sabiex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB fid - dawl tal - eżiti ta’ rapporti regolari.

50. Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …

Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ analiżi ta’ ġestjoni tar - riskju relatati mal - IRRBB jitwettqu minn biżżejjed persunal kompetenti b’għarfien tekniku u esperjenza, konsistenti man - natura u l - ambitu tal - attivitajiet tal - istituzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/