+8.3. Valutazzjoni tar-riskju ta’ finanzjament inerenti
---+384. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskju ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u …
---+385. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-profil ta’ finanzjament …
---+386. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-impatt fuq il-profil ta’ finanzjament …
---+387. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk nuqqasijiet potenzjali li jirriżultaw …
---+388. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fatturi li jistgħu jnaqqsu l-istabbiltà …
---+389. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji għas-sostenibbiltà tal-profil ta’ …
---+390. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll ir-riskju li l-aggravar ta’ assi jista’ …
---+391. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu konxji mill-aċċess attwali għas-suq tal-istituzzjoni …
---+392. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-bidla mistennija fir-riskji ta’ finanzjament …
|
8.3. Valutazzjoni tar-riskju ta’ finanzjament inerenti
8.3. Valutazzjoni tar-riskju ta’ finanzjament inerenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
384. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskju ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskju ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u jekk l-assi fuq terminu medju u twil u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali humiex milħuqa adegwatament b’firxa ta’ strumenti ta’ finanzjament stabbli kemm taħt kundizzjonijiet normali kif ukoll taħt kundizzjonijiet ta’ stress. Din il-valutazzjoni tinkludi l-elementi li ġejjin: - a. evalwazzjoni tal-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni;
- b. evalwazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà tal-profil ta’ finanzjament;
- c. evalwazzjoni tal-aċċess attwali għas-suq;
- d. evalwazzjoni tal-bidla mistennija fir-riskji ta’ finanzjament abbażi tal-pjan ta’ finanzjament tal-istituzzjoni.
Evalwazzjoni tal-profil tal-finanzjament tal-istituzzjoni
|
|
385. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-profil ta’ finanzjament …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni, inkluż diskrepanzi kuntrattwali u komportamentali kemm fuq terminu medju kif ukoll twil, fir-rigward tal-mudell tan-negozju, l-istrateġija u l-aptit għar-riskju tagħha. Huma għandhom iqisu jekk l-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali fuq terminu medju u twil tal-istituzzjoni jintlaħqux b’mod adegwat b’firxa ta’ strumenti ta’ finanzjament stabbli, skont l-Artikolu 413 tar-Regolament (UE) 575/2013. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jappoġġaw din il-valutazzjoni billi janalizzaw l-NSFR kif speċifikat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta tar-Regolament (UE) 575/2013 u jivvalutaw jekk dan ġiex irrapportat b’mod korrett.
|
|
386. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-impatt fuq il-profil ta’ finanzjament …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-impatt fuq il-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni ta’ kwalunkwe fattur regolatorju u kuntrattwali (lokali) li jaffettwa l-karatteristiċi komportamentali tal-fornituri ta’ finanzjament (eż. regolamenti dwar l-ikklerjar, ir-rikapitalizzazzjoni interna, l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti, peress li dawn jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba tal-fornituri ta’ finanzjament).
