+91. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi …

91. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi …

L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi pożizzjonijiet. Għall - iskoperturi għal muniti materjali, ix - xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax għandhom ikunu speċifiċi għall - munita u konsistenti mal - karatteristiċi ekonomiċi sottostanti. Taħt is - sistema ta’ kejl intern tal - IRRBB (IMS), ix - xenarji tax - xokk tar - rata tal - imgħax speċifiċi għall - munita, għandhom jiġu kkunsidrati, tal - anqas, għal kull munita fejn il - valur kontabilistiku tal - assi jew tal - obbligazzjonijiet finanzjarji denominati f’munita jammonta għal 5 % jew aktar tal - assi jew tal - obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal - portafoll mhux tan - negozjar, jew anqas minn 5 % jekk is - somma tal - assi jew tal - obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil - kalkolu tkun anqas minn 90 % tal - assi finanzjarji totali tal - portafoll mhux tan - negozjar (esklużi l - assi tanġibbli) jew tal - obbligazzjonijiet. Fis - sistemi ta’ kejl interni tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu metodi sabiex jaggregaw l - IRRBB tagħhom f’muniti differenti. Fejn l - istituzzjonijiet jużaw suppożizzjonijiet dwar dipendenzi bejn ir - rati tal - imgħax f’muniti differenti, huma għandu jkollhom il - livell neċessarju ta’ ħiliet u sofistikazzjoni sabiex jagħmlu dan. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l - impatt tas - suppożizzjonijiet dwar dipendenzi bejn ir - rati tal - imgħax f’muniti differenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/