+ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
---+L-Artikolu 1 Għanijiet
------+L-Artikolu 1 1.
------+L-Artikolu 1 2.
---+L-Artikolu 2 Il-kamp ta’ l-applikazzjoni
------+L-Artikolu 2 1.
------+L-Artikolu 2 2.
---+L-Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+L-Artikolu 4 Prevenzjoni
------+L-Artikolu 4 1.
------+L-Artikolu 4 1a.
------+L-Artikolu 4 1b.
------+L-Artikolu 4 1c.
------+L-Artikolu 4 2.
---+Artikolu 5 Użu mill-ġdid
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
---+L-Artikolu 6 Irkuprar u riċiklaġġ
------+L-Artikolu 6 1.
------+L-Artikolu 6 1a.
------+L-Artikolu 6 1b.
------+L-Artikolu 6 1c.
------+L-Artikolu 6 4.
------+L-Artikolu 6 6.
------+L-Artikolu 6 7.
------+L-Artikolu 6 10.
------+L-Artikolu 6 11.
---+Artikolu 6a Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri
------+Artikolu 6a 1.
------+Artikolu 6a 2.
------+Artikolu 6a 3.
------+Artikolu 6a 4.
------+Artikolu 6a 5.
------+Artikolu 6a 6.
------+Artikolu 6a 7.
------+Artikolu 6a 8.
------+Artikolu 6a 9.
---+Artikolu 6b Rapport ta’ twissija bikrija
------+Artikolu 6b 1.
------+Artikolu 6b 2.
---+Artikolu 7 Is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u tal-irkupru
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
---+L-Artikolu 8 Is-sistema ta’ l-immarkar u ta’ l-identifikazzjoni
------+L-Artikolu 8 1.
------+L-Artikolu 8 2.
------+L-Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8a Miżuri speċifiċi għal basktijiet tal-plastik bijodegradabbli u kompostabbli
---+L-Artikolu 9 Il-ħtiġiet essenzjali
------+L-Artikolu 9 1.
------+L-Artikolu 9 2.
------+L-Artikolu 9 3.
------+L-Artikolu 9 4.
------+L-Artikolu 9 5.
---+L-Artikolu 10 L-istandardizzazzjoni
---+L-Artikolu 11 Il-livelli tal-konċentrazzjoni tal-metalli tqal preżenti fl-imballaġġ
------+L-Artikolu 11 1.
------+L-Artikolu 11 2.
------+L-Artikolu 11 3.
---+L-Artikolu 12 Sistemi ta’ informazzjoni u rappurtar
------+L-Artikolu 12 1.
------+L-Artikolu 12 2.
------+L-Artikolu 12 3a.
------+L-Artikolu 12 3b.
------+L-Artikolu 12 3c.
------+L-Artikolu 12 3d.
------+L-Artikolu 12 4.
------+L-Artikolu 12 6.
---+L-Artikolu 13 Tagħrif għall-utenti ta’ l-imballaġġ
---+L-Artikolu 14 Il-pjanijiet għall-immaniġġjar
---+L-Artikolu 15 L-istrumenti ekonomiċi
---+L-Artikolu 16 In-notifikazzjoni
------+L-Artikolu 16 1.
------+L-Artikolu 16 2.
---+L-Artikolu 18 Il-libertà tat-tqegħid fis-suq
---+Artikolu 19 L-addattament għall-progress xjentifiku u tekniku
------+Artikolu 19 1.
------+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 20 Miżuri speċifiċi
---+Artikolu 20a Rapport dwar basktijiet tal-plastik ħfief
------+Artikolu 20a 1.
------+Artikolu 20a 2.
------+Artikolu 20a 3.
---+Artikolu 21 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 21 1.
------+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21a L-eżerċitar tad-delega
------+Artikolu 21a 1.
------+Artikolu 21a 2.
------+Artikolu 21a 3.
------+Artikolu 21a 4.
------+Artikolu 21a 5.
------+Artikolu 21a 6.
---+L-Artikolu 22 L-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali
------+L-Artikolu 22 1.
------+L-Artikolu 22 2.
------+L-Artikolu 22 3.
------+L-Artikolu 22 3a.
------+L-Artikolu 22 4.
------+L-Artikolu 22 5.
---+L-Artikolu 23
---+L-Artikolu 24
---+L-Artikolu 25
---+ANNESS I
---+L-ANNESS II IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI U N-NATURA TA’ L-IMBALLAĠĠ ILLI JISTA’ JERGA’ JINTUŻA’ MILL-ĠDID JEW JIĠI RKUPRAT, INKLUŻ IRRIĊIKLAT
---+L-ANNESS III L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DATABASESDWAR IMBALLAĠĠ U L-ISKART TA’ L-IMBALLAĠĠ (SKOND IT-TABELLI 1 SA 4)
---+ANNESS IV
English - European Union - Environment -

ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/62/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994

dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
L-Artikolu 1 Għanijiet
L-Artikolu 2 Il-kamp ta’ l-applikazzjoni
L-Artikolu 3 Definizzjonijiet

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva

1. 

“l-imballaġġ” għandu jfisser il-prodotti kollha magħmula minn kull materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu sabiex jintużaw għaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġjar, it-twassil u l-preżentazzjoni tal-merkanzija, minn materja prima sa prodotti pproċessati, mill-produttur sa l-utent jew il-konsumatur. Il-prodotti li mhumiex maħsubin sabiex jerġgħu jinġabru li jiġu wżati għall-istess skopijiet għandhom jitqiesu bħala imballaġġ ukoll.

“L-imballaġġ” jikkonsisti biss fi-:

(a) 

imballaġġ għall-bejgħ jew imballaġġ primarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità ta’ bejgħ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-post fejn jinxtara;

(b) 

imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi jew imballaġġ sekondarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi fil-post fejn jinxtara gruppi ta’ ċertu numru ta’ unitajiet tal-bejgħ kemm jekk dawn ta’ l-aħħar jiġu mibjugħa b’dan il-mod lill-utent jew lill-konsumatur finali kemm jekk iservu biss bħala mezz biex jimtlew l-ixkafef fil-post tal-bejgħ; jista’ jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jaffettwa l-karatteristiċi tiegħu;

(ċ) 

imballaġġ għat-trasport jew imballaġġ terzjarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu mħeffa l-immaniġġjar u t-trasport ta’ numru ta’ unitajiet tal-bejgħ jew imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi sabiex ma ssirx ħsara mill-immaniġġjar fiżiku u waqt it-trasport. L-imballaġġ tat-trasport ma jinkludix il-kontejners li jinġarru fuq il-vetturi ta’ l-art, fuq il-ferrovija, fuq il-bastimenti jew fuq l-ajruplani.

▼M2

Id-definizzjoni ta' “ippakkjar” għandha tiġi bażata wkoll fuq il-kriterji stabbiliti hawn taħt. L-oġġetti msemmija f'Anness I huma eżempji illustrati ta' l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.

(i) 

L-oġġetti għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar jekk jaderixxu mad-definizzjoni hawn fuq imsemmija mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet oħra li jista' jagħmel l-ippakkjar, kemm-il darba l-oġġett mhux parti integrali ta' prodott u huwa neċessarju li dak il-prodott jinżamm, jiġi sostnut jew priservat fit-tul taż-żmien tiegħu u l-elementi kollha huma intiżi li jintużaw, jiġu ikkonsmati jew mormija flimkien.

(ii) 

L-oġġetti mfassla u ntiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom u l-oġġetti li ma jerġgħux jintużaw li jkunu mibjugħa, mimlija jew mfassla u intiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom għandhom jiġu ikkonsidrati bħala ippakkjar sakemm jaderixxu mal-funzjoni ta' ippakkjar.

(iii) 

Komponenti ta' l-ippakkjar u elementi anċillari integrati fl-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala parti mill-ippakkjar li huma mdaħħla fih. L-elementi anċillari mdendla direttament fuq, jew imwaħħla mal-prodott u li jwettqu funzjoni ta' l-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar kemm-il darba m'humiex parti integrali ta' dan il-prodott u l-elementi kollha huma intiżi biex jiġu konsmati u mormija flimkien.

▼M7 —————

▼M6

1a. 

“plastik” għandha tfisser polimer fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), li miegħu jistgħu jkunu żdiedu addittivi jew sustanzi oħra, u li kapaċi jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-basktijiet;

1b. 

