+19. Il-politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu għandu jkun fihom …
|
19. Il-politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu għandu jkun fihom …
Il-politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu għandu jkun fihom gwida dwar it- trattament ta’ applikazzjonijiet minn individwi li jista’ jkollhom raġunijiet kredibbli u leġittimi biex ma jkunux jistgħu jipprovdu forom tradizzjonali ta’ dokumenti tal - identità. Dawn għandhom jistabbilixxu mill - inqas: - a. Il- passi li għandhom jittieħdu meta l - klijent ikun persuna li qed tfittex l - ażil skont il - Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat -28 ta’ Lulju 1951 dwar l- Istatus tar - Refuġjati, il -Protokoll tagħha tal -31 ta’ Jannar 1967 u trattati internazzjonali rilevanti oħra, u li ma tistax tipprovdi lill - istituzzjoni ta’ kreditu u finanzjarja b’forma tradizzjonali ta’ identifikazzjoni, bħal passaporti jew karta tal - identità. Il -politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw liema dokumentazzjoni alternattiva u indipendenti tista’ tiddependi fuqha biex tissodisfa l - obbligi ta’ CDD tagħha, fejn ikun permess mil - liġi nazzjonali. Dawn id - dokumenti għandhom ikunu affidabbli biżżejjed, jiġifieri aġġornati, maħruġa minn awtorità nazzjonali jew lokali uffiċjali u li jkun fihom, bħala minimu, l - isem sħiħ u d -data tat-twelid tal-applikant.
- b. Il- passi li għandhom jittieħdu meta l - klijent ikun vulnerabbli u ma jkunx jista’ jipprovdi forom tradizzjonali ta’ identifikazzjoni jew indirizz, pereżempju minħabba li l -klijent ikun refuġjat skont il - Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal -1951 jew trattati internazzjonali rilevanti oħra, jew ma jkollux indirizz fiss. Il -politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw liema dokumentazzjoni alternattiva u indipendenti tista’ tib baża fuqha. Din id - dokumentazzjoni tista’ tinkludi, fejn permess mil - liġi nazzjonali, dokumenti tal - identità skaduti u dokumenti pprovduti minn awtorità uffiċjali, bħal servizzi soċjali jew organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ stabbilita sew li taħdem f’isem awtoritajiet uffiċjali (is -Salib l- Aħmar jew oħrajn), li tipprovdi wkoll assistenza lil dan il-klijent.
- c. Proċeduri simili jistgħu japplikaw ukoll għal individwi li ma jibbenefikawx minn permess ta’ residenza, iżda li t - tkeċċija tagħhom hija impossibbli għal raġunijiet legali jew fattwali. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il -politiki u l- proċeduri tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom iqisu ċ - ċertifikati jew id - dokumentazzjoni maħruġin minn awtorità uffiċjali jew minn organizzazzjoni li tipprovdi appoġġ jew assistenza legali lil dawk l - individwi f’isem awtorità uffiċjali, fejn dan ikun permess mil - liġi nazzjonali. Tali awtoritajiet jistgħu jinkludu dipartimenti tal - ħidma soċjali, ministeri għall - affarijiet interni u servizzi ta’ migrazzjon i. Dawn id- dokumenti jistgħu jintużaw bħala prova li l - individwu ma jistax jiġi espuls jew imkeċċi skont il - liġi tal - UE.
- d. F’każijiet fejn l - appoġġ għall - persuni msemmija fil -punti a., b. u c. jingħata fil - forma ta’ kards imħallsa minn qabel u fejn il -kundi zzjonijiet relatati mad - diliġenza dovuta ssimplifikata jiġu ssodisfati kif stabbilit fil -Linji Gwida 4.41, 9.15, 10.18 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Fatturi tar- Riskju tal -ML/TF, il-politiki u l- proċeduri għandhom jindikaw li l- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jistgħu jipposponu l - applikazzjoni ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta tal - klijenti inizjali għal data aktar tard.
- e. F’każijiet fejn il - persuni msemmija fil -punti a., b. u c. japplikaw għal aċċess għal kont ta’ pagament u jitqiesu li jippreżentaw riskji baxxi ta’ ML/TF, il -politiki u l- proċeduri għandhom jindikaw liema forom alternattivi ta’ ID l - istituzzjoni tista’ taċċetta u l - għażliet għall - posponiment tal - applikazzjoni ta’ CDD sħiħa sa wara l - istabbiliment tar - relazzjoni ta’ negozju.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|