+Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tal-IRRBB
---+54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …
---+55. Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw …
---+56. B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet …
---+57. Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT sabiex …
---+58. Il - kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L …
---+59. Sabiex jiżguraw kwalità għolja tad - data , l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi …
---+60. Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti …
---+61. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u għall - …
---+62. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa sabiex jiżguraw li d - data użata …

Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tal-IRRBB

Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tal-IRRBB

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …

Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq, tipproċessa u tirreġistra l - operazzjonijiet, sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - iskoperturi għall - IRRBB, kif ukoll sabiex tiġġenera r - rapporti, għandhom ikunu kapaċi jappoġġaw il - ġestjoni tal - IRRBB f’waqtha u b’mod preċiż. B’mod partikolari, is - sistemi għandhom:

  • (a) Jirreġistraw data dwar ir - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax fir - rigward tal - iskoperturi materjali tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inklużi l - iskoperturi għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjoni. Dan għandu jappoġġa s - sistema ta’ kejl tal - istituzzjoni sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - akbar sorsi ta’ skoperturi għall - IRRBB.
  • (b) Ikunu kapaċi jirreġistraw b’mod sħiħ u ċar it - tranżazzjonijiet kollha li jsiru mill - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l - karatteristiċi tal - IRRBB tagħhom.
  • (c) Ikunu mfassla apposta għall - kumplessità u n - numru ta’ tranżazzjonijiet li joħolqu l - IRRBB.
  • (d) Joffru biżżejjed flessibbiltà sabiex jakkomodaw firxa raġonevoli ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress tal - IRRBB, kif ukoll kwalunkwe xenarju addizzjonali.
  • (e) Jippermettu li l - istituzzjonijiet ikejlu, jivvalutaw u jimmonitorjaw bis - sħiħ il - kontribut ta’ tranżazzjonijiet individwali għall - iskopertura globali tagħhom.
  • (f) Ikunu jistgħu jikkomputaw il - kejl tal - IRRBB (jiġifieri, il - valur ekonomiku u l - kejl tal - introjtu mill - imgħax flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq) kif ukoll kejl tal - IRRBB ieħor preskritt mill - awtoritajiet kompetenti tagħhom, abbażi tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax stipulati fit - Taqsimiet 4.3.3 u 4.3.4.
  • (g) Ikunu flessibbli biżżejjed sabiex jinkorporaw restrizzjonijiet superviżorji imposti fuq is - suppożizzjonijiet dwar il - parametru tar - riskju intern.
55. Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw …

Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw il - profil tal - ipprezzar mill - ġdid, il - karatteristiċi tar - rati tal - imgħax (inkluża l - firxa) u l - karatteristiċi tal - opzjonijiet tal - prodotti, sabiex ikunu jistgħu jitkejlu r - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjoni. B’mod partikolari, is - sistema tat - tranżazzjonijiet għandha tkun kapaċi tiġbor informazzjoni dettaljata dwar id - data(i) tal - ipprezzar mill - ġdid ta’ tranżazzjoni partikolari, it - tip jew l - indiċi tar - rata tal - imgħax, kwalunkwe opzjoni (inkluż il - pagament lura qabel iż - żmien jew it - tifdija), u t - tariffi marbuta mal - eżerċitar ta’ dawn l - opzjonijiet. Is - sistemi li jintużaw sabiex jitkejjel l - IRRBB għandhom ikunu kapaċi jaqbdu l - karatteristiċi tal - IRRBB tal - prodotti kollha. Is - sistemi għandhom jippermettu wkoll id - diżaggregazzjoni tal - impatt ta’ strumenti u portafolli individwali tal - IRRBB fil - livell tar - riskju tal - portafoll mhux tan - negozjar.

