|
+ANNESS X REKWIŻITI GĦALL-AWDITURI U KRITERJI GĦALL-FAĊILITAJIET LI JIRĊIEVU SKART ESPORTAT MILL-UNJONI SKONT L-ARTIKOLU 46 |
ANNESS X REKWIŻITI GĦALL-AWDITURI U KRITERJI GĦALL-FAĊILITAJIET LI JIRĊIEVU SKART ESPORTAT MILL-UNJONI SKONT L-ARTIKOLU 46
ANNESS X REKWIŻITI GĦALL-AWDITURI U KRITERJI GĦALL-FAĊILITAJIET LI JIRĊIEVU SKART ESPORTAT MILL-UNJONI SKONT L-ARTIKOLU 46 Parti A Rekwiżiti dettaljati għal partijiet terzi li jwettqu awditi 1. Parti terza li twettaq awditi f’konformità mal-Artikolu 46 għandha titqies indipendenti min-notifikatur jew mill-persuna li torganizza l-vjeġġ kif ukoll mill-faċilità awditjata jekk jiġi ddokumentat li:
(a)
ma tkunx parti minn jew taħt il-kontroll ta’ dawn l-entitajiet;
(b)
tkun stabbiliet u topera proċeduri li jiggarantixxu l-imparzjalità tagħha, inklużi:
(i)
valutazzjoni tar-riskji tal-imparzjalità tagħha fuq bażi kontinwa;
(ii)
identifikazzjoni, eliminazzjoni u mitigazzjoni tar-riskji għall-imparzjalità li jirriżultaw minn pressjoni finanzjarja, kummerċjali u tipi oħra ta’ pressjoni;
(iii)
valutazzjoni tar-riskju tal-imparzjalità tagħha li jirriżulta mir-relazzjonijiet tal-persunal tagħha;
(c)
tkun strutturata u ġestita b’mod li jiżgura l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha, inkluż:
(i)
li jkun identifikabbli b’mod ċar fl-entità ġuridika, jekk l-entità ġuridika twettaq ukoll attivitajiet mhux relatati mal-ispezzjonijiet;
(ii)
li jkollha regoli ta’ rapportar dwar l-attività tal-awditjar imwettqa;
(iii)
li l-persunal tagħha jkollu responsabbiltajiet identifikabbli b’mod ċar fir-rigward tat-twettiq tal-awditi. 2. Parti terza li twettaq awditi f’konformità mal-Artikolu 46 għandha titqies li għandha kwalifiki xierqa fil-qasam tal-awditi u t-trattament tal-iskart jekk ikollha għadd suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat, direttament jew permezz ta’ sottokuntrattar, li jkun imħarreġ regolarment u jekk il-persunal tagħha involut fit-twettiq ta’ tali awditi jkollu esperjenza professjonali dokumentata fl-oqsma li ġejjin:
(a)
it-twettiq ta’ awditi ta’ faċilitajiet li jittrattaw l-iskart;
(b)
l-operazzjonijiet ta’ trattament tal-iskart;
(c)
is-sistemi ta’ mmaniġġjar tas-saħħa u s-sikurezza ambjentali u okkupazzjonali. 3. Sabiex turi l-konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2, parti terza li twettaq awditi tista’ tirreferi għaċ-ċertifikazzjoni tagħha ma’ standards tal-Unjoni jew rikonoxxuti internazzjonalment rilevanti għat-twettiq ta’ awditi kif definit fl-Artikolu 46, bħall-istandard ISO 19011:2018 jew l-istandard ISO/IEC 17020:2012. Parti B Kriterji maħsuba biex juru li faċilità timmaniġġja l-iskart esportat mill-Unjoni b’mod li jħares l-ambjent 1. L-awditu msemmi fl-Artikolu 46(3) għandu jivverifika li l-faċilità li timmaniġġja l-iskart fil-pajjiż tad-destinazzjoni fl-operazzjonijiet reali tagħha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
hija awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tagħha li timporta u tittratta dan l-iskart (għandha tiġi pprovduta evidenza b’mod partikolari permezz tal-produzzjoni ta’ permessi jew liċenzji korrispondenti) u qed twettaq l-attivitajiet tagħha f’konformità mal-leġiżlazzjoni domestika applikabbli rilevanti dwar il-protezzjoni ambjentali;
(b)
