|
+ANNESS II REKWIŻITI GĦAD-DETERĠENTI LI FIHOM MIKROORGANIŻMI, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 |
ANNESS II REKWIŻITI GĦAD-DETERĠENTI LI FIHOM MIKROORGANIŻMI, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5ANNESS II REKWIŻITI GĦAD-DETERĠENTI LI FIHOM MIKROORGANIŻMI, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 1. Il-mikroorganiżmi kollha miżjuda intenzjonalment fid-deterġenti għandhom:
2. Il-mikroorganiżmi patoġeniċi li ġejjin ma għandhom ikunu preżenti fl-ebda waħda mill-formulazzjonijiet mikrobiċi inklużi intenzjonalment fil-prodott lest, f'konformità mal-istandards jew il-metodi ta' ttestjar Ewropej jew internazzjonali:
3. Il-mikroorganiżmi miżjuda intenzjonalment ma għandhomx ikunu mikroorganiżmi ġenetikament modifikati. 4. Il-mikroorganiżmi miżjuda intenzjonalment għandhom ikunu, bl-eċċezzjoni tar-reżistenza intrinsika, suxxettibbli għal kull waħda mill-klassijiet ta' antibijotiċi ewlenin, jiġifieri amminoglikosidi, makrolidi, betalattamiċi, tetraċiklini u fluworokinoloni, f'konformità mal-metodu ta' diffużjoni madwar id-disk tal-Kumitat Ewropew dwar it-Testijiet tas-Suxxettibbiltà jew ekwivalenti. 5. Meta jiġu introdotti fis-suq, id-deterġenti li jkun fihom mikroorganiżmi għandu jkollhom għadd tal-kolonji standard daqs jew akbar minn 1x105 unità li jiffurmaw kolonji (CFUs) għal kull millilitru jew gramma tal-prodott f'konformità mal-istandards jew il-metodi ta' ttestjar Ewropej jew internazzjonali. 6. Il-ħajja minima fuq l-ixkaffa ta' deterġent li jkun fih mikroorganiżmi ma għandhiex tkun iqsar minn 18-il xahar u d-deterġent għandu jkollu għadd tal-kolonji standard daqs jew akbar minn 1x104 CFUs għal kull millilitru jew gramma tal-prodott fi tmiem il-ħajja fuq l-ixkaffa f'konformità mal-istandards jew il-metodi ta' ttestjar Ewropej jew internazzjonali. 7. Id-deterġenti li fihom mikroorganiżmi għandhom jiġu introdotti fis-suq biss jekk jintwera użu sikur għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa f'konformità mal-metodoloġija li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 30(6). 8. Il-manifattur għandu jissostanzja l-asserzjonijiet kollha rigward l-azzjonijiet jew il-prestazzjoni tal-mikroorganiżmi miżjuda intenzjonalment li jkunu jinsabu fil-prodott b'testijiet xierqa. 9. Huwa pprojbit li jiġi ddikjarat jew issuġġerit fuq it-tikketta jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li d-deterġent ikollu effett antimikrobiku jew ta' diżinfettar, sakemm id-deterġent ma jikkonformax mar-Regolament (UE) Nru 528/2012. 10. It-testijiet imsemmija fil-punti 1, 2, 4, 5, 6 u 8 għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|