+DIRETTIVA 2008/56/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett
---------+Article 1 1.
---------+Article 1 2.
---------+Article 1 3.
---------+Article 1 4.
------+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---------+Article 2 1.
---------+Article 2 2.
------+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 4 Reġjuni u Sub-Reġjuni Marini
---------+Article 4 1.
---------+Article 4 2.
------+Artikolu 5 Strateġiji Marini
---------+Article 5 1.
---------+Article 5 2.
---------+Article 5 3.
------+Artikolu 6 Koperazzjoni reġjonali
---------+Article 6 1.
---------+Article 6 2.
------+Artikolu 7 Awtoritajiet kompetenti
---------+Article 7 1.
---------+Article 7 2.
---+KAPITOLU II STRATEĠIJI MARINI: PREPARAZZJONI
------+Artikolu 8 Valutazzjoni
---------+Article 8 1.
---------+Article 8 2.
---------+Article 8 3.
------+Artikolu 9 Determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb
---------+Article 9 1.
---------+Article 9 2.
---------+Article 9 3.
------+Artikolu 10 Stabbiliment ta’ miri ambjentali
---------+Article 10 1.
---------+Article 10 2.
------+Artikolu 11 Programmi ta’ monitoraġġ
---------+Article 11 1.
---------+Article 11 2.
---------+Article 11 3.
---------+Article 11 4.
------+Artikolu 12 Notifiki u evalwazzjoni tal-Kummissjoni
---+KAPITOLU III STRATEĠIJI MARINI: PROGRAMMI TA’ MIŻURI
------+Artikolu 13 Programmi ta’ miżuri
---------+Article 13 1.
---------+Article 13 2.
---------+Article 13 3.
---------+Article 13 4.
---------+Article 13 5.
---------+Article 13 6.
---------+Article 13 7.
---------+Article 13 8.
---------+Article 13 9.
---------+Article 13 10.
------+Artikolu 14 Eċċezzjonijiet
---------+Article 14 1.
---------+Article 14 2.
---------+Article 14 3.
---------+Article 14 4.
------+Artikolu 15 Rakkomandazzjonijiet għal azzjoni Komunitarja
---------+Article 15 1.
---------+Article 15 2.
------+Artikolu 16 Notifiki u evalwazzjoni tal-Kummissjoni
---+KAPITOLU IV AĠĠORNAMENT, RAPPORTI U INFORMAZZJONI PUBBLIKA
------+Artikolu 17 Aġġornament
---------+Article 17 1.
---------+Article 17 2.
---------+Article 17 3.
---------+Article 17 4.
------+Artikolu 18 Rapporti interim
------+Artikolu 19 Konsultazzjoni pubblika u informazzjoni
---------+Article 19 1.
---------+Article 19 2.
---------+Article 19 3.
------+Artikolu 20 Rapporti tal-Kummissjoni
---------+Article 20 1.
---------+Article 20 2.
---------+Article 20 3.
------+Artikolu 21 Rapport ta’ progress dwar iż-żoni protetti
------+Artikolu 22 Finanzjament Komunitarju
---------+Article 22 1.
---------+Article 22 2.
------+Artikolu 23 Reviżjoni ta’ din id-Direttiva
---+KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 24 Adattamenti tekniċi
---------+Article 24 1.
---------+Article 24 2.
------+Artikolu 25 Kumitat Regolatorju
---------+Article 25 1.
---------+Article 25 2.
---------+Article 25 3.
------+Artikolu 26 Traspożizzjoni
---------+Article 26 1.
---------+Article 26 2.
---------+Article 26 3.
------+Artikolu 27 Dħul fis-seħħ
------+Artikolu 28 Destinatarji
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
---+ANNESS V
---+ANNESS VI
|
English -
European Union -
Environment -
DIRETTIVA 2008/56/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
DIRETTIVA 2008/56/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
KAPITOLU II STRATEĠIJI MARINI: PREPARAZZJONI
|
KAPITOLU II STRATEĠIJI MARINI: PREPARAZZJONI
|
|
KAPITOLU III STRATEĠIJI MARINI: PROGRAMMI TA’ MIŻURI
|
KAPITOLU III STRATEĠIJI MARINI: PROGRAMMI TA’ MIŻURI
|
|
KAPITOLU IV AĠĠORNAMENT, RAPPORTI U INFORMAZZJONI PUBBLIKA
|
KAPITOLU IV AĠĠORNAMENT, RAPPORTI U INFORMAZZJONI PUBBLIKA
|
|
KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
|
ANNESS I
|
ANNESS I Deskritturi kwalitattivi għad-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb (imsemmija fl-Artikoli 3(5), 9(1), 9(3) u 24)
(1) Id-diversità bijoloġika hija miżmuma. Il-kwalità u l-preżenza tal-habitats u d-distribuzzjoni u l-abbundanza ta’ l-ispeċi huma konformi mal-kondizzjonijiet fisjografiċi, ġeografiċi u klimatiċi prevalenti.
