+REGOLAMENT (UE) 2019/2088 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2a Il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”
------+Artikolu 2a 1.
------+Artikolu 2a 2.
------+Artikolu 2a 3.
---+Artikolu 3 Trasparenza tal-politiki dwar ir-riskju għas-sostenibbiltà
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 4 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ entità
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 5 Trasparenza tal-politiki ta' remunerazzjoni b'rabta mal-integrazzjoni ta' riskji għas-sostenibbiltà
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 6 Trasparenza tal-integrazzjoni ta' riskji għas-sostenibbiltà
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 7 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ prodotti finanzjarji
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 8 Trasparenza tal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 2a.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 9 Trasparenza ta' investimenti sostenibbli f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
------+Artikolu 9 4a.
------+Artikolu 9 5.
------+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 10 Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli fuq siti web
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 11 Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli f'rapporti perjodiċi
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 12 Rieżami ta’ divulgazzjonijiet
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 13 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 14 Awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 15 Trasparenza mill-IORPs u intermedjarji tal-assigurazzjoni
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 16 Prodotti tal-pensjoni koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 17 Eżenzjonijiet
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 18 Rapport
---+Artikolu 18a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
------+Artikolu 18a 1.
------+Artikolu 18a 2.
------+Artikolu 18a 3.
------+Artikolu 18a 4.
------+Artikolu 18a 5.
---+Artikolu 19 Evalwazzjoni
------+Artikolu 19 1.
------+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 20 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 20 3.
English - European Union - Financial Industry -

REGOLAMENT (UE) 2019/2088 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2019/2088 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2019

dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji dwar trasparenza fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-kunsiderazzjoni ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-proċessi tagħhom u l-għoti ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fir-rigward ta' prodotti finanzjarji.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser:

(a) 

impriża tal-assigurazzjoni li tagħmel disponibbli prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni (IBIP);

(b) 

ditta tal-investiment li tipprovdi mmaniġġar ta' portafolji;

(c) 

istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORP);

(d) 

manifattur ta' prodott tal-pensjoni;

(e) 

maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFM);

(f) 

fornitur ta' prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew (PEPP);

(g) 

maniġer ta’ fond kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju rreġistrat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(h) 

maniġer ta’ fond kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali rreġistrat skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(i) 

kumpannija maniġerjali ta' impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (kumpannija maniġerjali ta' UCITS); jew

(j) 

istituzzjoni ta' kreditu li tipprovdi mmaniġġar ta' portafolji;

(2) 

“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(3) 

“prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni” jew “IBIP” tfisser:

(a) 

prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); jew

(b) 

prodott tal-assigurazzjoni, li hu magħmul disponibbli għal investitur professjonali u, li joffri valur fil-maturità jew valur ta' ċessjoni li jkunu kompletament jew parzjalment esposti, direttament jew indirettament, għaċ-ċaqliq tas-suq;

(4) 

“maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv” jew “AIFM” tfisser AIFM kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(5) 

“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(6) 

“immaniġġar ta’ portafoll” tfisser immaniġġar ta’ portafoll kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(7) 

“istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali” jew “IORP” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali awtorizzata jew irreġistrata skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 ħlief istituzzjoni li fir-rigward tagħha Stat Membru ikun għażel li japplika l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva jew istituzzjoni li topera skemi tal-pensjoni li flimkien ikollhom anqas minn 15-il membru b'kollox;

(8) 

“prodott tal-pensjoni” tfisser:

(a) 

prodott tal-pensjoni kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014; jew

(b) 

prodott tal-pensjoni individwali kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014;

(9) 

“Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew” jew “PEPP” tfisser prodott kif imsemmi fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1238;

(10) 

“kumpannija maniġerjali ta' UCITS” tfisser:

(a) 

kumpannija maniġerjali kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE; jew

(b) 

kumpannija ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE li ma nnominatx kumpannija maniġerjali awtorizzata taħt dik id-Direttiva għall-immaniġġar tagħha;

(11) 

"konsulent finanzjarju" tfisser:

(a) 

intermedjarju tal-assigurazzjoni li jipprovdi parir dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' IBIPs;

(b) 

impriża tal-assigurazzjoni li tipprovdi konsulenza dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' IBIPs;

(c) 

istituzzjoni ta’ kreditu li tipprovdi konsulenza ta' investiment;

(d) 

ditta tal-investiment li tipprovdi parir dwar l-investiment;

(e) 

AIFM li jipprovdi konsulenza dwar l-investiment skont il-punt (b)(i) tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2011/61/UE; jew

