+Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati
---+Preamble: 1
---+SECTION I GENERAL
------+Artikolu 1 Għan
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+SECTION II NEGOTIATING PROCEDURE APPLICABLE TO SCEs ESTABLISHED BY AT LEAST TWO LEGAL ENTITIES OR BY TRANSFORMATION
------+Artikolu 3 Ħolqien ta’ korp speċjali li jinnegozja
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 3
---------+Artikolu 3 4
---------+Artikolu 3 5
---------+Artikolu 3 6
---------+Artikolu 3 7
------+Artikolu 4 Kontenut tal-ftehim
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---------+Artikolu 4 3
---------+Artikolu 4 4
---------+Artikolu 4 5
------+Artikolu 5 Tul ta’ żmien tan-negozjati
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 6 Leġislazzjoni applikabbli għall-proċedura ta’ negozjati
------+Artikolu 7 Regoli standard
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
---------+Artikolu 7 3
---+SECTION III RULES APPLICABLE TO SCEs ESTABLISHED EXCLUSIVELY BY NATURAL PERSONS OR BY A SINGLE LEGAL ENTITY AND NATURAL PERSONS
------+Artikolu 8
---------+Artikolu 8 1
---------+Artikolu 8 2
---------+Artikolu 8 3
---+SECTION IV PARTICIPATION IN THE GENERAL MEETING OR SECTION OR SECTORIAL MEETING
------+Artikolu 9
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---+SECTION V MISCELLANEOUS PROVISIONS
------+Artikolu 10 Riżerva u kunfidenzjalità
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
---------+Artikolu 10 4
------+Artikolu 11 Operazzjoni tal-korp rappreżentattiv u proċedura għall-informazzjoni u konsultazzjoni ta’ impjegati
------+Artikolu 12 Protezzjoni tar-rappreżentanti ta’ impjegati
------+Artikolu 13 Użu ħażin ta’ proċeduri
------+Artikolu 14 Konformità ma’ din id-Direttiva
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
------+Artikolu 15 Rabta bejn din id-Direttiva u dispożizzjonijiet oħra
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
---------+Artikolu 15 3
---------+Artikolu 15 4
------+Artikolu 16 Dispożizzjonijiet finali
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
------+Artikolu 17 Reviżjoni mill-Kummissjoni
------+Artikolu 18 Dħul fis-seħħ
------+Artikolu 19 Indirizzati
---+ANNEX STANDARD RULES
|
English -
European Union -
Corporate Law -
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 2003. Għall-Kunsill Il-President G. Alemanno [1] ĠU C 236, tal-31.8.1993, p. 36. [2] ĠU C 42, tal-15.2.1993, p. 75. [3] ĠU C 223, tal-31.8.1992, p. 42. [4] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.9 [5] ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/74/EC (ĠU L 10, tas-16.1.1998, p. 22). [6] ĠU L 10, tas-16.1.1998, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS REGOLI STANDARD (imsemmija fl-Artikoli 7 u 8) Taqsima 1: Kompożizzjoni tal-Bord Rappreżentattiv ta’ l-impjegati Sabiex jinkiseb l-għan deskritt fl-Artikolu 1, u fil-każi msemmija fl-Artikolu 7, korp rappreżentattiv għandu jiġi stabbilit skond ir-regoli li ġejjin: (a) Il-korp rappreżentattiv għandu jkun kompost minn impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti eletti jew maħtura minn fosthom mir-rappreżentant ta’ l-impjegati jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-korp sħiħ ta’ l-impjegati. (b) L-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-korp rappreżentattiv għandha titwettaq skond il-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu regoli biex jassiguraw li n-numru ta’ membri ta’, u l-allokazzjoni tas-siġġijiet fuq il-korp rappreżentattiv jiġi adattati biex jagħtu kont tal-bidliet li jseħħu fi ħdan l-SCE u s-susssidjarji tagħha u stabbilimenti. Il-metodi użati għan-nominazzjoni, ħatra jew elezzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati għandhom ifittxu li jippromwovu l-bilanċ bejn is-sessi, (ċ) Fejn id-daqs hekk jitlob, il-korp rappreżentattiv għandu jeleġġi kumitat selett minn fost il-membri tiegħu, kompost l-aktar minn tliet membri. (d) Il-korp rappreżentattiv għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. (e) Il-membri tal-bord rappreżentattiv