(2) Speċji mhux indiġeni introdotti minn attivitajiet umani huma f’livelli li ma jbiddlux negattivament l-ekosistemi.
(3) Il-popolazzjonijiet tal-ħut u krostaċej kollha sfruttati kummerċjalment jinsabu f’limiti bijoloġiċi siguri, filwaqt li jippreżentaw distribuzzjoni tal-popolazzjoni fuq il-bażi ta’ l-età u tad-daqs li tindika stokk b’saħħtu.
(4) L-elementi kollha tas-sistemi marini ta’ l-ikel, sa fejn huma magħrufa, jeżistu f’abbundanza u f’diversità normali u f’livelli li huma kapaċi jiżguraw l-abbundanza ta’ l-ispeċi fuq perjodu twil ta’ żmien u ż-żamma tal-kapaċità riproduttiva sħiħa tagħhom.
(5) L-ewtrofikazzjoni indotta mill-bniedem hi minimizzata, speċjalment l-effetti ħżiena tagħha, bħat-telf fil-bijodiversità, id-degradazzjoni ta’ l-ekosistema, il-proliferazzjoni ta’ algi dannużi, u n-nuqqas ta’ ossiġnu fl-ilmijiet tal-qiegħ.
(6) L-integrità ta’ qiegħ il-baħar tkun f’livell li jiżgura li l-istruttura u il-funzjonijiet ta’ l-ekosistemi huma salvagwardati u l-ekosistemi tal-flora u l-fawna ta’ qiegħ il-baħar, b’mod partikolari, ma jiġux milquta ħażin.
(7) L-alterazzjoni permanenti tal-kondizzjonijiet idrografiċi ma tolqotx ħażin l-ekosistemi marittimi.
(8) Il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti huma f’livelli li ma jwasslux għal effetti ta’ tniġġis.
(9) Il-kontaminanti f’ħut u f’ikel tal-baħar ieħor għall-konsum tal-bniedem ma jeċċedux livelli stabbiliti mil-leġislazzjoni Komunitarja jew standards rilevanti oħra.
(10) Il-proprjetajiet u l-kwantitajiet ta’ rifjuti marini ma jikkawżawx dannu għall-ambjent kostali u marin.
(11) L-introduzzjoni ta’ l-enerġija, inkluż storbju ta’ taħt il-baħar, hija f’livelli li ma jolqtux ħażin l-ambjent marin.
Sabiex jiddeterminaw il-karatteristiċi ta’ status ambjentali tajjeb f’Reġjun jew Sub-Reġjun Marittimu kif previst fl-Artikolu 9(1), l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kull wieħed mid-deskritturi kwalitattivi elenkati f’dan l-Anness sabiex jidentifikaw dawk id-deskritturi li għandhom jintużaw fid-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb għal dak ir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marittimu. Meta Stat Membru jikkunsidra li ma jkunx il-każ li jintuża xi wieħed jew diversi minn dawk id-deskritturi, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’ġustifikazzjoni fil-qafas tan-notifika li ssir skond l-Artikolu 9(2).
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II Awtoritajiet kompetenti (imsemmija fl-Artikolu 7(1))
(1) L-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti – l-isem u l-indirizz uffiċjali ta’ l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti identifikati.
(2) L-istatus legali ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti – deskrizzjoni qasira ta’ l-istatus legali ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti.
(3) Responsabbiltajiet – deskrizzjoni qasira tar-responsabbiltajiet legali u amministrattivi ta’ l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti u tar-rwol tagħhom relattivament għall-ilmijiet marini konċernati.
