+Politiki u proċessi tar - riskju
---+133. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward is - CSRBB, il - korp maniġerjali għandu …
---+134. Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …
---+135. Sabiex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tas - CSRBB jibqgħu xierqa u sodi …
---+136. Il - korp maniġerjali jew id -d elegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …

Politiki u proċessi tar - riskju

Politiki u proċessi tar - riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
133. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward is - CSRBB, il - korp maniġerjali għandu …

Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward is - CSRBB, il - korp maniġerjali għandu jadotta politiki, proċessi u sistemi robusti relatati mar - riskju li għandhom jiżguraw li:

  • (a) Jiġu stabbiliti proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji għall - kejl u għall - monitoraġġ tas - CSRBB;
  • (b) l - approċċ ta’ kejl u s - suppożizzjonijiet korrispondenti għall - valutazzjoni u l - monitoraġġ tar - riskji tas - CSRBB, huma xierqa u proporzjonali;
  • (c) is - suppożizzjonijiet tal - mudelli użati jiġu rieżaminati regolarment u emendati jekk ikun meħtieġ;
  • (d) ikunu definiti standards għall - evalwazzjoni tal - pożizzjonijiet u għall - kejl tal - prestazzjoni; u
  • (e) ikunu definiti l - linji tal - awtorità u r - responsabbiltà għall - ġestjoni tal - iskoperturi għas - CSRBB.
134. Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …

Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - komponenti kollha tas - CSRBB li huma importanti għaċ - ċirkostanzi individwali tal - istituzzjoni. Mingħajr preġudizzju għall - prinċipju ta’ proporzjonalità, il - politiki li jikkonċernaw is - CSRBB għandhom jinkludu dan li ġej:

  • (a) L- applikazzjoni tal - limitu bejn il - “portafoll mhux tan - negozjar” u l - “portafoll tan - negozjar”. It - trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll bankarju u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati u mmonitorjati kif xieraq;
  • (b) Id- daqs u l - forma tax - xokkijiet tal - firxa li għandhom jintużaw għall - kalkoli interni tas - CSRBB rispettivament.
135. Sabiex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tas - CSRBB jibqgħu xierqa u sodi …

Sabiex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tas - CSRBB jibqgħu xierqa u sodi, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri ta’ ġesjtoni tas - CSRBB fid - dawl tal - eżiti ta’ rapporti regolari.

136. Il - korp maniġerjali jew id -d elegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …

Il - korp maniġerjali jew id -d elegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ analiżi ta’ ġestjoni tar - riskju relatati mas - CSRBB jitwettqu minn biżżejjed persunal kompetenti b’għarfien tekniku u esperjenza, konsistenti man - natura u l - ambitu tal - attivitajiet tal - istituzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/