+40. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni …

40. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni …

L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iwettqu l - valutazzjoni jew ir - rivalutazzjoni tal - adegwatezza tal - korp maniġerjali, u tal - membri tiegħu:

  • a. meta japplikaw għal awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l - attivitajiet li jirrikjedu awtorizzazzjoni;
  • b. meta jseħħu bidliet materjali fil - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali, inklużi:
  • i. meta jinħatru membri ġodda tal - korp maniġerjali, inkluż fil - kuntest ta’ akkwiżizzjoni diretta jew indiretta jew żieda ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fl - emittent tal - ART jew tas - CASP. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għal membri li jkunu għadhom kif inħatru u l - adegwatezza kollettiva tal -korp maniġerjali;
  • ii. meta jinħatru mill - ġdid membri tal - korp maniġerjali, jekk ir- rekwiżiti tal - pożizzjoni jkunu nbidlu jew jekk il - membru jinħatar għal pożizzjoni differenti fil - korp maniġerjali. Din il - valutazzjoni għandha tkun limitata għall - membri li l - pożizzjoni tagħhom tkun inbidlet u għall - analiżi tal - aspetti rilevanti, filwaqt li jitqies kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall - pożizzjoni u l - adegwatezza kollettiva tal - korp maniġerjali;
  • c. meta seħħew bidliet materjali fil - mudell ta’ negozju u l - attivitajiet , id - dispożizzjonijiet ġuridiċi sottostanti jew it - teknoloġiji użati;
  • d. fuq bażi kontinwa, fid - dawl ta’ kwalunkwe fatt jew sitwazzjoni ġdida rilevanti. B’mod partikolari, għandha titwettaq rivalutazzjoni fil - każijiet li ġejjin:
  • i. meta jkun hemm tħassib dwar l - adegwatezza individwali jew kollettiva tal - membri tal -korp maniġerjali;
  • ii. fil - każ ta’ impatt materjali possibbli fuq ir - reputazzjoni ta’ membru tal -korp maniġerjali, jew l - emittent tal - ART jew tas - CASP, inklużi każijiet meta l -membri ma jikkonformawx mal - politika tad - ditta dwar il - kunflitt ta’ interess;
  • e. meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li sar jew qed isir jew hemm attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu b’rabta ma’ dak l - emittent tal - ART jew tas - CASP, jew fejn jinstab li qed jikser l - obbligi tal - AML/CFT tiegħu fl - Istat Membru tad - domiċilju jew ospitanti jew f’pajjiż terz fi kwalunkwe każ li jista’ b’mod ieħor jaffettwa materjalment l - adegwatezza tal - membru tal - korp maniġerjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/