56. B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet …

B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet għandha tkun kapaċi tiġbor informazzjoni dwar il - partijiet separati tal - prodott u taqbad il - karatteristiċi tal - IRRBB tagħhom (eż., il - karatteristiċi ta’ attiv u passiv miġbura flimkien skont ċerti karatteristiċi, bħad - dati tal - ipprezzar mill - ġdid jew elementi ta’ opzjonalità). L - istituzzjoni għandha tiżgura li s - sistema tal - IT tkun kapaċi żżomm il - pass mal - introduzzjoni ta’ prodotti ġodda.

57. Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT sabiex …

Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT sabiex tiġi evitata l - korruzzjoni tad - data użata mis - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - komputer għall - IRRBB, u sabiex jiġu kkontrollati bidliet fl - ikkowdjar użat f’dawk l - applikazzjonijiet, sabiex b’mod partikolari jiġu żgurati:

  • (a) l - affidabbiltà tad - data użata bħala input, u l - integrità tas - sistemi tal - ipproċessar għall - mudelli tal - IRRBB;
  • (b) il - minimizzazzjoni tal - probabbiltà li jseħħu żbalji fis - sistema tal - IT, inklużi dawk li jseħħu matul l - ipproċessar u l - aggregazzjoni tad - data ; u
  • (c) it - teħid ta’ kejl adegwat jekk iseħħu tfixkil fis - suq jew perjodi ħżiena fin - negozju.
58. Il - kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L …

Il - kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L - istituzzjonijiet għandhom jiskrutinizzaw kemm il - kwalità tas - sorsi ta’ informazzjoni esterni li jintużaw fl - istabbiliment tal - bażijiet tad - data storiċi tar - rati tal - imgħax, kif ukoll il - frekwenza li biha jiġu aġġornati l - bażijiet tad - data .

59. Sabiex jiżguraw kwalità għolja tad - data , l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi …

Sabiex jiżguraw kwalità għolja tad - data , l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi xierqa li jiżguraw li d - data li tiddaħħal fis - sistema tal - IT tkun korretta. L - inputs tad - data għandhom jiġu awtomatizzati mill - aktar fis possibbli sabiex jitnaqqsu l - iżbalji amministrattivi, u l - immappjar tad - data għandu jiġi rieżaminat u ttestjat perjodikament bi tqabbil ma’ verżjoni mudell approvata. Barra minn hekk, għandu jkun hemm dokumentazzjoni suffiċjenti tas - sorsi l - kbar ta’ data użati fil - proċess ta’ kejl tar - riskju tal - istituzzjoni. L - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi xierqa sabiex jivverifikaw il - korrettezza tal - proċess ta’ aggregazzjoni u l - affidabbiltà tar - riżultati mudell. Dawn il - mekkaniżmi għandhom jikkonfermaw il - preċiżjoni u l - affidabbiltà tad - data .

60. Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti …

Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti (eż. għal analiżi tad - diskrepanzi) jew jassenjaw il - flussi tal - flus għal punti vertiċi differenti sabiex jirriflettu l - perjodi ta’ maturità differenti tal - kurva tar - rata tal - imgħax, il - kriterji għall - organizzazzjoni għandhom ikunu stabbli matul iż - żmien sabiex jippermettu li jsir tqabbil sinifikattiv taċ - ċifri relatati mar - riskju tul perjodi differenti.

61. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u għall - …

L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u għall - irregolaritajiet li jistgħu jirriżultaw fi żmien l - ipproċessar tad - data . L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbiliti proċeduri sabiex jindirizzaw dawn id - diskrepanzi u l - irregolaritajiet, inklużi proċeduri għar - rikonċiljazzjoni reċiproka tal - pożizzjonijiet sabiex dawn id - diskrepanzi u irregolaritajiet ikunu jistgħu jiġu eliminati.

62. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa sabiex jiżguraw li d - data użata …

L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa sabiex jiżguraw li d - data użata sabiex talimenta l - mudelli li jkejlu l - IRRBB fil - grupp tkun konsistenti mad - data użata għall - ippjanar finanzjarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/