(4) Sħubija – meta l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti jaġixxu bħala korp ta’ koordinament għal awtoritajiet kompetenti oħrajn, tkun meħtieġa lista ta’ dawn flimkien ma’ sommarju tar-relazzjonijiet istituzzjonali stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni.
(5) Koordinazzjoni reġjonali jew sub-reġjonali – huwa meħtieġ sommarju tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri li l-ilmijiet marini tagħhom jaqgħu fl-istess Reġjun jew Sub-Reġjun Marin.
▼M1
|
|
ANNESS III
|
ANNESS III
Listi indikattivi tal-elementi tal-ekosistema, tal-pressjonijiet antropoġeniċi u tal-attivitajiet tal-bniedem rilevanti għall-ibħra
(imsemmija fl-Artikoli 8(1), 9(1), 9(3), 10(1), 11(1) u 24)
Tabella 1
L-istruttura, il-funzjonijiet u l-proċessi tal-ekosistemi tal-baħar
b'rilevanza partikolari għall-punt (a) tal-Artikolu 8(1), u tal-Artikoli 9 u 11
|
Tema
|
Elementi tal-ekosistema
|
Il-parametri u l-karatteristiki possibbli (Nota 1)
|
Deskritturi kwalitattivi rilevanti stabbiliti fl-Anness I (in-Noti 2 u 3)
|
|
Speċi
|
Gruppi ta' speċijiet (in-Nota 4) ta' għasafar, mammiferi tal-baħar, rettili, ħut u ċefalopodi tar-reġjun jew tas-sottoreġjun tal-baħar
|
Varjazzjoni spazjali u temporali għal kull speċi jew popolazzjoni:
— id-distribuzzjoni, l-abbundanza u/jew il-bijomassa
— id-daqs, l-istruttura tal-età u tas-sess
— ir-rati tal-fekondità, tas-sopravvivenza u tal-mortalità/korriment
— imġiba li tinkludi l-moviment u l-migrazzjoni
— l-ambjent naturali tal-ispeċi (il-firxa, l-idoneità),
L-ispeċijiet li jiffurmaw il-grupp
|
(1); (3)
|
|
Ħabitats
|
Tipi ta' ħabitats ġenerali tal-kolonna tal-ilma (pelaġiċi) u ta' qiegħ il-baħar (bentiċi) (in-Nota 5), jew tipi oħra ta' ħabitats, fosthom il-komunitajiet bijoloġiċi assoċjati magħhom madwar ir-reġjun jew is-sottoreġjun kollu
|
Għal kull tip ta' ħabitat:
— id-distribuzzjoni tal-ħabitats u l-firxa (u l-volum, fejn hu rilevanti)
— il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, l-abbundanza u/jew il-bijomassa (varjazzjoni spazjali u temporali)
— fid-daqs u fl-età tal-ispeċijiet (fejn rilevanti)
— il-karatteristiki fiżiċi, idroloġiċi u kimiċi
Barra minn hekk, għal ħabitats pelaġiċi:
— konċentrament ta' klorofilla
— il-frekwenzi u l-firxa spazjali tal-proliferazzjoni tal-plankton
|
(1); (6)
|
|
L-ekosistemi, inklużi x-xbieki alimentari
|
L-istruttura, il-funzjonijiet u l-proċessi tal-ekosistemi, li jinkludu:
— il-karatteristiċi fiżiċi u idroloġiċi
— il-karatteristiċi kimiċi
— il-karatteristiċi bijoloġiċi
— il-funzjonijiet u l-proċessi
|
Varjazzjoni spazjali u temporali:
— fit-temperatura u fis-silġ
— fl-idroloġija (is-sistemi tal-mewġ u tal-kurrenti; l-upwelling, it-taħlit, iż-żmien ta' residenza, l-influss ta' ilma ħelu; il-livell tal-baħar)
— id-dardir tal-ilma (l-ammont ta' sediment/ħama) trasparenza, akustika
— is-sottostrat u l-morfoloġija ta' qiegħ il-baħar
— is-salinità, in-nutrijenti (N u P), il-karbonju organiku, il-gassijiet maħlula (pCO2, O2) u l-pH
— ir-rabtiet bejn il-ħabitats u l-ispeċijiet ta' għasafar tal-baħar, ta' mammiferi u rettili tal-baħar, tal-ħut u taċ-ċefalopodi
— l-istruttura tal-komunitajiet pelaġiċi-bentiċi
|
(1); (4)
|
Noti marbuta mat-Tabella 1
Nota 1: Ingħatat lista indikattiva tal-parametri u karatteristiki rilevanti għall-ispeċijiet, il-ħabitats u l-ekosistemi, li jirriflettu l-parametri affettwati mill-pressjonijiet tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness u li huma ta' rilevanza għal kriterji stabbiliti skont l-Artikolu 9(3). Il-parametri u l-karatteristiki partikolari li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, inklużi dawk tal-Artikoli 8 sa 11.