|
|
387. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk nuqqasijiet potenzjali li jirriżultaw …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk nuqqasijiet potenzjali li jirriżultaw mill-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni, bħal diskrepanzi fil-maturità li jiksru konfini aċċettabbli, konċentrazzjonijiet eċċessivi ta’ sorsi ta’ finanzjament, livelli eċċessivi ta’ aggravar ta’ assi, jew finanzjament mhux xieraq jew instabbli ta’ assi fuq terminu twil jistgħux iwasslu għal żieda inaċċettabbli fil-kost tal-finanzjament u telf ta’ aċċess għall-finanzjament għall-istituzzjoni. B’mod partikolari, is-suppożizzjonijiet dwar ir-riġidità tal-finanzjament attirat permezz ta’ kanali li jiddependu fuq it-teknoloġija finanzjarja jew li huma inqas tradizzjonali pereżempju pjattaformi tad-depożiti online – jeħtieġ li jiġu vvalutati mill-qrib meta jiġu ppjanati jew imfassla xenarji ta’ stress. Evalwazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà tal-profil ta’ finanzjament
|
|
388. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fatturi li jistgħu jnaqqsu l-istabbiltà …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fatturi li jistgħu jnaqqsu l-istabbiltà tal-profil ta’ finanzjament fir-rigward tat-tip u l-karatteristiċi tal-assi, tal-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali u tal-obbligazzjonijiet. Huma għandhom iqisu d-diskrepanza fil-maturità strutturali bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet (inkluż l-impatt ta’ kwalunkwe diskrepanza fil-muniti), metriċi ta’ finanzjament strutturali xierqa (eż. proporzjon ta’ self/depożitu, diskrepanza fil-finanzjament tal-klijenti u skala tal-maturità aġġustata skont l-imġiba), u karatteristiċi ta’ finanzjament li jistgħu jindikaw riskji u tħassib akbar ta’ ML/TF minn perspettiva prudenzjali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll l-impatt tat-telfiet fuq l-istabbiltà tal-finanzjament; billi jkunu konxji li l-fornituri tal-finanzjament jistgħu jkunu sensittivi għal telfiet ħafna iżgħar minn dawk li jipperikolaw il-proporzjonijiet tal-kapital.
|
|
389. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji għas-sostenibbiltà tal-profil ta’ …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji għas-sostenibbiltà tal-profil ta’ finanzjament li joħorġu minn konċentrazzjonijiet fis-sorsi ta’ finanzjament (partikolarment fit-tip ta’ strumenti ta’ finanzjament użati, swieq ta’ finanzjament speċifiċi, kontropartijiet individwali jew konnessi). Pereżempju, għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi tas-setturi l-aktar materjali servuti mill-istituzzjoni u kif dan jimpatta l-profil tar-riskju ta’ finanzjament tal-istituzzjoni, billi jagħtu attenzjoni partikolari lill-iskoperturi għal setturi ċikliċi jew volatili.
|
|
390. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll ir-riskju li l-aggravar ta’ assi jista’ …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll ir-riskju li l-aggravar ta’ assi jista’ jkollu effett negattiv fuq l-aptit tas-suq għad-dejn mhux garantit tal-istituzzjoni (fil-kuntest tal-karatteristiċi speċifiċi tas-suq/swieq fejn topera l-istituzzjoni u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni). Evalwazzjoni tal-aċċess attwali għas-suq
|
|
391. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu konxji mill-aċċess attwali għas-suq tal-istituzzjoni …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu konxji mill-aċċess attwali għas-suq tal-istituzzjoni u t-theddid kurrenti u futur għal dan l-aċċess għas-suq, inkluż tfixkil fl-aċċess għas-swieq tal-kambju (inklużi dawk idjosinkratiċi). Għall-valutazzjoni, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-grad li fih l-istituzzjoni tagħmel talbiet għoljin fuq swieq jew kontropartijiet partikolari (inklużi banek ċentrali) meta mqabbel mal-kapaċità ta’ dawk is-swieq/il-kontropartijiet, kwalunkwe bidla sinifikanti jew mhux mistennija fl-emissjoni tad-dejn, ir-riskju li aħbarijiet dwar l-istituzzjoni jistgħu jinfluwenzaw b’mod negattiv is-suq (perċezzjoni/kunfidenza) u b’hekk l-aċċess għas-suq, u sinjali li r-riskji ta’ likwidità fuq terminu qasir jistgħu jnaqqsu l-aċċess li għandha l-istituzzjoni għas-swieq ewlenin ta’ finanzjament tagħha. Evalwazzjoni tal-bidla mistennija fir-riskji ta’ finanzjament abbażi tal-pjan ta’ finanzjament tal-istituzzjoni
|
|
392. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-bidla mistennija fir-riskji ta’ finanzjament …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-bidla mistennija fir-riskji ta’ finanzjament abbażi tal-pjan ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u jiffurmaw perspettiva dwar il-fattibbiltà tal-pjan (bħall-ittestjar retrospettiv, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ xenarji alternattivi).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|