hija ddisinjata, mibnija u mħaddma b’mod sikur u li jħares l-ambjent u, b’mod partikolari, għandha l-proċessi, it-teknoloġija xierqa ta’ mmaniġġjar tal-iskart, l-organizzazzjoni u l-infrastruttura meħtieġa fis-seħħ biex tittratta l-iskart inkwistjoni, u assigurazzjonijiet li jkopru r-riskji u l-obbligazzjonijiet potenzjali. Għal dan l-għan, bħala minimu, trid tiġi kkontrollata l-informazzjoni dwar il-metodi tat-trattament tal-iskart, inkluż kif l-iskart residwu jiġi ttrattat, b’mod partikolari permezz tat-traċċabbiltà downstream;
(c)
tistabbilixxi u topera sistemi ta’ mmaniġġjar u ta’ monitoraġġ, proċeduri u tekniki li jkollhom l-iskop li jipprevjenu, inaqqsu, jimminimizzaw u sal-limitu prattikabbli jeliminaw:
(i)
ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema kkonċernati u tal-popolazzjoni fil-viċinanza tal-faċilità, u
(ii)
l-effetti negattivi fuq l-ambjent ikkawżati mill-attivitajiet tagħha (b’mod partikolari permezz ta’ miżuri adegwati meħuda għall-monitoraġġ u għall-indirizzar tat-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, u inkonvenjenzi oħra (riħa, storbju));
(d)
tiżgura t-traċċabbiltà tal-iskart kollu riċevut u ttrattat fil-faċilità, inkluż l-iżgurar li l-iskart residwu kollu ġġenerat mill-attivitajiet tagħha jiġi ddokumentat u jiġi ttrasferit biss lejn faċilitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart li jkunu awtorizzati jittrattaw tali skart residwu. Għal dan l-għan, bħala minimu, għandha tiġi kkontrollata l-informazzjoni dwar:
—
il-kwantità ta’ skart li l-faċilità hija intitolata li tittratta skont il-permess/il-liċenzji tagħha,
—
il-kwantità ta’ skart li l-faċilità tirċievi u tirkupra kull sena,
—
il-kwantità ta’ skart residwu ġġenerat mill-attivitajiet tagħhom, kif ukoll evidenza li dan l-iskart residwu jiġi ttrattat f’faċilità awtorizzata għat-trattament tal-iskart, inkluż f’każ ta’ esportazzjoni;
(e)
ħadet miżuri maħsuba biex jiffrankaw l-enerġija u jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra marbuta mal-attivitajiet tagħha;
(f)
tistabbilixxi u hija kapaċi tipprovdi rekords tal-attivitajiet tagħha ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ importazzjoni u esportazzjoni tal-iskart għall-aħħar ħames snin; jekk faċilità tkun ilha topera għal inqas minn ħames snin, tistabbilixxi u hija kapaċi tipprovdi rekords tal-attivitajiet tiegħu ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ vjeġġi tal-iskart għall-perjodu ta’ operazzjoni;
(g)
ma nstabitx ħatja li wettqet attivitajiet illegali marbuta mal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-iskart jew mal-immaniġġjar tal-iskart fl-aħħar ħames snin;
(h)
tkun stabbiliet kanali ta’ rapportar interni u proċeduri għar-rapportar intern u għas-segwitu, li jippermettu lill-ħaddiema tal-faċilità jirrapportaw informazzjoni dwar ksur tar-regoli relatati mal-effetti negattivi fuq l-ambjent jekk dan ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni. 2. Mal-verifika tal-konformità ta’ faċilità mal-kriterji ta’ hawn fuq, il-parti terza indipendenti li twettaq l-awditu għandha tqis b’mod partikolari, bħala punt ta’ referenza u fejn rilevanti:
(a)
rekwiżiti speċifiċi għat-trattament ta’ ċertu skart, inkluż kif imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness IX, u dwar il-kalkolu tal-kwantità ta’ skart ittrattat, li huma obbligatorji skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(b)
il-konklużjonijiet dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli adottati għal ċerti attivitajiet skont ir-reġim tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali ( 79 ). 3. Barra minn hekk, il-linji gwida msemmija fil-Parti 2 tal-Anness IX għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala punti ta’ referenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|