+4.1 Sinifikat tal - fergħa u mmappjar: valutazzjoni u aġġornamenti tal - bidu
---+12. Mingħajr preġudizzju għall - istipulazzjonijiet tal - Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/UE …
---+13. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom iniżżlu l - …
---+14. Fejn is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jkunu …
---+15. Fejn is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jkunu kkomunikaw …
---+16. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jivvalutaw l - …
---+17. Fejn is -sup erviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jqisu l - fergħa …
---+18. Wara li l - fergħa tkun ġiet indikata bħala sinifikanti f'konformità mal - Artikolu 51 tad - …

4.1 Sinifikat tal - fergħa u mmappjar: valutazzjoni u aġġornamenti tal - bidu

4.1 Sinifikat tal - fergħa u mmappjar: valutazzjoni u aġġornamenti tal - bidu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
12. Mingħajr preġudizzju għall - istipulazzjonijiet tal - Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/UE …

Mingħajr preġudizzju għall - istipulazzjonijiet tal - Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom, fil - kuntest tal - immappjar tal - istituzzjoni jew tal - grupp imwettaq f'konformità mal - Artikoli 2 u 23 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2016/98 u l - Artikoli 2 u 17 tar - Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2016/99, iwettqu l - valutazzjoni tagħhom stess tal - importanza ta' fergħa partikolari għal dik l - istituzzjoni jew dak il - grupp partikolari abbażi tal - kriterji msemmija fil - paragrafi 28-31.

13. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom iniżżlu l - …

Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom iniżżlu l - valutazzjoni tagħhom tal - importanza tal - fergħa għall - istituzzjoni jew għall - grupp fil - qasam rilevanti tal - mudell tal - immappjar imsemmi fl - Artikoli 2 u 17 u l -Anness I tar - Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2016/99.

14. Fejn is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jkunu …

Fejn is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jkunu ddeterminaw, abbażi tal - valutazzjoni tagħhom, li fergħa hija importanti għall - istituzzjoni jew għall - grupp, dawn għandhom jikkomunikaw il - fehma tagħhom lill - awtorità kompetenti ospitanti, indipenden tement jew fil - proċess ta' finalizzazzjoni tal - immappjar tal - istituzzjoni jew tal - grupp f'konformità mal - Artikolu 2 tar - Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2016/99, u jistiednu lil dik l - awtorità tqis l - applikazzjoni tal - proċess imsemmi fl - Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/UE biex tiddetermina lil dik il - fergħa bħala sinifikanti.

15. Fejn is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jkunu kkomunikaw …

Fejn is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jkunu kkomunikaw lill - awtorità kompetenti ospitanti li huma jqisu l - fergħa bħala importanti għall - istituzzjoni jew għall - grupp, l - awtorità kompetenti ospitanti għandha tqis jekk tapplikax il - proċess stabbilit fl -

5 Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/UE u tipprovdi, indipendentement jew fil - kuntest tal - fehmiet jew tal - kummenti tagħha dwar l - immappjar tal - istituzzjoni jew tal - grupp imsemmi fl - Artikolu 2 tar - Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2016/99, lis - superviżur konsolidanti jew lill - awtorità kompetenti tad - domiċilju bil - fehmiet tagħha.

16. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jivvalutaw l - …

Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jivvalutaw l - importanza ta' fergħa partikolari għall - istituzzjoni jew għall - grupp fuq bażi perjodika u mill - inqas waqt kull aġġornament tal - immappjar tal - istituzzjoni jew tal - grupp imsemmi fl - Artikolu 2 tar - Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2016/99. L- awtorità kompetenti ospitanti għandha tiżgura monitoraġġ kontinwu tal - kundizzjonijiet stabbiliti fl - Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/KE għall - fergħat stabbiliti fil - kompetenza superviżorja tagħha.

17. Fejn is -sup erviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jqisu l - fergħa …

Fejn is -sup erviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jqisu l - fergħa bħala importanti għall - istituzzjoni jew għall - grupp, iżda l - awtorità kompetenti ospitanti ma tqisx li din hija sinifikanti skont it - tifsira tal - Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/KE , is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju madankollu għandhom jistiednu lill - awtorità kompetenti ospitanti biex tipparteċipa fil - kulleġġ tas - superviżuri f'konformità mal - Artikolu 3(2) tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2 016/98 u l - Artikolu 3(1)(b) tar - Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2016/99.

18. Wara li l - fergħa tkun ġiet indikata bħala sinifikanti f'konformità mal - Artikolu 51 tad - …

Wara li l - fergħa tkun ġiet indikata bħala sinifikanti f'konformità mal - Artikolu 51 tad - Direttiva 2013/36/UE, is- superviżur konsolidanti u l - awtorità kompetenti ta d- domiċilju għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jaġġornaw l - immappjar tal - istituzzjoni jew tal - grupp. B'mod partikolari, fl - immappjar tal - istituzzjoni jew tal - grupp għandu jiġi nnotat jekk l - awtorità kompetenti ospitanti tipparteċipax fil - kulleġġ rilevanti bħala membru (fergħa sinifikanti) jew bħala osservatur (fergħa mhux sinifikanti), kif previst fl - Artikolu 4 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2016/98, u l - lista tal - membri u tal - osservaturi tal - kulleġġ għandha tiġi aġġornata kif xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/