+5.4 Informazzjoni meħtieġa għas - superviżjoni ta' fergħat sinifikanti ħafna
---+53. Mingħajr preġudizzju għad - dispożizzjonijiet tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) …
---+54. Meta jivvalutaw ir - rilevanza ta' biċċa jew sett ta' informazzjoni, is - superviżur …
---+55. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+56. Tali informazzjoni għandha tiġi skambjata f’ħin opportun u f’forma bil - miktub jew …
---+57. F’sitwazzjonijiet ta’ stress ta’ likwidità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw …

5.4 Informazzjoni meħtieġa għas - superviżjoni ta' fergħat sinifikanti ħafna

5.4 Informazzjoni meħtieġa għas - superviżjoni ta' fergħat sinifikanti ħafna

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
53. Mingħajr preġudizzju għad - dispożizzjonijiet tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) …

Mingħajr preġudizzju għad - dispożizzjonijiet tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 u r- Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 620/2014, is-superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti involuti fis - superviżjoni ta' fergħat sinifikanti ħafna għandhom jiżguraw li jaqsmu, billi jagħmlu disponibbli fuq l - inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba, l - informazzjoni kollha li tappartjeni għall - grupp, għall - istituzzjoni jew għall - fergħa li hija adegwata, preċiża u rilevanti għas - superviżjoni effettiva u effiċjenti tal - fergħa kif stabbilit f'dawn il - linji gwida.

54. Meta jivvalutaw ir - rilevanza ta' biċċa jew sett ta' informazzjoni, is - superviżur …

Meta jivvalutaw ir - rilevanza ta' biċċa jew sett ta' informazzjoni, is - superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom, b'mod proporzjonat u fuq bażi ta' riskju, ifittxu li jantiċipaw l - impatt ta' tali informazzjoni dwar dan li ġej: 15

  • a. l - attivitajiet tal - fergħa;
  • b. il - governanza u l - organizzazzjoni tal - fergħa, l - istituzzjoni jew il - grupp kollu kemm hu;
  • c. l - impatt potenzjali fuq l - istabbiltà finanzjarja ta' kwalunkwe Stat Membru, inkluż dak fejn topera l - fergħa;
  • d. ir- rilevanza potenzjali tal - informazzjoni għad - deċiżjoni tal - awtorità kompetenti ospitanti dwar l - impożizzjoni tal - kundizzjonijiet ġenerali tajbin b'rabta mal - fergħa, l - attivitajiet fl - Istat Membru ospitanti; u
  • e. l - impatt potenzjali tar - riskji meħuda mill - istituzzjoni permezz tal - fergħa sinifikanti ħafna fuq l - istituzzjoni u l - vijabbiltà tagħha.
55. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …

Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom, mingħajr preġudizzju għad - dispożizzjonijiet tar -Re golament Delegat tal - Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 u r- Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 620/2014, jiżguraw li jikkondividu mill - inqas, b'mod proporzjonat u xieraq, informazzjoni adegwata dwar il - punti li ġejjin:

  • a. rapporti tal - awditjar intern u, fejn disponibbli, awditjar estern u r - rapporti tar - riskju intern tal - istituzzjoni li jiffokaw fuq il - pożizzjoni tal - fergħa fl - istituzzjoni u fuq ir - riskji meħuda mill - istituzzjoni permezz tal - fergħa sinifikanti ħafna;
  • b. ir- rapporti tal - likwidità mill - istituzzjoni miġbura skont l - Artikolu 415 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • c. kwalunkwe informazzjoni rilevanti li l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jew dik ospitanti tkun akkwistat mill - istituzzjoni waqt li kienet qiegħda tiżviluppa l - valutazzjoni ta r- riskju tal - fergħa skont it - Taqsima 5.1 ta' dawn il - linji gwida;
  • d. rapporti li jiġbru fil - qosor is - sejbiet tal - verifiki u l - ispezzjonijiet fuq il - post tal - fergħa mwettqa mis - superviżur konsolidanti jew mill - awtorità kompetenti tad - domiċilju jew ospitanti skont it - Taqsima 5.3 ta' dawn il - linji gwida, li jiffokaw fuq il - pożizzjoni tal - fergħa fi ħdan il - grupp u fuq ir - riskji meħuda mill - istituzzjoni permezz tal - fergħa sinifikanti ħafna;
  • e. informazzjoni dwar miżuri superviżorji speċifiċi għall - fergħa jew miżuri oħ rajn meħuda jew ippjanati mis - superviżuri konsolidanti jew mill - awtorità kompetenti tad - domiċilju (ara wkoll it - Taqsima 5.5);

