+54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …

54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …

Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq, tipproċessa u tirreġistra l - operazzjonijiet, sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - iskoperturi għall - IRRBB, kif ukoll sabiex tiġġenera r - rapporti, għandhom ikunu kapaċi jappoġġaw il - ġestjoni tal - IRRBB f’waqtha u b’mod preċiż. B’mod partikolari, is - sistemi għandhom:

  • (a) Jirreġistraw data dwar ir - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax fir - rigward tal - iskoperturi materjali tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inklużi l - iskoperturi għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjoni. Dan għandu jappoġġa s - sistema ta’ kejl tal - istituzzjoni sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - akbar sorsi ta’ skoperturi għall - IRRBB.
  • (b) Ikunu kapaċi jirreġistraw b’mod sħiħ u ċar it - tranżazzjonijiet kollha li jsiru mill - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l - karatteristiċi tal - IRRBB tagħhom.
  • (c) Ikunu mfassla apposta għall - kumplessità u n - numru ta’ tranżazzjonijiet li joħolqu l - IRRBB.
  • (d) Joffru biżżejjed flessibbiltà sabiex jakkomodaw firxa raġonevoli ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress tal - IRRBB, kif ukoll kwalunkwe xenarju addizzjonali.
  • (e) Jippermettu li l - istituzzjonijiet ikejlu, jivvalutaw u jimmonitorjaw bis - sħiħ il - kontribut ta’ tranżazzjonijiet individwali għall - iskopertura globali tagħhom.
  • (f) Ikunu jistgħu jikkomputaw il - kejl tal - IRRBB (jiġifieri, il - valur ekonomiku u l - kejl tal - introjtu mill - imgħax flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq) kif ukoll kejl tal - IRRBB ieħor preskritt mill - awtoritajiet kompetenti tagħhom, abbażi tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax stipulati fit - Taqsimiet 4.3.3 u 4.3.4.
  • (g) Ikunu flessibbli biżżejjed sabiex jinkorporaw restrizzjonijiet superviżorji imposti fuq is - suppożizzjonijiet dwar il - parametru tar - riskju intern.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/