Nota 2: In-numri f'din il-kolonna huma referenza għall-punti nnumerati rispettivament fl-Anness I.
Nota 3: Fit-Tabella 1 huma elenkati biss id-deskritturi kwalitattivi (1), (3), (4) u (6) ibbażati fuq l-istat, li għandhom il-kriterji stipulati skont l-Artikolu 9(3). Id-deskritturi kwalitattivi l-oħrajn kollha bbażati fuq il-pressjoni, fl-Anness I jistgħu jkunu rilevanti għal kull tema.
Nota 4: Dawn il-gruppi ta' speċijiet huma speċifikati aktar fid-dettall fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta' Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ara l-paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
Nota 5: Dawn iit-tipi ġenerali ta' ħabitats huma speċifikati aktar fid-dettall fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2017/848.
Tabella 2
Il-pressjonijiet antropoġeniċi, l-użi u l-attivitajiet tal-bniedem fl-ambjent tal-baħar jew li jaffettwaw l-ambjent tal-baħar
|
2a. Il-pressjonijiet antropoġeniċi fuq l-ambjent tal-baħar
b'rilevanza partikolari għall-punti (a) u (b) tal-Artikolu 8(1), u l-Artikoli 9, 10 u 11
|
|
Tema
|
Il-pressjoni (Nota 1)
|
Il-parametri possibbli
|
Id-deskritturi kwalitattivi rilevanti stabbiliti fl-Anness I (in-Noti 2 u 3)
|
|
Id-dħul ta' materja bijoloġika
|
jew it-tixrid ta' speċijiet mhux indiġeni
|
L-intensità u l-varjazzjoni spazjali u temporali, tal-pressjoni fuq l-ambjent tal-baħar u, fejn rilevanti, fis-sors
Għall-valutazzjoni tal-impatti ambjentali tal-pressjoni, agħżel l-elementi tal-ekosistemi u l-parametri rilevanti mit-Tabella 1
|
(2)
|
|
Id-dħul ta' patoġeni mikrobiċi
|
|
|
Id-dħul ta' speċi li tkun immodifikata ġenetikament u t-traslokazzjoni ta' speċijiet lokali
|
|
|
It-telf ta' komunitajiet bijoloġiċi naturali, jew bidla fihom, minħabba l-koltivazzjoni ta' speċijiet ta' annimali jew veġetali
|
|
|
L-isfrattar tal-ispeċijiet (eż. fejn ibidu, fejn jistrieħu u fejn jieklu) minħabba l-preżenza tal-bniedem
|
|
|
L-estrazzjoni ta' speċijiet slavaġ, jew il-mewt/il-korriment tagħhom, (minħabba s-sajd kummerċjali u rikreattiv u attivitajiet oħra)
|
(3)
|
|
Fiżiku
|
Disturbi fiżiċi ta' qiegħ il-baħar (temporanji jew riversibbli)
|
(6); (7)
|
|
Telf fiżiku (minħabba bidla permanenti tas-sottostrat ta' qiegħ il-baħar jew minħabba l-morfoloġija u l-estrazzjoni tas-sottostrat minn qiegħ il-baħar)
|
|
Bidliet fil-kundizzjonijiet idroloġiċi
|
|
Sustanzi, skart u enerġija
|
Id-dħul tan-nutrijenti — sorsi diffużi, sorsi minn punti partikolari, depożitu atmosferiku
|
(5)
|
|
Id-dħul ta' materja organika — sorsi diffużi u sorsi minn punti partikolari
|
|
Id-dħul ta' sustanzi oħrajn (eż. sustanzi sintetiċi, sustanzi mhux sintetiċi, radjunuklidi) — sorsi diffużi, is-sorsi minn punti, depożitu atmosferiku, avvenimenti akuti
|
(8); (9)
|
|
Id-dħul ta' skart (skart solidu li jinkludi l-iskart ta' daqs mikro)
|
