+41. Il- politiki kontabilistiċi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jindirizzaw, u l - …

41. Il- politiki kontabilistiċi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jindirizzaw, u l - …

Il- politiki kontabilistiċi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jindirizzaw, u l - metodoloġija tal- provvedimenti tagħhhom għandha tinkludi, kriterji għal (a) negozjar mill - ġdid/modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self minħabba diffikultajiet finanzjarji jew minħabba raġunijiet oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll id - definizzjonijiet speċifiċi ta’ tolleranza stabbiliti fil -Parti 2 tal- Anness V tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 680/20 14 u (b) it - trattament ta’ skoperturi ta’ self indeboliti bil - kreditu mixtrija jew oriġinati kif definit taħt il - qafas kontabilistiku applikabbli:

  • a. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l - kriterji li ġejjin fir - rigward ta’ negozjar mill - ġdid/modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self:
  • i. Il- metodoloġija tal - provvedimenti għandha tippermetti lill - istituzzjonijiet ta’ kreditu jwettqu valutazzjoni robusta tar - riskju tal - krediti u tal - kejl tal - ECL biex il - livell ta’ provvedimenti jkompli jirrifle tti l- kapaċità li s - sustanza tal - iskopertura negozjata mill - ġdid/modifikata tinġabar, irrispettivament minn jekk l - ass oriġinali ġiex irtirat jew le skont il - qafas kontabilistiku applikabbli.
  • ii. In- negozjar mill - ġdid/modifikazzjonijiet m’għandhomx iwasslu awtomatikament għall - konklużjoni li kien hemm tnaqqis immedjat fir - riskju tal - kreditu tal - iskopertura. Kull tnaqqis fil - livell ta’ provvedimenti rrappurtat minħabba riskju ta’ kreditu mtejjeb għandu jiġi sostnut minn evidenza qawwija. Il - klijenti għandhom juru b’mod konsistenti prestazzjoni tal - ħlas sodisfaċenti fuq perjodu raġjonevoli ta’ żmien qabel ir- riskju tal - kreditu jitqies li jkun naqas, filwaqt li jitqiesu wkoll ir - rekwiżiti rilevanti għal skoperturi fil - perjodu ta’ prova kif definit fil -Parti 2 tal-A nness V tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 680/2014.
  • iii. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw b'attenzjoni jekk il - ġbir tas - self prinċipali jiġix żgurat b’mod raġjonevoli meta l - prestazzjoni tal - ħlas lura tieħu l - forma ta’ pagamenti tal - imgħax waħedhom, sussegwenti għal negozjar mill - ġdid jew modifikazzjoni. Barra minn hekk, dewmien uletrjuri mistenni fil - ħlas ta’ dawk il - flussi ta’ flus jista’ jkun xhieda li r - riskju tal - kreditu ma tjiebx, u għalhekk il - livell tal - ECL għandu jiġi vvalutat mill - ġdid b'attenzjoni.
  • iv. Il- metodoloġiji għandhom ukoll jitolbu lill - persunal tas - self li jinnotifikaw minnufih lill - funzjoni kontabilistika tal - istituzzjoni meta l - iskoperturi jiġu negozjati mill - ġdid jew modifikati biex tiġi żgurata kontabbiltà xierqa għall - bidla. Għal negozjar mill - ġdid u modifikazzjonijiet aktar kumplessi, għandha sseħħ komunikazzjoni regolari bejn il - persunal tas - self u l - funzjoni kontabilistika.
  • b. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l - kriterji li ġejjin fir -rig ward ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self indeboliti bil - kreditu mixtrija jew oriġinati:
  • i. Il- metodoloġija għandha tippermetti identifikazzjoni u kontabbiltà xierqa għal self indebolit bil - kreditu mixtri jew oriġinat.
  • ii. L- istimi tal - fluss ta’ flus għal dawn l - iskoperturi tal - għoti ta’ self għandhom jiġu vvalutati kull perjodu ta’ rappurtar u aġġornati kif ikun meħtieġ. Dawn l - aġġornamenti għandhom jiġu sostnuti u dokumentati kif suppost, u approvati mill - maniġment superjuri.

4.2.3 Prinċipju 3 — Proċess u aggruppament tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-kreditu

Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha proċess tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu fis - seħħ biex b’mod proporzjonali taggruppa l - iskoperturi tal - għoti ta’ self fuq il - bażi ta’ karatteristiċi tar- riskju tal - kreditu maqsuma.

Proċess tal - klassifikazzjoni tar - riskju ta’ kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/