jiġi eletti jew maħtura fi proporzjon tan-numru ta’ ħaddiema impjegati f’kull Stat Membru mill-SCE u s-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti, billi jiġi allokat fir-rigward ta’ Stat Membru siġġu għal kull porzjon ta’ impjegati li jaħdmu f’dak l-Istat Membru li jkun ugwali għal 10 %, jew parti minnhom, tan-numru ta’ ħaddiema impjegati minnhom fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien. (f) L-organu kompetenti ta’ l-SCE għandu jkun infurmat bil-kompożizzjoni tal-korp rappreżentattiv. (g) Mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-istabbiliment tiegħu, il-korp rappreżentattiv għandu jeżamina jekk jiftaħx negozjati għall-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikoli 4 u 7 jew li jkompli japplika r-regoli standardapplikati skond dan l-Anness. L-Artikolu 3(4) sa (7) u l-Artikoli 4, 5 u 6 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, jekk tkun ittieħdet deċiżjoni li jkun innegozjat ftehim skond l-Artikolu4, f’liema każ, l-espressjoni "korp speċjali ta’ negozjati" għandha tiġi ssostitwita bi "korp rappreżentattiv". Fejn, fil-limitu ta’ żmien li fih għandhom jintemmu n-negozjati, ebda ftehim ma jkun ġie konkluż, l-arranġamenti iniżjali adottati skond ir-regoli standardgħandhom ikomplu japplikaw. Taqsima 2: Regoli standardgħall-informazzjoni u konsultazzjoni Il-kompetenza u s-setgħat tal-korp rappreżentattiv stabbilit f’SCE għandu jkun irregolat bir-regoli li ġejjin: (a) Il-kompetenza tal-korp rappreżentattiv għandha tkun limitata għall-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-SCE nnifisha u xi waħda mis-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti lokati fi Stat Membru ieħor jew li jeċċedu s-setgħat ta’ l-organi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi Stat Membru wieħed.. (b) Mingħajr preġudizzju għal-laqgħat miżmuma skond il-paragrafu (ċ), il-korp rappeżentattiv għandu jkollu d-dritt li jkun infurmat u kkonsultat u, għal dak il-għan, li jiltaqa’ ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE ta’ l-anqas darba fis-sena, fuq il-bażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-organu kompetenti, dwar il-progress tax-xogħol ta’ l-SCE u l-prospetti tagħha. L-amministrazzjonijiet lokali għandhom ikunu hekk informati. L-organu kompetenti ta’ l-SCE għandu jipprovdi lill-korp rappreżentattiv bl-aġenda tal-laqgħat ta’ l-amministrattiv, jew, fejn xieraq, l-organu ta’ amministrazzjoni u superviżjoni, bil-kopji tad-dokumenti kollha mibgħuta lil-laqgħa ġenerali tal-membri tagħha. Il-laqgħa għandha tirrelata b’mod partikolari ma’ l-istruttura, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja, l-iżvilupp probabbli tan-negozju u tal-produzzjoni u l-bejgħ, inizjattivi fir-rigward ta’ responsabbiltà soċjali korporata, is-sitwazzjoni u x-xejra probabbli ta’ l-impjiegi, investimenti u bidliet sostanzjali li jikkonċernaw l-organizzazzjoni, l-introduzzjoni ta’ metodi ġodda tax-xogħol jew proċċessi ta’ produzzjoni, trasferimenti ta’ produzzjoni, inkorporazzjonijiet, tnaqqis jew għeluq ta’ impriżi, stabbilimenti jew partijiet importanti tagħhom, u sensji kollettivi. (ċ) Fejn ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jeffettwaw l-interessi ta’ l-impjegati f’limitu konsiderevoli, partikolarment meta jseħħu rilokazzjonijiet, trasferimenti, l-għeluq ta’ stabbilimenti jew impriżi jew sensji kollettivi, il-korp rappreżentattiv għandu d-dritt li jkun informat. Il-korp rappreżentattiv jew, fejn hekk jiddeċiedi, b’mod partikolari minħabba raġunijiet ta’ urġenza, il-kumitat selettiv, ikollu d-dritt li jiltaqa’ fuq it-talba tiegħu, ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE jew ma’ xi livell aktar addattat ta’ l-amministrazzjoni fi ħdan l-SCE li jkollha s-setgħa hi stess li tieħu deċiżjonijiet, sabiex ikun infurmat u kkonsultat dwar miżuri li sinifikament jeffettwaw l-interessi ta’ l-impjegati. Fejn l-organu kompetenti jiddeċiedi li ma jaġixxix skond l-opinjoni espressa mill-korp rappreżentattiv, dan il-korp għandu jkollu d-dritt għal