(10)
|
|
Id-dħul ta' ħsejjes antropoġeniċi (impulsivi, kontinwi)
|
(11)
|
|
Id-dħul ta' forom oħra ta' enerġija (fosthom il-kampi elettromanjetiċi, id-dawl u s-sħana)
|
|
Id-dħul ta' ilma — sorsi minn punti partikolari (eż. ilma mielaħ)
|
|
|
2b. L-użi u l-attivitajiet tal-bniedem li jaffettwaw l-ambjent tal-baħar
b'rilevanza partikolari għall-punti (b) u (c) tal-Artikolu 8(1) (l-attivitajiet immarkati * biss huma rilevanti għall-punt (c) tal-Artikolu 8(1)), u għall-Artikoli 10 u 13
|
|
Tema
|
Attività
|
|
Ir-ristrutturar fiżiku tax-xmajjar, kostali jew f'qiegħ il-baħar (il-ġestjoni tal-ilma)
|
It-teħid tal-art
|
|
Il-bini ta' sistemi ta' kanali u modifiki oħra tal-kanali tal-ilma
|
|
Id-difiża tal-kosta u l-protezzjoni mill-għargħar *
|
|
Strutturi barra mix-xtut (minbarra dawk taż-żejt/tal-gass/tal-enerġija rinnovabbli)*
|
|
Ir-ristrutturar tal-morfoloġija ta' qiegħ il-baħar, inkluż it-tindif tal-ħama u d-depożitu ta' materjali *
|
|
L-estrazzjoni ta' riżorsi mhux ħajjin
|
L-estrazzjoni ta' minerali (ġebel, metall, minerali, żrar, ramel, qxur tal-molluski) *
|
|
L-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass, inkluż l-infrastruttura*
|
|
L-estrazzjoni tal-melħ
|
|
L-estrazzjoni tal-ilma *
|
|
Il-produzzjoni tal-enerġija
|
Il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli (mir-riħ, mill-mewġ u l-enerġija mill-mili u t-tifrigħ tal-baħar), inkluż l-infrastruttura*
|
|
Il-ġenerazzjoni tal-enerġija mhux rinnovabbli
|
|
It-trażmissjoni tal-elettriku u tal-komunikazzjonijiet (kejbils)*
|
|
L-estrazzjoni tar-riżorsi ħajjin
|
Il-qbid ta' ħut u tal-frott tal-baħar (professjonali, ta' rikreazzjoni) *
|
|
L-ipproċessar ta' ħut u frott tal-baħar*
|
|
Il-qtugħ tal-pjanti tal-baħar*
|
|
Il-kaċċa u l-ġbir għal skopijiet oħra*
|
|
Il-kultivazzjoni ta' riżorsi ħajjin
|
L-akkwakultura — fil-baħar, inkluż l-infrastruttura*
|
|
L-akwakultura fl-ilma ħelu
|
|
L-agrikultura
|
|
Il-forestrija
|
|
It-trasport
|
L-infrastruttura tat-trasport*
|
|
It-trasport — bastimenti tal-baħar*
|
|
It-trasport — bl-ajru
|
|
It-trasport — fuq l-art
|
|
L-użi industrijali u urban
|
L-użi urbani
|
|
L-użi industrijali
|
|
It-trattament u r-rimi tal-iskart*
|
|
It-turiżmu u l-passatempi
|
L-infrastrutturi għat-turiżmu u għall-passatempi
|
|
L-attivitajiet turistiċi u l-passatempi*
|
|
Is-sigurtà u d-difiża
|
Operazzjonijiet militari (soġġett għall-Artikolu 2(2))
|
|
L-edukazzjoni u r-riċerka
|
Ir-riċerka, l-istħarriġ u l-attivitajiet edukattivi*
|
Noti marbuta mat-Tabella 2
Nota 1: Il-valutazzjonijiet tal-pressjonijiet għandhom jindirizzaw il-livelli tagħhom fl-ambjent tal-baħar u, fejn rilevanti, ir-rati tad-dħul (minn sorsi bbażati fuq l-art jew atmosferiċi) għall-ambjent tal-baħar.
Nota 2: In-numri f'din il-kolonna huma referenza għall-punti nnumerati rispettivament fl-Anness I.
