+Titolu II – Rekwiżiti rigward ix -xenarji
---+8. Il-firxa ta’ xenarji għandha tinkludi tal - inqas tliet xenarji biex tiġi żgurata kopertura ta’ …
---+9. Kull xenarju għandu jitfassal b’tali mod li jissodisfa kull wieħed mir -re kwiżiti li ġejjin …
---+10. Meta rilevanti , kull xenarju għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt tal- avvenimenti fuq tal …
---+11. L-ittestjar tal- kawżi possibbli ta' eżiti ta' kriżi speċifiċi għandu jitqies bħala punt ta’ …
---+12. B’kunsiderazzjoni tal- prinċipju ta’ proporzjonalità, in - numru ta’ xenarji għandu jkun …
---+13. Tal- inqas għandu jkun inkluż xenarju wieħed għal kull wieħed mit - tipi ta’ avvenimenti li …
---+14. Tal- inqas, istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u istituzzjonijiet oħr …
---+15. Il- firxa ta’ xenarji għandha tinkludi kemm avvenimenti avversi bilmod kif ukoll dawk veloċi .
---+16. Kemm l-avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa kif ukoll dawk idjosinkratiċi għandhom ikunu …
---+17. Fit-tfassil tax-xenarji bbażati fuq avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa, tal - inqas …
---+18. Fit- tfassil ta’ xenarji bbażati fuq avvenimenti idjosinkratiċi, tal - inqas għandha tiġi …

Titolu II – Rekwiżiti rigward ix -xenarji

Il- prinċipji tad - disinn għall -firxa ta’ xenarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
8. Il-firxa ta’ xenarji għandha tinkludi tal - inqas tliet xenarji biex tiġi żgurata kopertura ta’ …

Il-firxa ta’ xenarji għandha tinkludi tal - inqas tliet xenarji biex tiġi żgurata kopertura ta’ avveniment li jaffettwa sistema sħiħa , avveniment idjosinkratiku u taħlita ta’ avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa u idjosinkratiċi .

9. Kull xenarju għandu jitfassal b’tali mod li jissodisfa kull wieħed mir -re kwiżiti li ġejjin …

Kull xenarju għandu jitfassal b’tali mod li jissodisfa kull wieħed mir -re kwiżiti li ġejjin :

  • a. ix- xenarju għandu jkun ibbażat fuq avvenimenti li huma l-aktar rilevanti għall - istituzzjonijiet jew il-gruppi kkonċernati, filwaqt li, fost fatturi rilevanti oħrajn, iqis il- mudell ta’ negozju u ta’ finanzjament tagħhom, l -attivitajiet u l-istruttura tagħhom, id - daqs tagħhom jew kif inhuma interkonnessi ma’ istituzzjonijiet oħrajn jew mas - sistema finanzjarja inġenerali u, b’mod partikolari, kwalunkwe vulnerabb iltà jew dgħjufi ja identifikata tal-istituzzjoni jew il-grupp;
  • b. l-avvenimenti previsti fix- xenarju jheddu li jikkaġunaw il -falliment tal-istituzzjoni jew il-grupp, sakemm il- miżuri ta’ rkupru ma jkunux ġew implimentati fil- ħin; u
  • c. ix-xenarju għandu jkun ibbażat fuq avvenime nti li huma eċċezzjonali iżda plawżibbli .
10. Meta rilevanti , kull xenarju għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt tal- avvenimenti fuq tal …

Meta rilevanti , kull xenarju għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt tal- avvenimenti fuq tal - inqas kull wieħed mill - aspetti li ġejjin tal -istituzzjoni jew il-grupp:

  • a. il-kapital disponibbli;
  • b. il-likwidità disponibbli;
  • c. il-profil tar-riskju;
  • d. il-profittabbiltà;
  • e. l-operazzjonijiet, inklużi l -operazzjonijiet ta’ pagament u saldu;
  • f. ir-reputazzjoni.
11. L-ittestjar tal- kawżi possibbli ta' eżiti ta' kriżi speċifiċi għandu jitqies bħala punt ta’ …

L-ittestjar tal- kawżi possibbli ta' eżiti ta' kriżi speċifiċi għandu jitqies bħala punt ta’ tluq għall - iżvilupp ta’ xenarji li għandhom ikunu ‘kważi inadempjenti’ biss ; jiġifieri jkunu ser iwasslu għal mudell ta’ negozju ta’ istituzzjoni jew grupp li ma jibqax vijabbli sakemm ma jiġux implimentati b’suċċess l -azzjonijiet ta’ rkupru.

Firxa ta’ xenarji ta’ diffikultà finanzjarja

12. B’kunsiderazzjoni tal- prinċipju ta’ proporzjonalità, in - numru ta’ xenarji għandu jkun …

B’kunsiderazzjoni tal- prinċipju ta’ proporzjonalità, in - numru ta’ xenarji għandu jkun proporzjonat, b’mod partikolari, għall - għamla tan -negozju tal-istituzzjonijiet jew il-gruppi, id-daqs tagħhom, kif inhuma interkonnessi ma’ istituzzjonijiet oħrajn u mas -sistema finanzjarja inġenerali u l - mudelli ta’ finanzjament tagħhom .

13. Tal- inqas għandu jkun inkluż xenarju wieħed għal kull wieħed mit - tipi ta’ avvenimenti li …

Tal- inqas għandu jkun inkluż xenarju wieħed għal kull wieħed mit - tipi ta’ avvenimenti li ġejjin :

  • a. ‘avveniment li jaffett wa sistema sħiħa ’, li tfisser avveniment b’riskju li jkollu konsegwenzi negattivi serji fuq is -sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali;
  • b. ‘avveniment idjosinkratiku’, li tfisser avveniment b’riskju li jkollu konsegwenzi negattivi serji fuq istituzzjoni waħda, grupp wieħed jew istituzzjoni fi ħdan grupp; u
  • c. taħlita ta’ avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa u idjosinkratiċi li jseħħu fl - istess ħin u b’mod interattiv .
14. Tal- inqas, istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u istituzzjonijiet oħr …

Tal- inqas, istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u istituzzjonijiet oħr ajn sistemikament importanti (O-SIIs) identifikati skont l-Artikolu 131 tas-CRD2 għandhom jinkludu iktar minn tliet xenarji.


2 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l- aċċess għall -attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s- superviżjoni prudenzjali tal -istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d- Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id -Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE ( Ġ U L 176, 27.6.2013, p.338).

15. Il- firxa ta’ xenarji għandha tinkludi kemm avvenimenti avversi bilmod kif ukoll dawk veloċi .

Il- firxa ta’ xenarji għandha tinkludi kemm avvenimenti avversi bilmod kif ukoll dawk veloċi .

16. Kemm l-avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa kif ukoll dawk idjosinkratiċi għandhom ikunu …

Kemm l-avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa kif ukoll dawk idjosinkratiċi għandhom ikunu marbutin ma’ avvenimenti li jkunu l-iktar rilevanti għall -istituzzjoni jew il-grupp kif spjegat fil-paragrafu 9(a). Għalhekk, ix - xenarji għandhom ikunu bbażati fuq avvenimenti differenti minn dawk speċifikati fil -paragrafi 17 u 18 meta dawn tal- aħħar ikunu inqas rilevanti għall - istituzzjoni jew il-grupp kif indikat fil-paragrafu 9(a).

Avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa

17. Fit-tfassil tax-xenarji bbażati fuq avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa, tal - inqas …

Fit-tfassil tax-xenarji bbażati fuq avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa, tal - inqas għandha tiġi kkunsidrata r -rilevanza tal- avvenimenti li jaffettwaw sistema sħiħa li ġejjin :

  • a. il-falliment ta’ kontropartijiet sinifikanti li jaffettwa l-istabbiltà finanzjarja;
  • b. tnaqqis fil -likwidità disponibbli fis- suq tas-self interbankarju;
  • c. żieda fir -riskju tal- pajjiż u l - ħruġ ta’ kapital iġġeneralizzat minn pajjiż sinifikanti tal-operazzjoni tal-istituzzjoni jew il-grupp;
  • d. movimenti avversi fil-prezz tal- assi f’suq wieħed jew f’diversi swieq ;
  • e. tnaqqis fir -ritmu makroekonomiku.

Avvenimenti idjosinkratiċi

18. Fit- tfassil ta’ xenarji bbażati fuq avvenimenti idjosinkratiċi, tal - inqas għandha tiġi …

Fit- tfassil ta’ xenarji bbażati fuq avvenimenti idjosinkratiċi, tal - inqas għandha tiġi kkunsidrata r-rilevanza tal- avvenimenti idjosinkratiċi li ġejjin :

  • a. il-falliment ta’ kontropartijiet sinifikanti;
  • b. il- ħsara għar -reputazzjoni tal-istituzzjoni jew il-grupp;
  • c. ħruġ qawwi ta’ likwidità ;
  • d. movimenti avversi fil-prezzijiet tal- assi li għalihom huma esposti l -iktar l-istituzzjonijiet jew il-gruppi;
  • e. telf ta’ kreditu qawwi ;
  • f. telf ta’ riskju operazzjonali qawwi .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/