laqgħa oħra ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE bil-ħsieb li jitlaħaq ftehim. Fil-każ ta’ laqgħa organizzata mal-kumitat selettiv, dawk il-membri tal-korp rappreżentattiv li jirrappreżentaw lill-impjegati li huma direttament ikkonċernati bil-miżuri in kwistjoni għandu jkollhom id-dritt ukoll li jipparteċipaw. Il-laqgħat imsemmija hawn fuq m’għandhomx jeffettwaw il-prerogattivi ta’ l-organi kompetenti. (d) L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu regoli dwar il-presidenza tal-laqgħat ta’ informazzjoni u konsultazzjoni. Qabel xi laqgħa ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE, il-korp rappreżentattiv jew il-kumitat selett, fejn meħtieġ imkabbar skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu (ċ), għandu jkun intitolat li jiltaqa’ mingħajr ma’ r-rappreżentanti ta’ l-organu kompetenti jkun preżenti. (e) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-membri tal-korp rappreżentattiv għandhom jinformaw lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha u stabbilimenti bil-kontenut u r-riżultat tal-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni. (f) Il-korp rappreżentattiv jew il-kumitat selett, jista’ jkun megħjun minn esperti ta’ l-għażla tiegħu. (g) Sal-limitu li dan huwa meħtieġ għall-kompiti tagħhom, il-membri tal-korp amministrattiv għandhom ikunu intitolati li jieħdu ħin għat-taħriġ mingħajr tnaqqis fil-pagi, (h) L-ispejjeż tal-korp amministrativ għandhom jinġarru mill-SCE, li għandha tipprovdi lill-membri tal-korp bir-riżorsi finanzjarji u materjali meħtieġa biex jippermettulhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod xieraq. B’mod partikolari, l-SCE għandha, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor iġorr l-ispiża ta’ l-organizzazzjoni tal-laqgħat, u tipprovdi faċilitajiet ta’ interpreti u l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar tal-membri tal-korp rappreżentattiv u tal-kumitat selettiv. B’konformità ma’ dawn il-prinċipji, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu r-regoli dwar l-estimi fir-rigward ta’ l-operazzjoni tal-korp rappreżentattiv. Jistgħu b’mod partikolari jillimitaw l-iffinanzjar biex ikopri espert wieħed biss. Taqsima 3: Regoli standardgħall-parteċipazzjoni Il-parteċipazzjoni ta’ impjeagti f’SCE għandha tkun irregolata bid-dispożizzjonijiet li ġejjin: (a) Fil-każ ta’ SCE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni, jekk ir-regoli ta’ Stat Membru li jirrelataw ma’ parteċipazzjoni ta’ impjegati fil-korp amminstrattiv jew superviżorju applikai qabel ir-reġistrazzjoni, l-aspetti kollha ta’ parteċipazzjoni ta’ impjegati għandhom ikomplu japplikaw għall-SCE. Il-paragrafu (b) għandu japplika mutatis mutandis għal dak il-għan. (b) F’każi oħra fejn SCE hija stabbilita, l-impjegati ta’ l-SCE, is-sussidjarji tagħha u stabbilimenti u/jew il-korp rappreżentattiv tagħhom għandu jkollhom id-dritt li jeleġġu, jaħtru, jirrakkomandaw jew joppunu l-ħatra ta’ numru ta’ membri tal-korp amministrattiv jew superviżorju ta’ l-SCE ugwali għall-ogħla proporzjon fis-seħħ fil-kumpanniji li jipparteċipaw ikkonċernati qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE. (ċ) Jekk ebda waħda mill-entitajiet legali li jipparteċipaw ma kienet irregolata b’regoli ta’ parteċipazzjoni qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, din ta’ l-aħħar m’għandhiex tkun meħtieġa li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ impjegati. (d) Il-korp rappreżentattiv għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta’ siġġijiet fi ħdan il-korp amministrattiv jew superviżorju fost il-membri li jirrappeżentaw il-ħaddiema mill-Istati Membri varji jew il-mod li bih l-impjegati ta’ l-SCE jistgħu jirrakkomandaw jew jopponu l-ħatra tal-membri ta’ dawn il-korpi skond il-proporzjon ta’ impjegati ta’ l-SCE f’kull Stat Membru. Jekk l-impjegati ta’ Stat Membru wieħed jew aktar ma jkunux koperti b’dan il-kriterju ta’ proporzjon, il-korp rappreżentattiv għandu jaħtar membru minn wieħed minn dawk l-Istati Membri, b’mod partikolari