Nota 3: Fit-Tabella 2a huma elenkati biss id-deskritturi kwalitattivi (2), (3), (5) (6), (7), (8), (9), (10) u (11), li għandhom il-kriterji stipulati skont l-Artikolu 9(3). Id-deskritturi kwalitattivi l-oħrajn kollha bbażati fuq l-istat, skont l-Anness I jistgħu jkunu rilevanti għal kull tema.
▼B
|
|
ANNESS IV
|
ANNESS IV Listi indikattivi ta’ karatteristiċi li tagħhom irid jittieħed kont għad-determinazzjoni ta’ miri ambjentali (imsemmija fl-Artikoli 10(1) u 24)
(1) Kopertura adegwata ta’ l-elementi li jikkaratterizzaw l-ilmijiet marini taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri f’Reġjun jew Sub-Reġjun Marin.
(2) Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti (a) miri li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet mixtieqa bbażati fuq id-definizzjoni ta’ status ambjentali tajjeb; (b) miri miżurabbli u indikaturi assoċjati li jippermettu l-monitoraġġ u l-valutazzjoni; u (ċ) miri operattivi relatati ma’ miżuri konkreti ta’ implimentazzjoni sabiex jappoġġaw il-kisba tagħhom.
(3) Speċifikazzjoni ta’ l-istatus ambjentali li għandu jintlaħaq jew jinżamm u formulazzjoni ta’ dak l-istatus f’termini ta’ kwalitajiet miżurabbli ta’ l-elementi li jikkaratterizzaw l-ilmijiet marini ta’ Stat Membru f’Reġjun jew Sub-Reġjun Marin.
(4) Konsistenza tas-sett ta’ miri; assenza ta’ konflitti bejniethom.
(5) Speċifikazzjoni tar-riżorsi meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri.
(6) Formulazzjoni tal-miri, li jinkludu miri interim possibbli, b’perijodu definit ta’ żmien sabiex jintlaħqu.
(7) Speċifikazzjoni ta’ indikaturi maħsuba sabiex jissorveljaw il-progress u sabiex jiggwidaw deċiżjonijiet maniġerjali sabiex jintlaħqu l-miri.
(8) Fejn ikun kunsiljabbli, speċifikazzjoni ta’ punti ta’ riferiment (punti ta’ riferiment għall-miri u l-limiti).
(9) Konsiderazzjoni dovuta ta’ interessi soċjali u ekonomiċi fl-istabbiliment tal-miri.
(10) Eżami tas-sett ta’ miri ambjentali, indikaturi assoċjati u punti ta’ riferiment tal-limiti u l-miri żviluppati fid-dawl ta’ l-objettiv ambjentali stipulat fl-Artikolu 1, sabiex jiġi valutat jekk il-kisba tal-miri twassalx l-ilmijiet marini li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri f’Reġjun Marin għal status li jikkorrispondi magħhom.
(11) Kompatibbiltà tal-miri ma’ l-objettivi li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha kkommettew ruħhom għalihom taħt ftehim internazzjonali u reġjonali rilevanti, bl-użu ta’ dawk li huma l-aktar rilevanti għar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat bl-għan li jinkisbu l-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 1.
(12) Meta jiġi stabbilit is-sett ta’ miri u indikaturi, dawn għandhom jiġu eżaminati flimkien relattivament ma’ l-objettiv ambjentali stipulat fl-Artikolu 1 sabiex jiġi valutat jekk il-kisba tal-miri twassalx l-ambjent marin għal status li jikkorrispondi magħhom.
|
|
ANNESS V
|
ANNESS V Programmi ta’ monitoraġġ (imsemmija fl-Artikoli 11(1) u 24)
(1) Il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ l-istatus ambjentali u għal stima tad-distanza minn, u l-progress lejn, status ambjentali tajjeb konformement ma’ l-Anness III u mal-kriterji u standards metodoloġiċi li għandhom jiġu definiti skond l-Artikolu 9(3).
(2) Il-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġenerazzjoni ta’ l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ indikaturi adattati għall-miri ambjentali previsti fl-Artikolu 10.
(3) Il-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġenerazzjoni ta’ l-informazzjoni li tippermetti l-istima ta’ l-impatt tal-miżuri previsti fl-Artikolu 13.