“basktijiet tal-plastik” għandha tfisser basktijiet bil- jew mingħajr widna, magħmula mill-plastik, li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ ta' oġġetti jew prodotti;

1c. 

“basktijiet tal-plastik ħfief” għandha tfisser basktijiet tal-plastik […] bi ħxuna ta' inqas minn 50 mikroni […];

1d. 

“basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” għandha tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 15 mikroni u li huma meħtieġa għal skopijiet ta' iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel;

1e. 

“basktijiet tal-plastik ossodegradabbli” għandha tfisser basktijiet tal-plastik magħmula minn materjali tal-plastik li jinkludu addittivi li jikkatalizzaw il-frammentazzjoni tal-materjal tal-plastik f'mikroframmenti;

▼M7

2. 

“skart mill-imballaġġ” tfisser kull imballaġġ jew materjal tal-imballaġġ li tkopri d-definizzjoni ta’ skart stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, esklużi residwi ta’ produzzjoni;

▼M7

2a. 

“imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża” tfisser imballaġġ li nħoloq, li ġie ddisinjat u li tqiegħed fis-suq biex matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jwettaq diversi vjaġġi jew rotazzjonijiet billi jimtela mill-ġdid jew jintuża mill-ġdid għall-istess skop li għalih kien inħoloq;

2b. 

“imballaġġ imħallat” tfisser imballaġġ magħmul minn żewġ saffi jew aktar ta’ materjali differenti, u li ma jistax jiġi separat bl-idejn u jiffurma unità integrali waħda, li tikkonsisti minn reċipjent intern u interkjużura esterna, li hija mimlija, maħżuna, trasportata u żvujtjata bħala tali;

2c. 

id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “maniġġar tal-iskart”, “ġbir”, “ġbir separat”, “prevenzjoni”, “użu mill-ġdid”, “trattament”, “irkupru”, “riċiklaġġ”, “rimi”, u “skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur” stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom japplikaw;

▼M7 —————

▼B

11. 

“l-operaturi ekonomiċi” fir-rigward ta’ l-imballaġġ għandhom ifissru l-fornituri tal-materjali ta’ l-imballaġġ, il-produtturi ta’ l-imballaġġ u dawk li jimlew l-imballaġġ u l-utenti, l-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet statutorji;

12. 

“ftehim volontarju” għandu jfisser il-ftehim formali milħuq bejn l-awtoritajiet kompetenti pubbliċi ta’ l-Istati Membri u s-setturi ekonomiċi interessati, li jrid ikun miftuħ għall-imsieħba kollha li jixtiequ jilħqu l-kondizzjonijiet tal-ftehim fil-ħsieb li jaħdmu ghall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 4 Prevenzjoni
Artikolu 5 Użu mill-ġdid
L-Artikolu 6 Irkuprar u riċiklaġġ
Artikolu 6a Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri
Artikolu 6b Rapport ta’ twissija bikrija
Artikolu 7 Is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u tal-irkupru
L-Artikolu 8 Is-sistema ta’ l-immarkar u ta’ l-identifikazzjoni
Artikolu 8a Miżuri speċifiċi għal basktijiet tal-plastik bijodegradabbli u kompostabbli

Artikolu 8a

Miżuri speċifiċi għal basktijiet tal-plastik bijodegradabbli u kompostabbli

Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tat-tikketti jew il-marki biex jiġi żgurat rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli u biex il-konsumaturi jiġu pprovduti b'informazzjoni korretta dwar il-proprjetajiet ta' kompostjar ta' dawn il-basktijiet. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

Mhux iktar tard minn tmintax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli jkunu ttikkettjati skont l-ispeċifikazzjonijiet provduti f'dak l-att ta' implimentazzjoni.

L-Artikolu 9 Il-ħtiġiet essenzjali
L-Artikolu 10 L-istandardizzazzjoni

L-Artikolu 10

L-istandardizzazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tmexxi ’l quddiem, kif xieraq, il-preparazzjoni ta’ standards Ewropej li għandhom x’jaqsmu mal-ħtiġiet essenzjali riferiti fl-Anness II.