l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ l-SCE fejn dan huwa xieraq. Kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi l-allokazzjoni tas-siġġijiet li jingħata fi ħdan il-korp amministrattiv jew superviżorju. (e) Kull membru tal-korp amministrattiv jew, fejn xieraq, il-korp superviżorju ta’ l-SCE li jkun ġie elett, maħtur jew irrakkomandat mill-korp rappreżentattiv jew, skond iċ-ċirkostanzi, mill-impjegati għandu jkun membru sħiħ bl-istess drittijiet u obbligazzjonijiet bħall-membri li jirrappreżentaw il-membri tal-kooperattiva, inkluż id-dritt għall-vot. --------------------------------------------------
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3], Billi: (1) Sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 [4] jistabbilixxi Statut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE). (2) Dak ir-Regolament jimmira li joħloq qafas uniformi legali li fih kooperattivi u entitajiet oħra u persuni naturali minn Stati Membri differenti għandhom ikunu jistgħu jippjanaw u jwettqu ir-riorganizzazzjoni tan-negozju tagħhom f’forma kooperattiva fuq skala tal-Komunità. (3) Sabiex jiġu promossi l-għanijiet soċjali tal-Komunità, dispożizzjonijiet speċjali għandhom ikunu stipulati, notevolment fil-qasam ta’ l-involviment ta’ l-impjiegi, immirati li jassiguraw li l-istabbiliment ta’ SCE ma jinvolvix l-għajbien jew it-tnaqqis ta’ prattiċi ta’ l-involviment ta’ l-impjegat li jesiġu fi ħdan entitajiet li jipparteċipaw fl-istabbiliment ta’ SCE. Dan l-għan għandu jkun segwit permezz ta’ l-istabbiliment ta’ sett ta’ regoli f’dan il-qasam, li jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1435/2003. (4) Minħabba li l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, kif delineati hawn fuq, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri, minħabba li l-għan huwa li jiġi stabbilit sett ta’ regoli dwar l-involviment ta’ l-impjegati applikabbli għall-SCE, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-impatt ta’ l-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet. (5) Id-diversità kbira ta’ regoli u prattiċi li jeżistu fl-Istati Membri fir-rigward tal-mod li bih ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati huma involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan kooperattivi tagħmilha mhux konsiljabbli li jkun stabbilit mudell wieħed Ewropew ta’ involviment ta’ impjegati applikabbli għall-SCE. (6) Proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni f’livell transnazzjonali għandhom ikunu assigurati fil-każi kollha tal-ħolqien ta’ SCE, bl-addattazzjoni meħtieġa li l-SCE jiffurmaw ex novo fejn dan ikun iġġustifikat mid-daqs tagħhom, kif imkejjel f’termini ta’ impjiegi. (7) Jekk jesiġu drittijiet ta’ parteċipazzjoni fi ħdan entità waħda jew aktar li jistabbilixxu SCE, għandhom fil-prinċipju jiġu ppriservati permezz tat-trasferiment tagħhom għal SCE, la darba stabbilita, sakemm il-partijiet ma jiddeċidux mod ieħor. (8) Il-proċeduri konkreti għall-informazzjoni transnazzjonali u konsultazzjoni ta’ l-impjegati, kif ukoll, fejn japplika, il-parteċipazzjoni, li japplikaw għal kull SCE għandhom ikunu definiti primarjament permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati jew, fin-nuqqas ta’ dan, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ sett ta’ regoli sussidjarji. (9) L-Istati Membri xorta tibqgħalhom l-għażla li ma japplikawx ir-regoli standardli jirrelataw mal-partiċipazzjoni fil-każ ta’ inkorporazzjoni, minħabba d-diversità tas-sistemi nazzjonali għall-involviment ta’ l-impjegati. Is-sistemi eżistenti u prattiċi tal-parteċipazzjoni fejn xieraq fil-livell ta’ entitajiet li jipparteċipaw għandhom f’dak il-każ jinżammu mir-regoli tar-reġistrazzjoni li jaddattaw. (10) Ir-regoli tal-votazzjoni fi ħdan il-korp speċjali li jirrappreżenta lill-impjegati għall-għanijiet ta’ negozjati, b’mod partikolari meta jiġu konklużi patti ta’ ftehim li jipprovdu għal livell ta’ parteċipazzjoni aktar baxxa minn dik eżistenti fi ħdan entità waħda li tipparteċipa jew aktar, għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju ta’ l-għejbien jew it-tnaqqis ta’ sistemi eżistenti u prattiċi ta’ parteċipazzjoni. Dak ir-riskju huwa akbar fil-każ ta’ SCE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni jew inkorporazzjoni milli permezz tal-ħolqien ta’ ex novo SCE. (11) Fin-nuqqas ta’ ftehim sussegwenti għan-negozjati bejn ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati u l-organi kompetenti ta’ l-entitajiet li jipparteċipaw, dispożizzjoni għandha ssir għal ċerti regoli standardli japplikaw għall-SCE, ġaladarba tiġi stabbilita. Dawn ir-regoli standardgħandhom jassiguraw prattiċi effettivi ta’ informazzjoni transnazzjonali u konsultazzjoni ta’ l-impjegati, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fl-organi relevanti ta’ l-SCE jekk dik il-parteċipazzjoni kienet teżisti qabel l-istabbiliment tagħha fi ħdan l-entitajiet li jipparteċipaw. (12) Fejn l-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija hawn fuq għall-entitajiet li jipparteċipaw fl-ex novo SCE ma jistgħux jiġu ġġustifikati minħabba d-daqs żgħir tagħhom kif imkejjel f’termini ta’ impjiegi, l-SCE għandha tkun suġġetta għar-regoli nazzjonali dwar l-involviment ta’ impjegati fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tistabbilixxi l-uffiċju rreġistrat tagħha, jew fl-Istat Membru fejn ikollha sussidjarji jew stabbilimenti. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjoni mqiegħda fuq SCE diġà stabbilita li timplimenta dawn il-proċeduri jekk numru sinifikanti ta’ impjegati hekk jitolbu. (13) Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta’ impjegati f’laqgħat ġenerali, sal-limitu li l-liġijiet nazzjonali hekk jippermettu. L-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ forom oħra ta’ parteċipazzjoni, hekk kif ipprovdut f’din id-Direttiva. (14) L-Istati Membri għandhom jassiguraw permezz ta’ dispożizzjonijiet adatti li, fil-każ ta’ bidliet strutturali wara l-ħolqien ta’ SCE, l-arranġamenti għall-involviment ta’ l-impjegati jistgħu, fejn xieraq, jiġu nnegozjati mill-ġdid. (15) Għandha ssir dispożizzjoni għar-rappreżentanti ta’ l-impjegati li jaġixxu fi ħdan il-qafas ta’ din id-Direttiva li jgawdu, meta jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, l-istess protezzjoni u garanziji bħal dawk ipprovduti għal rappreżentanti ta’ impjegati bil-leġislazzjoni u/jew prattika tal-pajjiż ta’ l-impjieg. M’għandhomx ikunu suġġetti għal xi diskriminazzjoni, inkluż kedd, bħala riżultat ta’ l-eżerċizzju legali ta’ l-attivitajiet tagħhom u għandhom igawdu protezzjoni adegwata fir-rigward tat-tkeċċija u sanzjonijiet oħra. (16) Il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva għandha tkun priservata wkoll wara li jiskadu t-termini ta’ uffiċċju tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati, u dispożizzjoni għandha ssir li tkun tippermetti lill-organu kompetenti ta’ l-SCE li jżomm informazzjoni li tista’ tagħmel ħsara serja, jekk suġġetta għal kxif fil-pubbliku, lill-iffunzjonar ta’ l-SCE. (17) Fejn SCE u s-sussidjarji u l-istabbilimenti tagħha huma suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura f’impriżi fi skala tal-Komunità jew gruppi ta’ impriżi fi skala tal-Komunità għall-għanijiet ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati [5], id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet li jittrasponuha f’leġislazzjoni nazzjonali m’għandhomx japplikaw għaliha lanqas għas-sussidjarji u l-istabbilimenti tagħha, sakemm il-korp speċċjali ta’ negozjati ma jiddeċidix li ma jiftaħx negozjati jew li jittermina n-negozjati diġà miftuħa. (18) Din id-Direttiva m’għandhiex teffettwa drittijiet eżistenti oħra li jirrigwardaw l-involviment u m’għandhomx għalfejn jaffettwaw strutturi oħra eżistenti ta’ rappreżentanza,, li tipprovdi għalihom il-Komunità u l-liġijiet nazzjonali u l-prattiċi. (19) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. (20) It-Trattat ma pprovdiex is-setgħat meħtieġa għall-Komunità li tadotta din id-Direttiva, ħlief għal dawk kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 