16

  • f. kwalunkwe miżura prekawzjonarja meħuda mill - awtorità kompetenti ospitanti abbażi tal - Artikolu 43 tad - Direttiva 2013/36/UE u miżuri meħuda abbażi tal - Artikolu 50(4) ta’ dik id - Direttiva (ara wkoll it - Taqsima 5.5);
  • g. informazzjoni dwar bidliet ewlenin li ġejjin li jaffettwaw il - fergħa, bħal bidliet fis - sistema tal - IT jew mudell tan - negozju tal - istituzzjoni, u kwalunkwe arranġament ta’ kontinwità u kontinġenza rilevanti tan - negozju;
  • h. informazzjoni dwar avvenimenti operazzjonali, inkluż kwalunkwe difett jew tfixkil sostanzjali fis - servizzi pprovduti lill - klijenti, fis - servizzi ta’ pagament jew fis - sistemi tal - IT sa fejn huma rilevanti għall - fergħa, inklużi attakki u theddid ċibernetiċi jew għas - sigurtà tal - informazzjoni, kif ukoll tfixkil jew difetti li jagħmlu ħsara jew jipperikolaw il - kapaċità tal - fergħa milli tkompli l - attivitajiet kummerċjali tagħha jew milli tissodisfa l - obbligi tagħha bħala fornitur tas - sistemi ta’ pagament u tas - servizzi ta’ pagament.
  • i. informazzjoni dwar strateġiji jew pjanijiet ta’ negozju li jirrelataw mal - operazzjonijiet futuri tal - fergħa, inklużi iżda mhux limitati għal kwalunkwe offerta ta’ prodotti jew servizzi ġodda sinifikanti mhux koperti mill - Artikolu 39 tad - Direttiva 2013/36/UE;
  • j. dokumentazzjoni li ġejja mill - applikazzjoni tal - Artikoli 143, 151(4) u (9), 283, 312 u 363 tar - Regolament (EU) No 575/2013;
  • k. informazzjoni rilevanti għall - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru tal - grupp jew tal -pjan tal - istituzzjoni.
56. Tali informazzjoni għandha tiġi skambjata f’ħin opportun u f’forma bil - miktub jew …

Tali informazzjoni għandha tiġi skambjata f’ħin opportun u f’forma bil - miktub jew elettronika, kemm jista’ jkun bl - użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni sikuri, li jkollhom l - għan li jiffaċilitaw it - twettiq tal - kompiti superviżorji rilevanti b’mod effiċjenti u effettiv.

57. F’sitwazzjonijiet ta’ stress ta’ likwidità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw …

F’sitwazzjonijiet ta’ stress ta’ likwidità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin skont ir - rekwiżiti tal - Artikolu 17 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 u wara l - proċedura stabbilita fir - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 620/2014, u, fl - għoti ta’ informazzjoni speċifikata fl - Artikolu 17(3) tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) Nru 524/2014, għandhom jispjegaw l - impatt mistenni tal - istress tal - likwidità tal - istituzzjoni u jipprovdu l - aktar proporzjonijiet tal - likwidità reċenti disponibbli fil - munita domestika tal - Istat Membru tad - domiċilju tal - istituzzjoni u fil - muniti l - oħrajn kollha li huma materjali għall - istituzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/