Il-Kummissjoni għandha tmexxi ’l quddiem, b’mod partikolari, il-preparazzjoni ta’ standards Ewropej li għandhom x’jaqsmu ma’:

— 
il-kriterji u l-metodoloġiji għall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ l-imballaġġ,
— 
il-metodi biex tiġi mkejla u vverifikata l-preżenza ta’ metalli tqal u sustanzi oħra ta’ periklu fl-imballaġġ u l-ħruġ tagħhom mill-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għal ġo l-ambjent,
— 
il-kriterji għall-kontenut minimu ta’ materjal riċiklat fl-imballaġġ għat-tipi addattati ta’ l-imballaġġ,
— 
il-kriterji għall-metodi tar-riċiklaġġ,
— 
il-kriterji għall-metodi tal-kompostjar u l-kompost prodott,
— 
il-kriterji għall-immarkar ta’ l-imballaġġ.
L-Artikolu 11 Il-livelli tal-konċentrazzjoni tal-metalli tqal preżenti fl-imballaġġ
L-Artikolu 12 Sistemi ta’ informazzjoni u rappurtar
L-Artikolu 13 Tagħrif għall-utenti ta’ l-imballaġġ

L-Artikolu 13

Tagħrif għall-utenti ta’ l-imballaġġ

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, fi żmien sentejn mid-data riferita fl-Artikolu 22(1), biex jiżguraw illi l-utenti ta’ l-imballaġġ, inklużi b’mod partikolari l-konsumaturi, jiksbu t-tagħrif meħtieġ dwar:

— 
is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u ta’ l-irkupru disponibbli għalihom,
— 
ir-rwol tagħhom fil-kontribuzzjoni lejn l-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ,
— 
it-tifsira ta’ l-immarkar fuq l-imballaġġ li jkun fis-suq,
— 
l-elementi li jgħoddu tal-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ riferiti fl-Artikolu 14.

▼M2

L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll l-informazzjoni għall-konsumatur u l-kampanji li jqajmu kuxjenza.

▼B

L-Artikolu 14 Il-pjanijiet għall-immaniġġjar

L-Artikolu 14

Il-pjanijiet għall-immaniġġjar

Filwaqt li jsegwu l-għanijiet u l-miżuri riferiti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart meħtieġa skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 75/442/KEE, kapitolu speċifiku dwar l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ, inklużi l-miżuri meħuda skond l-Artikoli 4 u 5.

L-Artikolu 15 L-istrumenti ekonomiċi

L-Artikolu 15

L-istrumenti ekonomiċi

Waqt li jaġixxi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, il-Kunsill jadotta strumenti ekonomiċi biex imexxi ’l quddiem l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta’ miżuri bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jimplimentaw dawn l-għanijiet, skond il-prinċipji li jirregolaw il-politika ambjentali tal-Komunità, fost ħwejjeġ oħra, il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, u l-obbligazzjonijiet taħt it-Trattat.

L-Artikolu 16 In-notifikazzjoni
L-Artikolu 18 Il-libertà tat-tqegħid fis-suq

L-Artikolu 18

Il-libertà tat-tqegħid fis-suq

L-Istati Membri m’għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq tat-territorju tagħhom ta’ l-imballaġġ li jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 19 L-addattament għall-progress xjentifiku u tekniku
Artikolu 20 Miżuri speċifiċi

Artikolu 20

Miżuri speċifiċi

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a sabiex temenda din id-Direttiva meta jkun meħtieġ biex tindirizza xi diffikultajiet li jinqalgħu fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari, għall-materjali tal-imballaġġ inerti li jitqiegħdu fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (jiġifieri ta’ madwar 0,1 % bil-piż) fl-Unjoni, għall-imballaġġ primarju tal-apparat mediku u l-prodotti farmaċewtiċi, għall-imballaġġ żgħir u għall-imballaġġ lussuż.

Artikolu 20a Rapport dwar basktijiet tal-plastik ħfief
Artikolu 21 Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 21a L-eżerċitar tad-delega
L-Artikolu 22 L-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali
L-Artikolu 23

L-Artikolu 23

Id-Direttiva 85/339/KEE hija b’dan irrevokata b’effett mid-data riferita fl-Artikolu 22(1).