308. (21) Huwa prinċipju fundamentali u għan iddikjarat ta’ din id-Direttiva li tassigura d-drittijiet miksuba ta’ l-impjegati fir-rigward ta’ involviment fid-deċiżjonijiet tal-kumpanniji. Id-drittijiet ta’ l-impjegati fis-seħħ qabel l-istabbiliment ta’ l-SCE għandhom jipprovdu l-bażi għad-drittijiet ta’ l-impjegati għal involviment fl-SCE (il-prinċipju ta’ "qabel u wara"). B’konsegwenza, dik l-attitudni għandha mhux biss tapplika għall-istabbiliment inizjali ta’ SCE iżda wkoll għall-bidliet strutturali f’SCE eżistenti u għall-entitajiet affettwati bil-proċessi ta’ bidliet strutturali. Għalhekk, meta uffiċċju reġistrat ta’ SCE jiġi trasferit minn Stat Membru għall-ieħor, ta’ l-anqas l-istess livell ta’ drittijiet ta’ involviment eżistenti għandhom ikomplu japplikaw. B’żieda, jekk l-għatba li tikkonċerna l-involviment ta’ impjegati tintlaħaq jew tinqabeż wara r-reġistrazzjoni ta’ SCE, dawn id-drittijiet għandhom japplikaw bl-istess mod li bih kienu japplikaw, kieku l-għatba kienet intlaħqet jew inqabżet qabel ir-reġistrazzjoni. (22) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-rappreżentanti ta’ trejd unjins jistgħu jkunu membri ta’ korp speċjali ta’ negozjati irrispettivament jekk humiex impjegati ta’ entità li tipparteċipa fl-istabbiliment ta’ SCE. L-Istati Membri għandhom f’dan il-kuntest b’mod partikolari jkunu jistgħu jintroduċu dan id-dritt f’każi fejn rappreżentanti ta’ trejd unjin ikollhom id-dritt li jkunu membri ta’, u li jivvutaw f’, organi ta’ kumpanniji superviżorji jew amministrattivi skond il-leġislazzjoni nazzjonali. (23) F’diversi Stati Membri, l-involviment ta’ impjegati u oqsma oħra ta’ relazzjonijiet industrijali huma bażati kemm fuq il-leġislazzjoni nazzjonali u l-prattika li f’dan il-kuntest huwa miftiehem ukoll li jkopri patti ta’ ftehim kollettivi f’livelli varji nazzjonali, settorali u/jew dak ta’ kumpanniji, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: TAQSIMA I ĠENERALI
|
|
SECTION I GENERAL
|
SECTION I GENERAL
|
|
SECTION II NEGOTIATING PROCEDURE APPLICABLE TO SCEs ESTABLISHED BY AT LEAST TWO LEGAL ENTITIES OR BY TRANSFORMATION
|
SECTION II NEGOTIATING PROCEDURE APPLICABLE TO SCEs ESTABLISHED BY AT LEAST TWO LEGAL ENTITIES OR BY TRANSFORMATION
|
|
SECTION III RULES APPLICABLE TO SCEs ESTABLISHED EXCLUSIVELY BY NATURAL PERSONS OR BY A SINGLE LEGAL ENTITY AND NATURAL PERSONS
|
SECTION III RULES APPLICABLE TO SCEs ESTABLISHED EXCLUSIVELY BY NATURAL PERSONS OR BY A SINGLE LEGAL ENTITY AND NATURAL PERSONS
|
|
SECTION IV PARTICIPATION IN THE GENERAL MEETING OR SECTION OR SECTORIAL MEETING
|
SECTION IV PARTICIPATION IN THE GENERAL MEETING OR SECTION OR SECTORIAL MEETING
|
|
SECTION V MISCELLANEOUS PROVISIONS
|
SECTION V MISCELLANEOUS PROVISIONS
|
|
ANNEX STANDARD RULES
|
ANNEX STANDARD RULES (referred to in Articles 7 and 8) Part 1: Composition of the body representative of the employees In order to achieve the objective described in Article 1, and in the cases referred to in Article 7, a representative body shall be set up in accordance with the following rules: (a) The representative body shall be composed of employees of the SCE and its subsidiaries and establishments elected or appointed from their number by the employees' representatives or, in the absence thereof, by the entire body of employees. (b) The election or appointment of members of the representative body shall be carried out in accordance with national legislation and/or practice. Member States shall lay down rules to ensure that the number of members of, and allocation of seats on, the representative body shall be adapted to take account of changes occurring within the SCE and its subsidiaries and establishments. The methods used to nominate, appoint or elect employee representatives should seek to promote gender balance. (c) Where its size so warrants, the representative body shall elect a select committee from among its members, comprising at most three members. (d) The representative body shall adopt its rules of