+Artikolu 3 Pjattaforma Komuni tad-Data dwar is-Sustanzi Kimiċi
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8
---+Artikolu 3 9
---+Artikolu 3 10
---+Artikolu 3 11
---+Artikolu 3 12
---+Artikolu 3 13
---+Artikolu 3 14
|
Artikolu 3 Pjattaforma Komuni tad-Data dwar is-Sustanzi Kimiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. L-ECHA għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi pjattaforma komuni tad-data dwar is-sustanzi kimiċi (il-“pjattaforma komuni tad-data”).
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Il-pjattaforma komuni tad-data għandha tipprovdi aċċess għad-data dwar sustanzi kimiċi kollha:
|
(a)
|
iġġenerata jew ippreżentata bħala parti mill-implimentazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I u miżmuma mill-Aġenziji jew mill-Kummissjoni;
|
|
(b)
|
iġġenerata bħala parti minn programmi tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali jew minn attivitajiet ta’ riċerka fil-qasam tas-sustanzi kimiċi u miżmuma mill-ECHA, l-EEA, l-EFSA, EU-OSHA jew il-Kummissjoni;
|
|
(c)
|
ipprovduta fuq bażi volontarja mill-Istati Membri jew minn partijiet oħra, inklużi aġenziji nazzjonali, istituti tar-riċerka u organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, u miżmuma jew aċċettata mill-ECHA, l-EEA, l-EFSA, l-EU-OSHA jew mill-Kummissjoni.
|
|
|
Artikolu 3 3
|
3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-pjattaforma komuni tad-data għandha tipprovdi aċċess għad-data dwar sustanzi kimiċi relatata ma’ prodotti mediċinali tal-bniedem u veterinarji bħala parti mill-implimentazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti 2, unikament jekk tali data:
|
(b)
|
għandha x’taqsam ma’ sustanzi attivi:
|
(i)
|
li huma soġġetti għal proċessi regolatorji skont atti legali oħra tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti 1; jew
|
|
(ii)
|
li għandhom proprjetajiet persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi partikolari; jew
|
|
(iii)
|
li għalihom ġie identifikat livell għoli ta’ residwi fl-ambjent; u
|
|
|
(c)
|
taqa’ f’tal-anqas waħda mill-kategoriji li ġejjin:
|
(i)
|
data mhux klinika dwar is-sikurezza, inkluża data relatata mal-valutazzjonijiet tar-riskju ambjentali, ikkompilata skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18); jew
|
|
(ii)
|
data relatata mal-valutazzjonijiet tar-riskju ambjentali, ikkompilata skont ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);)jew
|
|
(iii)
|
il-livelli massimi ta’ residwu u d-data li huma derivati minnha, ikkompilata skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).
|
|
|
|
Artikolu 3 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda:
|
(a)
|
il-paragrafu 3, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, billi żżid id-data dwar sustanzi kimiċi relatata ma’ sustanzi li jinsabu fi prodotti mediċinali għajr sustanzi attivi jew relatata ma’ sustanzi attivi li jinsabu fi prodotti mediċinali bi proprjetajiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b) (i) u (ii), ta’ dan l-Artikolu, fejn rilevanti għall-objettivi ta’ dan ir-Regolament jew jekk, fid-dawl tal-progress xjentifiku, ikun hemm għarfien ġdid dwar il-perikli jew ir-riskji għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem;
|
|
(b)
|
il-paragrafu 3, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, billi jiġu miżjuda kategoriji ġodda ta’ tipi ta’ data rilevanti għall-objettivi ta’ dan ir-Regolament jew, jekk, fid-dawl tal-progress xjentifiku, ikun hemm data ġdida dwar il-periklu jew ir-riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem.
|
|
|
Artikolu 3 5
|
5. L-informazzjoni li ġejja ma għandhiex tiġi inkluża fil-pjattaforma komuni tad-data:
|
(a)
|
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni relatata ma’ prodotti kożmetiċi u nnotifikata lill-Portal ta’ Notifika tal-Prodotti Kożmetiċi skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.
|
|
|
Artikolu 3 6
|
6. Id-dokumenti relatati mal-ħidma interna tal-Awtoritajiet jew mal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ma għandhomx għalfejn jiġu inklużi fil-pjattaforma komuni tad-data, sakemm ma jkunx meħtieġ li jiġu inklużi skont l-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 3 7
|
7. L-ECHA għandha tiżgura li kull sustanza kimika jew materjal li għalihom tkun ospitata data dwar sustanzi kimiċi fuq il-pjattaforma komuni tad-data jiġu identifikati minn identifikatur tekniku uniku li jgħaqqad id-data kollha dwar sustanzi kimiċi dwar dik is-sustanza kimika jew dak il-materjal, u, fejn possibbli u disponibbli, billi jispeċifika l-istruttura molekulari tagħhom permezz ta’ notazzjoni kimika, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ta’ kunfidenzjalità fl-att oriġinarju tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 3 8
|
8. Il-pjattaforma komuni tad-data għandha tipprovdi s-servizzi ddedikati identifikati fl-iskema ta’ governanza msemmija fl-Artikolu 4(3) inkluż:
|
(a)
|
il-Pjattaforma ta’ Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi (“IPCHEM”), imsemmija fl-Artikolu 7;
|
|
(b)
|
ir-repożitorju tal-valuri ta’ referenza, imsemmi fl-Artikolu 8;
|
|
(c)
|
il-Bażi tad-data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9;
|
|
(d)
|
il-bażi tad-data li fiha l-informazzjoni dwar il-proċessi regolatorji, msemmija fl-Artikolu 10;
|
|
(e)
|
il-bażi tad-data li fiha d-data dwar sustanzi kimiċi f’artikli jew fi prodotti, kif imsemmija fl-Artikolu 11;
|
|
(f)
|
il-bażi tad-data li fiha d-data dwar l-alternattivi għas-sustanzi ta’ tħassib, kif imsemmija fl-Artikolu 12;
|
|
(g)
|
il-bażi tad-data li fiha l-informazzjoni dwar l-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi, msemmija fl-Artikolu 13;
|
|
(h)
|
ir-repożitorju ta’ formati standard u ta’ vokabularji kkontrollati msemmi fl-Artikolu 14;
|
|
(i)
|
il-bażi tad-data ta’ data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali msemmija fl-Artikolu 15.