(f) 

kumpannija maniġerjali tal-UCITS li tipprovdi parir dwar l-investiment skont il-punt (b)(i) tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(12) 

“prodott finanzjarju” tfisser:

(a) 

portafoll immaniġġat skont il-punt (6) ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

fond ta’ investiment alternattiv (AIF);

(c) 

IBIP;

(d) 

prodott tal-pensjoni;

(e) 

skema tal-pensjoni;

(f) 

UCITS; jew

(g) 

PEPP;

(13) 

“fondi ta’ investiment alternattiv” jew “AIFs” tfisser AIFs kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(14) 

“skema tal-pensjoni” tfisser skema tal-pensjoni kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(15) 

“impriża ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli” jew “UCITS” tfisser impriża awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(16) 

“parir dwar l-investiment” tfisser parir dwar investiment kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(17) 

“investiment sostenibbli” tfisser investiment f’attività ekonomika li jikkontribwixxi għal objettiv ambjentali, bħal dawk imkejla, pereżempju, b’indikaturi ewlenin tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi dwar l-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, il-materja prima, l-ilma u l-art, dwar il-produzzjoni tal-iskart, u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, jew dwar l-impatt fuq il-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari; jew investiment f'attività ekonomika li jikkontribwixxi għal objettiv soċjali, b’mod partikolari investiment li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanza jew li jrawwem il-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni soċjali u r-relazzjonijiet industrijali, jew investiment fil-kapital uman jew f’komunitajiet ekonomikament jew soċjalment żvantaġġati, dment li tali investimenti ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil xi wieħed minn dawk l-objettivi u li l-kumpanniji destinatarji ta’ investiment isegwu prattiki ta' governanza tajbin, b'mod partikolari fir-rigward ta’ strutturi ta' maniġġar b'saħħithom, relazzjonijiet mal-impjegati, remunerazzjoni tal-persunal u konformità tat-taxxa;

(18) 

“investitur professjonali” tfisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;

(19) 

“investitur fil-livell tal-konsumatur” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;

(20) 

“intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;

(21) 

“parir dwar l-assigurazzjoni” tfisser konsulenza kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;

(22) 

"riskju għas-sostenibbiltà" tfisser avveniment jew kundizzjoni ambjentali, soċjali jew ta' governanza li, jekk dawn iseħħu, jistgħu jikkawżaw impatt attwali jew potenzjali negattiv fuq il-valur tal-investiment;

(23) 

"fond Ewropew tal-investiment fuq terminu twil" jew "ELTIF" tfisser fond awtorizzat skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/760;

(24) 

“fatturi ta’ sostenibbiltà” tfisser materji ambjentali, soċjali u dwar impjegati, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u materji fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Artikolu 2a Il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” -
Artikolu 3 Trasparenza tal-politiki dwar ir-riskju għas-sostenibbiltà -
Artikolu 4 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ entità -
Artikolu 5 Trasparenza tal-politiki ta' remunerazzjoni b'rabta mal-integrazzjoni ta' riskji għas-sostenibbiltà -
Artikolu 6 Trasparenza tal-integrazzjoni ta' riskji għas-sostenibbiltà -
Artikolu 7 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ prodotti finanzjarji -
Artikolu 8 Trasparenza tal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali -
Artikolu 9 Trasparenza ta' investimenti sostenibbli f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali -
Artikolu 10 Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli fuq siti web -
Artikolu 11 Trasparenza tal-promozzjoni ta' karatteristiċi ambjentali jew soċjali u ta' investimenti sostenibbli f'rapporti perjodiċi -
Artikolu 12 Rieżami ta’ divulgazzjonijiet -
Artikolu 13 Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni -
Artikolu 14 Awtoritajiet kompetenti -
Artikolu 15 Trasparenza mill-IORPs u intermedjarji tal-assigurazzjoni -
Artikolu 16 Prodotti tal-pensjoni koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 -
Artikolu 17 Eżenzjonijiet -
Artikolu 18 Rapport

Artikolu 18

Rapport

L-ESAs għandhom jevalwaw il-firxa tal-iżvelar volontarju skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 7(1). Sal-10 ta’ Settembru 2022 u kull sena sussegwentement, l-ESAs għandhom jippreżentaw rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki u jagħmlu rakkomandazzjonijiet favur standards ta’ rappurtar volontarju. Dak ir-rapport annwali għandu jikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-prattiki ta' diliġenza dovuta għad-divulgazzjonijiet taħt dan ir-Regolament u għandu jipprovdi gwida dwar din il-materja. Dak ir-rapport għandu jkun disponibbli pubblikament u jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 18a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew -
Artikolu 19 Evalwazzjoni -
Artikolu 20 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni -

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta