+7.2 Informazzjoni dwar l-istrateġija tal-finanzjament
---+42. Dwar l-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li …
---+43. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoi sħiħa tal-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet …
|
7.2 Informazzjoni dwar l-istrateġija tal-finanzjament
7.2.1 Il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni tal-politika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
42. Dwar l-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li …
|
Dwar l-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej: - a. deskrizzjoni tal-istabbiliment ġenerali tal-pjan ta' finanzjament, inkluż sorsi ta' finanzjament, tenuri, swieq ewlenin, il-prodotti użati, eċċ.;
- b. fejn adegwat, dokument ta' politika dwar iż-żamma tal-preżenza fis-swieq, sabiex ikun żgurat u perjodikament jiġi ttestjat l-aċċess għas-swieq u l-kapaċità tal-ġbir tal-flus tal-istituzzjoni, fejn ikun rilevanti;
- c. fejn ikun adegwat, dokument ta' politika dwar ir-riskju tal-konċentrazzjoni tal-finanzjament, inkluż dwar il-prinċipji għall-kejl u l-monitoraġġ tal-korrelazzjoni bejn is-sorsi tal-finanzjament u l-konnessjoni ekonomika bejn id-depożitanti u fornituri oħra tal-likwidità;
- d. fejn adegwat, politika dwar il-finanzjament f'muniti barranin, inkluż l-iktar suppożizzjonijiet rilevanti fir-rigward tad-disponibbiltà u l-konvertibbiltà ta' dawn il-muniti.
7.2.2 Dokumentazzjoni operazzjonali
|
|
43. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoi sħiħa tal-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet …
|
Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoi sħiħa tal-istrateġija tal-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej: - a. il-pjan tal-finanzjament attwali;
- b. ħarsa ġenerali kwantitattiva tal-karatteristiċi, bħal volumi, prezzijiet u l-aptit tal-investitur ta' fondi riċenti miġbura u analiżi tal-fattibbiltà tal-eżekuzzjoni tal-pjan tal-finanzjament meqjus (bidliet fil-)volatilità tas-suq;
- c. ħarsa ġenerali li tħares 'il quddiem dwar l-iżvilupp (mixtieq) tal-pożizzjoni tal-finanzjament tul orizzont taż-żmien li jħares 'il quddiem, speċifikat fil-Linji gwida tal-EBA dwar id-definizzjonijiet u l-mudelli armonizzati għall-pjanijiet ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont ir-Rakkomandazzjoni A4 tal-BERS/2012/24 ;
- d. valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u r-riskju tal-finanzjament wara l-eżekuzzjoni tal-pjan ta' finanzjament;
- e. informazzjoni dwar l-ittestjar b'lura tal-pjan ta' finanzjament, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Linji gwida tal-EBA dwar id-definizzjonijiet u l-formoli armonizzati għall-pjanijiet ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, skont ir-Rakkomandazzjoni A4 tal-BERS/2012/2.
4 EBA/GL/2014/04 tad-19 ta’ Ġunju 2014
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|