+Artikolu 27 Rabta mal-liġi tal-Unjoni li tirregola l-apparati mediċi, l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u s-sistemi tal-IA
---+Artikolu 27 1
---+Artikolu 27 2

Artikolu 27 Rabta mal-liġi tal-Unjoni li tirregola l-apparati mediċi, l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u s-sistemi tal-IA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1

1.   Il-manifatturi ta’ apparati mediċi jew apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 2 il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2017/746, rispettivament, li jiddikjaraw l-interoperabbiltà ta’ dawk l-apparati mediċi jew tagħmir mediku ta’ diagnostika in vitro mal-komponenti tas-software armonizzati tas-sistemi ta’ EHR għandhom jagħtu prova tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali dwar il-komponent tas-software Ewropew tal-interoperabbiltà u l-komponent tas-software Ewropew tar-reġistrazzjoni għas-sistemi ta’ EHR, stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II għal dan ir-Regolament. L-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal dak l-apparat mediku u t-tagħmir mediku ta’ diagnostika in vitro.

Artikolu 27 2

2.   Il-fornituri ta’ sistemi tal-IA meqjusa li huma ta’ riskju għoli f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2024/1689 (is-“sistema tal-IA b’riskju għoli”) u li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2017/745 jew (UE) 2017/746 lijiddikjaraw l-interoperabbiltà ta’ dawk is-sistemi tal-IA b’riskju għoli mal-komponenti tas-software armonizzati tas-sistemi ta’ EHR għandhom jagħtu prova tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali dwar il-komponent tas-software Ewropew tal-interoperabbiltà Ewropew u l-komponent tas-software Ewropew tar-reġistrazzjoni għas-sistemi ta’ EHR, kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness II għal dan ir-Regolament. L-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk is-sistemi tal-IA ta’ riskju għoli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.