(4) Il-ħtieġa li jiġu inklużi attivitajiet sabiex tiġi identifikata l-kawża tal-bidla u għalhekk il-miżuri korrettivi possibbli li jkun jeħtieġ jittieħdu sabiex jerġa jinkiseb l-istatus ambjentali tajjeb, meta d-devjazzjonijiet mill-firxa ta’ l-istatus mixtieq ikunu identifikati.
(5) Il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar inkwinanti kimiċi fi speċi għall-konsum tal-bniedem minn żoni ta’ sajd kummerċjali.
(6) Il-ħtieġa li jiġu inklużi attivitajiet sabiex jikkonfermaw li l-miżuri korrettivi jwasslu t-tibdil mixtieq u l-ebda effetti sekondarji mhux mixtieqa.
(7) Il-ħtieġa li tinġabar flimkien l-informazzjoni b’referenza għal Reġjuni jew Sub-Reġjuni Marini skond l-Artikolu 4.
(8) Il-ħtieġa li tiġi żgurata l-komparabbiltà ta’ approċċi u metodi ta’ valutazzjoni fi u bejn reġjuni marini u/jew sub-reġjuni.
(9) Il-ħtieġa li jiġu żviluppati speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-monitoraġġ fil-livell Komunitarju li jippermettu l-komparabbiltà ta’ l-informazzjoni.
(10) Il-ħtieġa li tkun żgurata kemm jista’ jkun possibbli l-kompatibbiltà ma’ programmi eżistenti żviluppati fil-livelli reġjonali u internazzjonali bil-ħsieb li titrawwem konsistenza bejn dawn il-programmi u li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ l-isforzi, bl-użu ta’ dawk il-linji gwida ta’ monitoraġġ li huma l-aktar rilevanti għar-Reġjun jew is-Sub-Reġjun Marin konċernat.
(11) Il-ħtieġa li tiġi nkluża bħala parti mill-valutazzjoni inizjali prevista fl-Artikolu 8, l-valutazzjoni ta’ bidliet kbar fil-kondizzjonijiet ambjentali kif ukoll, fejn meħtieġ, ta’ kwistjonijiet ġodda u emerġenti.
(12) Il-ħtieġa li jiġu indirizzati bħala parti mill-valutazzjoni inizjali prevista fl-Artikolu 8, l-elementi rilevanti elenkati fl-Anness II inkluża l-varjabbiltà naturali tagħhom u sabiex jiġi evalwat il-progress lejn il-kisba tal-miri ambjentali stipulati skond l-Artikolu 10(1) ta’ din id-Direttiva, bl-użu, kif jixraq, ta’ l-indikaturi stabbiliti u l-punti ta’ referenza tal-limiti jew miri tagħhom.
|
|
ANNESS VI
|
ANNESS VI Programmi ta’ miżuri (imsemmija fl-Artikoli 13(1) u 24)
(1) Kontrolli ta’ l-input: miżuri ta’ ġestjoni li jinfluwenzaw l-ammont ta’ attività tal-bniedem li tkun permessa.
(2) Kontrolli ta’ l-output: miżuri ta’ ġestjoni li jinfluwenzaw il-grad ta’ perturbazzjoni ta’ komponent ta’ l-ekosistema li jkun permess.
(3) Kontrolli tad-distribuzzjoni ġeografika u temporali: miżuri ta’ ġestjoni li jinfluwenzaw fejn u meta jkun permess li sseħħ xi attività.
(4) Miżuri ta’ koordinazzjoni tal-ġestjoni: strumenti sabiex jiżguraw li l-ġestjoni tkun koordinata.
(5) Miżuri sabiex titjieb it-traċċabbiltà, fejn dan ikun fattibbli, tat-tniġġis marin.
(6) Inċentivi ekonomiċi: miżuri ta’ ġestjoni li jagħmluha fl-interess ekonomiku ta’ dawk li jużaw l-ekosistemi marini li jaġixxu b’modi li jgħinu fil-kisba ta’ l-objettivi ta’ status ambjentali tajjeb.
(7) Strumenti ta’ mitigazzjoni u rimedju: strumenti ta’ ġestjoni li jiggwidaw l-attivitajiet tal-bniedem sabiex jirrestawraw komponenti danneġġati ta’ l-ekosistemi marini.
(8) Komunikazzjoni, l-involviment tal-partijiet interessati u t-tqajjim ta’ kuxjenza pubblika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2017 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0056
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|