L-Artikolu 24

L-Artikolu 24

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 25

L-Artikolu 25

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

ANNESS I




ANNESS I

EŻEMPJI ILLUSTRATTIVI GĦALL-KRITERJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (i)

Imballaġġ

Kaxxi tal-ħelu
Tgeżwira tal-plastik madwar kaxxa ta’ CD
Boroż tal-posta għall-katalgi u għar-rivisti (b’rivista ġo fihom).
Forom tal-karta għal madwar il-kejkijiet li jinbiegħu bil-kejk magħhom
Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta), għajr rollijiet, tubi u ċilindri intenzjonati bħala parts tal-makkinarju tal-produzzjoni u mhux biex jintużaw għall-preżentazzjoni ta’ prodott bħala unità ta’ bejgħ
Qsari maħsubin biex jintużaw biss għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni tal-pjanti u mhux biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha
Fliexken tal-ħġieġ għas-soluzzjonijiet tal-injezzjonijiet
Mgħażel tas-CD (CD spindles) (li jinbiegħu bis-CDs, mhux maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)
Spallieri (li jinbiegħu bil-ħwejjeġ)
Kaxxi tas-sulfarini
Sistemi ta’ iżolament sterili (boroż, trejs u materjali meħtieġa għall-preservazzjoni tal-isterilità tal-prodott)
Kapsuli tal-magni tax-xarbiet (pereżempju kafè, kawkaw, ħalib) li jitħallew vojta wara l-użu
Ċilindri tal-azzar li jistgħu jerġgħu jimtlew użati għal tipi differenti ta’ gass, minbarra ċ-ċilindri għat-tifi tan-nar

Mhux imballaġġ

Qsari maħsuba biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha
Kaxxi tal-għodda
Boroż tat-tè
Saffi tax-xema’ madwar il-ġobon
Ġilda taz-zalzett
Spallieri (li jinbiegħu separatament)
Kapsuli tal-kafè tal-magni tax-xarbiet, boroż tal-fojl tal-kafè, u karta tal-filtru għall-imżiewed tal-kafè li tintrema’ flimkien mal-prodott tal-kafè użat
Kartriġis għall-printers
Kaxxi tas-CD, tad-DVD u tal-vidjo (li jinbiegħu b’CD, DVD jew vidjo ġo fihom)
Mgħażel tas-CD (li jinbiegħu vojta, maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)
Boroż li jistgħu jinħallu għad-deterġenti
Dwal għall-oqbra (kontenituri għax-xemgħat)
Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li jista’ jerġa’ jimtela, pereżempju mitħna tal-bżar li tista’ terġa’ timtela)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (ii)

Imballaġġ, jekk ikun imfassal u maħsub biex jimtela mal-bejgħ

Boroż tal-ġarr tal-karti jew tal-plastik
Platti u kikkri għar-rimi wara l-użu
Cling film
Boroż għas-sandwiċis
Fojl tal-aluminju
Fojl tal-plastik għall-ħwejjeġ imnaddfin fil-londri

Mhux imballaġġ

Oġġett li jħawwad
Pożati għar-rimi wara l-użu
Karta tat-tgeżwir (li tinbiegħ separatament)
Forom tal-karta għas-sajran fil-forn (li jinbiegħu vojta)
Forom tal karta għal madwar il-kejkijiet mingħajr il-kejk

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (iii)

Imballaġġ

Tikketti mdendla direttament ma’ prodott jew imwaħħla miegħu

Parti mill-imballaġġ

Pinzell tal-maskara li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenitur
Tikketti adesivi mwaħħla ma’ oġġett ieħor ta’ imballaġġ
Stejpils
Koperturi tal-plastik
Apparat għall-kejl tad-doża li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenituri tad-deterġenti.
Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li ma jistax jerġa’ jimtela, li jkun mimli bi prodott, pereżempju mitħna tal-bżar mimlija bil-bżar)

Mhux imballaġġ

Tikketti għall-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID)

L-ANNESS II IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI U N-NATURA TA’ L-IMBALLAĠĠ ILLI JISTA’ JERGA’ JINTUŻA’ MILL-ĠDID JEW JIĠI RKUPRAT, INKLUŻ IRRIĊIKLAT


L-ANNESS II

IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI U N-NATURA TA’ L-IMBALLAĠĠ ILLI JISTA’ JERGA’ JINTUŻA’ MILL-ĠDID JEW JIĠI RKUPRAT, INKLUŻ IRRIĊIKLAT

1.   Il-ħtiġiet speċifiċi għall-fabbrikazzjoni u l-komposizzjoni ta’ l-imballaġġ

— 
L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi l-volum u l-piż ta’ l-imballaġġ jigu llimitati għall-ammont minimu adegwat sabiex jinżamm il-livell meħtieġ tas-sigurtà, ta’ l-iġjene u ta’ l-aċċettazzjoni tal-prodott imballat u għall-konsumatur.

