+ANNESS VII Proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità
---+1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li biha …
---+2. Dokumentazzjoni teknika
---+3. Manifattura
---+4. Dikjarazzjoni tal-konformità
---+5. Rappreżentant awtorizzat

ANNESS VII Proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità

ANNESS VII

Proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li biha …

1.

Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-imballaġġ ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 5 sa 12 ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalih.
2. Dokumentazzjoni teknika

2.   Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti applikabbli, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji tan-nuqqas ta' konformità.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u għandha tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-imballaġġ. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kull meta applikabbli, tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-imballaġġ u tal-użu maħsub tiegħu;

(b)

id-disinn kunċettwali, it-tpinġijiet tal-manifattura u l-materjali tal-komponenti;

(c)

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tat-tpinġijiet previsti skont il-punt (b) u l-iskemi u t-tħaddim tal-imballaġġ;

(d)

lista ta':

(i)

l-istandards armonizzati, imsemmija fl-Artikolu 36, applikati kompletament jew parzjalment;

(ii)

l-ispeċifikazzjonijiet komuni, imsemmija fl-Artikolu 37, applikati kompletament jew parzjalment;

(iii)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra użati għall-finijiet ta' kejl jew ta' kalkolu;

(iv)

fil-każ ta' standards armonizzati jew speċifikazzjonijiet komuni applikati parzjalment, indikazzjoni tal-partijiet li ġew applikati;

(v)

fil-każ li ma jiġux applikati standards armonizzati jew speċifikazzjonijiet komuni, deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti msemmija fil-punt 1;

(e)

deskrizzjoni kwalitattiva ta' kif twettqu l-valutazzjonijiet previsti fl-Artikoli 6, 10 u 11; u

(f)

rapporti tat-test.

3. Manifattura

3.   Manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, sabiex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-imballaġġ manifatturat mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.

4. Dikjarazzjoni tal-konformità

4.   Dikjarazzjoni tal-konformità

Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull tip ta' imballaġġ u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 5 snin wara li l-imballaġġ li jintuża darba biss ikun tqiegħed fis-suq, u 10 snin wara li l-imballaġġ riutilizzabbli jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tidentifika l-imballaġġ li għalih tkun tfasslet.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet rilevanti fuq talba.

5. Rappreżentant awtorizzat

5.   Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punt 4 rigward iż-żamma tad-dokumentazzjoni teknika jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li dawk l-obbligi jkunu speċifikati fil-mandat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.