procedure. (e) The members of the representative body are elected or appointed in proportion to the number of employees employed in each Member State by the SCE and its subsidiaries or establishments, by allocating in respect of a Member State one seat per each portion of employees employed in that Member State which equals 10 %, or a fraction thereof, of the number of employees employed by them in all the Member States taken together. (f) The competent organ of the SCE shall be informed of the composition of the representative body. (g) Not later than four years after its establishment, the representative body shall examine whether to open negotiations for the conclusion of the agreement referred to in Articles 4 and 7 or to continue to apply the standard rules adopted in accordance with this Annex. Article 3(4) to (7) and Articles 4, 5 and 6 shall apply, mutatis mutandis, if a decision has been taken to negotiate an agreement according to Article 4, in which case the term "special negotiating body" shall be replaced by "representative body". Where, by the deadline by which the negotiations come to an end, no agreement has been concluded, the arrangements initially adopted in accordance with the standard rules shall continue to apply. Part 2: Standard rules for information and consultation The competence and powers of the representative body set up in an SCE shall be governed by the following rules: (a) The competence of the representative body shall be limited to questions which concern the SCE itself and any of its subsidiaries or establishments situated in another Member State or which exceed the powers of the decision-making organs in a single Member State. (b) Without prejudice to meetings held pursuant to paragraph (c), the representative body shall have the right to be informed and consulted and, for that purpose, to meet with the competent organ of the SCE at least once a year, on the basis of regular reports drawn up by the competent organ, on the progress of the business of the SCE and its prospects. The local managements shall be informed accordingly. The competent organ of the SCE shall provide the representative body with the agenda for meetings of the administrative, or, where appropriate, the management and supervisory organ, and with copies of all documents submitted to the general meeting of its members. The meeting shall relate in particular to the structure, economic and financial situation, the probable development of the business and of production and sales, initiatives with regard to corporate social responsibility, the situation and probable trend of employment, investments, and substantial changes concerning organisation, the introduction of new working methods or production processes, transfers of production, mergers, cut-backs or closures of undertakings, establishments or important parts thereof, and collective redundancies. (c) Where there are exceptional circumstances affecting the employees' interests to a considerable extent, particularly in the event of relocations, transfers, the closure of establishments or undertakings or collective redundancies, the representative body shall have the right to be informed. The representative body or, where it so decides, in particular for reasons of urgency, the select committee, shall have the right to meet at its request, the competent organ of the SCE or any more appropriate level of management within the SCE having its own powers of decision, so as to be informed and consulted on measures significantly affecting employees' interests. Where the competent organ decides not to act in accordance with the opinion expressed by the representative body, this body shall have the right to a further meeting with the competent organ of the SCE with a view to seeking agreement. In the case of a meeting organised with the select committee, those members of the representative body who represent employees who are directly concerned by the measures in question shall also have the right to