▼M7

— 
L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat b’mod li jippermetti l-użu mill-ġdid jew l-irkupru tiegħu, inkluż ir-riċiklaġġ, skont il-ġerarkija tal-iskart, u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ.

▼B

— 
L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi l-preżenza bħala kostitwenti tal-materjal ta’ l-imballaġġ jew ta’ xi komponenti ta’ l-imballaġġ ta’ sustanzi li jagħmlu l-ħsara u ta’ materjali oħra perikolużi tiġi mminimizzata fl-emissjonijiet, fl-irmied jew fil-lissija meta l-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet ta’ l-immaniġġjar jew ta’ l-iskart mill-imballaġġ jinħarqu jew jiġu mirduma.

2.   Il-ħtiġiet speċifiċi għan-natura ta’ l-imballaġġ li tippermetti l-użu mill-ġdid

Il-ħtiġiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti fl-istess ħin:

— 
il-kwalitajiet u l-karatteristiċi fiżiċi ta’ l-imballaġġ għandhom jippermettu numru ta’ vjaġġi jew rotazzjonijiet f’kondizzjonijiet ta’ l-użu li normalment jistgħu jitbassru,
— 
il-possibbiltà ta’ l-ipproċessar ta’ l-imballaġġ użat sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema,
— 
jigu osservati l-ħtiġiet speċifiċi għall-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat meta l-imballaġġ ma jibqax jerga’ jintuża u għalhekk isir skart.

3.   Il-ħtiġiet speċifiċi għall-imballaġġ illi jista’ jigi rkuprat

(a) 

L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ materjal riċiklat

L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi jippermetti r-riċiklaġġ ta’ ċertu percentwal skond il-piż tal-materjali użati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti li jistghu jitqieghdu fis-suq, f’konformità ma’ l-istandards korrenti fil-Komunità. L-ghażla ta’ dan il-percentwal tista’ tvarja, skond ix-xorta ta’ materjal li minnu l-imballaġġ ikun maghmul.

(b) 

L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ irkupru ta’ l-enerġija

L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop ta’ l-irkupru ta’ l-enerġija għandu jkollu valur minimu kalorifiku inferjuri sabiex jippermetti l-aħjar irkupru ta’ l-enerġija.

▼M7

(c) 

L-imballaġġ li jista’ jiġi rkuprat fil-forma ta’ kompostjar

L-iskart mill-imballaġġ ipproċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta’ natura bijodegradabbli li ma jfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li fihom jiddaħħal.

(d) 

Imballaġġ bijodegradabbli

L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta’ natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li l-biċċa l-kbira mill-kompost li jibqa’ fl-aħħar jiddekomponi f’diossidu tal-karbonju, bijomassa u ilma. L-imballaġġ tal-plastik ossodegradabbli m’għandux jitqies bħala bijodegradabbli.

▼B


L-ANNESS III L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DATABASESDWAR IMBALLAĠĠ U L-ISKART TA’ L-IMBALLAĠĠ (SKOND IT-TABELLI 1 SA 4)


L-ANNESS III

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DATABASES DWAR IMBALLAĠĠ U L-ISKART TA’ L-IMBALLAĠĠ (SKOND IT-TABELLI 1 SA 4)

1.

Għall-imballaġġ primarju, sekondarju u terzjarju:

(a) 

il-kwantitajiet, għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal, ta’ l-imballaġġ ikkonsumat fil-pajjiż (prodott + importat – esportat) (Tabella 1);

(b) 

il-kwantitajiet użati mill-ġdid (Tabella 2).

2.

Għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u mhux domestiku:

(a) 

il-kwantitajiet, għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal, irkuprati u meqruda fil-pajjiż (prodott + importat – esportat) (Tabella 3);

(b) 

il-kwantitajiet riċiklati u l-kwantitajiet irkuprati għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal (Tabella 4).



