+15. L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli jqisu li grupp ta’ ditti ta’ …
|
15. L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli jqisu li grupp ta’ ditti ta’ …
L- awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitwaqqfu milli jqisu li grupp ta’ ditti ta’ investiment li ma jissodisfax il -kriterji stabbiliti fit- Taqsima 4.2 ma joħloqx riskju sinifikanti għall -klijenti jew għas - suq għall -finijiet tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jekk jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet kollha li ġejjin: - (a) ir- rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal -Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jibqgħu qrib biżżejjed tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir- regolament, f’perċentwal indikattiv akbar minn 90 % ta’ dan tal-aħħar;
- (b) l- ebda waħda mill - impriżi tal -grupp tad- ditti ta’ investiment, inklużi impriżi li jinsabu f’pajjiżi terzi, ma għandha ħruġ pendenti ta’ strumenti ta’ ekwità jew ta’ dejn li mhumiex elenkati f’borża regolata miżmuma minn klijenti fil -livell tal-konsumatur fl-UE, kif definit fl-Artikolu 4(1)(11) tad-Direttiva (UE) 2014/65; dan il - kriterju ma jinkludix is -sidien tal-maġġoranza tad -drittijiet tal-vot, il- maniġers u l - impjegati ta’ kwalunkwe waħda mill - impriżi tal -grupp tad- ditti ta’ investiment;
- (c) ikun hemm massimu ta’ impriża waħda fil -grupp li tkun membru tal-ikklerjar kif definit fl-Artikolu 4(1) (3) tar- Regolament (UE) 2019/2033;
- (d) jekk impriża waħda jew aktar tal - pożizzjonijiet tal - ħeġġ tal - grupp soġġetti għal K -NPR jew K - TCD għal impriżi oħra tal - grupp permezz ta’ ftehimiet interni ta’ trasferiment tar -riskju, ikun hemm fis - seħħ, fi ħdan il - grupp, arranġamenti organizzazzjonali sodisfaċenti u funzjonijiet suffiċjenti ta’ kontroll tar - riskju, proporzjonati għad - daqs tal -grupp tad-ditta ta’ investiment u għar - riskju ġestit mill - impriżi li jiħħeġġjaw dawk il - pożizzjonijiet, u r -riskju globali li jirriżulta mill - pożizzjonijiet kummerċja li tal-grupp tad-ditta ta’ investiment u l-ħeġġijiet tagħhom ma jkunx sorveljat aħjar skont il - qafas ta’ konsolidazzjoni prudenzjali;
- (e) jekk awtorità kompetenti tqis li grupp ta’ ditti ta’ investiment għandu struttura sempliċi biżżejjed iżda ma jissodisfax il -kriterji fil-paragrafu 14(a) jew fil-paragrafu 14(c), ir- rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jibqgħu qrib biżżejjed tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal -Artikolu 7 ta’ dak ir- regolament, f’perċentwal indikattiv akbar minn 95 % ta’ dan tal- aħħar. Jekk awtorità kompetenti tqis li grupp ta’ ditti ta’ investiment għandu struttura sempliċi biżżejjed iżda ma jissodisfa l- ebda wieħed mill -kriterji fil-paragrafi 14(a) u 14(c), ir- rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom preferibbilment ikunu tal- anqas ugwali għar - rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-regolament.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|