|
Il-pjattaforma komuni tad-data għandu jkun fiha informazzjoni ta’ sfond u ta’ spjegazzjoni xierqa sabiex tagħmilha aktar faċli għall-Awtoritajiet u għall-pubbliku biex jużaw dik id-data b’mod infurmat.
|
|
Artikolu 3 9
|
9. L-awtoritajiet u l-pubbliku għandu jkollhom, f’konformità mal-Artikolu 19, aċċess faċli, mingħajr ħlas, għad-data li tinsab fil-pjattaforma komuni tad-data, kif ukoll għal kwalunkwe data ta’ kuntest relatata kif imsemmi fl-Artikolu 4(5), il-punt (c). Meta d-data tkun ġiet iġġenerata mill-Awtoritajiet, id-data ta’ kuntest għandha tinkludi indikazzjoni f’dak is-sens.
|
|
Artikolu 3 10
|
10. L-Artikolu 20 għandu japplika għall-użu tad-data li tinsab fil-pjattaforma komuni tad-data mill-Awtoritajiet.
|
|
Artikolu 3 11
|
11. Id-data li tinsab fil-pjattaforma komuni tad-data għandha tkun disponibbli f’formati standard, u permezz ta’ vokabularji kkontrollati, fejn disponibbli.
|
|
Artikolu 3 12
|
12. Id-data li tinsab fil-pjattaforma komuni tad-data għandha tkun aċċessibbli b’mod elettroniku u għandha tkun tista’ tiġi mfittxija bl-istess mod. L-ECHA għandha tieħu miżuri biex tiżgura standard għoli ta’ sigurtà xieraq għar-riskji ta’ sigurtà li jirriżultaw mill-ħżin ta’ data dwar sustanzi kimiċi fil-pjattaforma komuni tad-data. L-aġenziji rilevanti għandhom jieħdu miżuri f’kooperazzjoni mal-ECHA biex jiżguraw li d-data dwar sustanzi kimiċi tiġi trażmessa b’mod sigur lill-pjattaforma komuni tad-data. L-ECHA għandha tfassal il-pjattaforma komuni tad-data b’mod li jiggarantixxi li kwalunkwe aċċess għal data kunfidenzjali jkun jista’ jiġi awditjat.
|
|
Artikolu 3 13
|
13. Il-Kummissjoni jew l-Aġenziji li taħt l-awtorità tagħhom id-data dwar sustanzi kimiċi tiġi inkluża fil-pjattaforma komuni tad-data għandhom jibqgħu responsabbli għall-immaniġġjar ta’ kwalunkwe talba għall-aċċess għad-dokumenti magħmula skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
|
|
Artikolu 3 14
|
14. Il-pjattaforma komuni tad-data u s-servizzi ddedikati tagħha għandhom jiġu stabbiliti sat-2 ta’ Jannar 2029, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Sat-2 ta’ Jannar 2029 il-pjattaforma komuni tad-data għandu jkun fiha mill-anqas is-settijiet tad-data kif stabbilit fl-Anness IV.
Settijiet tad-data rilevanti oħra, inkluż data dwar sustanzi kimiċi ġġenerata jew sottomessa qabel l-1 ta’ Jannar 2026, għandhom jiġu inkorporati progressivament fil-pjattaforma komuni tad-data sat-2 ta’ Jannar 2036 f’konformità mal-pjan ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1). Id-data dwar sustanzi kimiċi relatata ma’ prodotti mediċinali tal-bniedem u veterinarji, kif speċifikat fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu, li tirriżulta minn proċeduri li ġew konklużi qabel l-1 ta’ Jannar 2026, għandha tiġi inkorporata progressivament fil-pjattaforma komuni tad-data mit-2 ta’ Jannar 2032.
Meta l-ECHA tirċievi data dwar sustanzi kimiċi f’konformità mal-Artikolu 5 li tappartjeni għal sett tad-data li jkun diġà ġie inkorporat, hija għandha tagħmel dik id-data disponibbli permezz tal-pjattaforma komuni tad-data fi żmien 90 jum minn meta tirċeviha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|