IT-TABELLA 1

Il-kwantità ta’ imballaġġ (primarju, sekondarju u terzjarju) ikkonsumat fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ prodott

- It-tunnellaġġ esportat

+ It-tunnellaġġ importat

= It-total

Il-ħġieġ

 

 

 

 

Il-plastik

 

 

 

 

Il-karta/il-kartun

(inklużi dawk komposti)

 

 

 

 

▼M7

Metall ferruż

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

▼B

L-injam

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

It-total

 

 

 

 



IT-TABELLA 2

Il-kwantità ta’ l-imballaġġ (primarju, sekondarju u terzjarju) użat mill-ġdid fit-territorju nazzjonali

 

►M7  Tunnellaġġ ta’ imballaġġ imqiegħed fis-suq għall-ewwel darba ◄

►M7  Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża ◄

►M7  Imballaġġ tal-bejgħ li jista’ jerġa’ jintuża ◄

It-tunnellaġġ

Il-percentwal

►M7  Tunnellaġġ ◄

►M7  Perċentwal ◄

Il-ħġieġ

 

 

 

 

 

Il-plastik

 

 

 

 

 

Il-karta/il-kartun

(inklużi dawk komposti)

 

 

 

 

 

▼M7

Metall ferruż

 

 

 

 

 

Aluminju

 

 

 

 

 

▼B

L-injam

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

It-total

 

 

 

 

 



IT-TABELLA 3

Il-kwantità ta’ l-iskart mill-imballaġġ irkuprat u meqrud fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ ta’ l-iskart prodott

- It-tunnellaġġ ta’ l-iskart esportat

+ It-tunnellaġġ ta’ l-iskart importat

= It-total

L-iskart domestiku

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/tal-kartun

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

▼M7

Imballaġġ tal-metall ferruż

 

 

 

 

Imballaġġ tal-aluminju

 

 

 

 

▼B

L-imballaġġ ta’ l-injam

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-iskart domestiku

 

 

 

 

L-iskart mhux domestiku

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/tal-kartun

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

▼M7

Imballaġġ tal-metall ferruż

 

 

 

 

Imballaġġ tal-aluminju

 

 

 

 

▼B

L-imballaġġ tal-injam

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-iskart mhux domestiku

 

 

 

 



IT-TABELLA 4

Il-kwantità ta’ l-iskart mill-imballaġġ riċiklat jew irkuprat fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ totali rkuprat u meqrud

Il-kwantità riċiklata

Il-kwantità rkuprata

It-tunnellaġġ

Il-percentwal

It-tunnellaġġ

Il-percentwal

L-iskart domestiku

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/kartun

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

 

▼M7

Imballaġġ tal-metall ferruż

 

 

 

 

 

Imballaġġ tal-aluminju

 

 

 

 

 

▼B

L-imballaġġ ta’ l-injam

 

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-domestiku

 

 

 

 

 

L-iskart mhux domestiku

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/kartun

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

 

▼M7

Imballaġġ tal-metall ferruż

 

 

 

 

 

Imballaġġ tal-aluminju

 

 

 

 

 

▼B

L-imballaġġ ta’ l-injam

 

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-iskart mhux domestiku

 

 

 

 

 

▼M7

ANNESS IV




ANNESS IV

PJAN TA’ IMPLIMENTAZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPREŻENTAT SKONT IL-PUNT (D) TAL-ARTIKOLU 6(1 A)

Il-pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (d) tal-Artikolu 6(1a) għandu jinkludi dan li ġej:

1. 

valutazzjoni tar-rati passati, attwali u mbassra tar-riċiklaġġ, tar-rimi f’landfills u trattament ieħor tal-iskart mill-imballaġġ u l-flussi li huwa kompost minnhom;

2. 

valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart fis-seħħ skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;

3. 

ir-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li jista’ ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stipulati fil-punti (g) u (i) fl-Artikolu 6(1) fi żmien l-iskadenza stipulati hemmhekk u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex tintlaħaq dik il-mira;

4. 

miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-punti (g) u (i) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva li huma applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, li jinkludu strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulata fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Anness IVa tagħha;

5. 

skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt 4, id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u valutazzjoni tal-kontribuzzjoni individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta’ estensjoni taż-żmien;

6. 

informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;

7. 

miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data, kif xieraq, bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ tal-immaniġġjar tal-iskart.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0062
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.