participate. The meetings referred to above shall not affect the prerogatives of the competent organ. (d) Member States may lay down rules on the chairing of information and consultation meetings. Before any meeting with the competent organ of the SCE, the representative body or the select committee, where necessary enlarged in accordance with the third subparagraph of paragraph (c), shall be entitled to meet without the representatives of the competent organ being present. (e) Without prejudice to Article 10, the members of the representative body shall inform the representatives of the employees of the SCE and of its subsidiaries and establishments of the content and outcome of the information and consultation procedures. (f) The representative body or the select committee may be assisted by experts of its choice. (g) In so far as this is necessary for the fulfilment of their tasks, the members of the representative body shall be entitled to time off for training without loss of wages. (h) The costs of the representative body shall be borne by the SCE, which shall provide the body's members with the financial and material resources needed to enable them to perform their duties in an appropriate manner. In particular, the SCE shall, unless otherwise agreed, bear the cost of organising meetings and providing interpretation facilities and the accommodation and travelling expenses of members of the representative body and the select committee. In compliance with these principles, the Member States may lay down budgetary rules regarding the operation of the representative body. They may in particular limit funding to cover one expert only. Part 3: Standard rules for participation Employee participation in an SCE shall be governed by the following provisions: (a) In the case of an SCE established by transformation, if the rules of a Member State relating to employee participation in the administrative or supervisory body applied before registration, all aspects of employee participation shall continue to apply to the SCE. Paragraph (b) shall apply mutatis mutandis to that end. (b) In other cases where an SCE is established, the employees of the SCE, its subsidiaries and establishments and/or their representative body shall have the right to elect, appoint, recommend or oppose the appointment of a number of members of the administrative or supervisory body of the SCE equal to the highest proportion in force in the participating companies concerned before registration of the SCE. (c) If none of the participating legal entities was governed by participation rules before registration of the SCE, the latter shall not be required to establish provisions for employee participation. (d) The representative body shall decide on the allocation of seats within the administrative or supervisory body among the members representing the employees from the various Member States or on the way in which the SCE's employees may recommend or oppose the appointment of the members of these bodies according to the proportion of the SCE's employees in each Member State. If the employees of one or more Member States are not covered by this proportional criterion, the representative body shall appoint a member from one of those Member States, in particular the Member State of the SCE's registered office where that is appropriate. Each Member State may determine the allocation of the seats it is given within the administrative or supervisory body. (e) Every member of the administrative body or, where appropriate, the supervisory body of the SCE who has been elected, appointed or recommended by the representative body or, depending on the circumstances, by the employees shall be a full member with the same rights and obligations as the members representing the members of the cooperative, including the right to vote.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.08.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0072
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|