+5.2.2 Allinjament maċ - ċiklu tal - ħajja tal -NPE
---+70. NPE WUs għandhom jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li l - attivitajiet ta’ ristrutturazzjoni tal …
---+71. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu dawn il - fażijiet li ġejjin fiċ - ċiklu tal - …
---+72. Ġestjoni tal - assi preklużi (jew assi oħra li jirriżultaw minn NPEs): il - pussess mill - ġdid …
|
5.2.2 Allinjament maċ - ċiklu tal - ħajja tal -NPE
5.2.2 Allinjament maċ - ċiklu tal - ħajja tal -NPE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
70. NPE WUs għandhom jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li l - attivitajiet ta’ ristrutturazzjoni tal …
|
NPE WUs għandhom jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li l - attivitajiet ta’ ristrutturazzjoni tal - NPE u l - impenji ta’ mutwatarju jitfasslu skont il - fażijiet taċ - ċiklu ta’ ħajja tal - NPE16 . L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistabbilixxu NPE WUs differenti għall - fażijiet differenti taċ - ċiklu tal - ħajja tal - NPE kif ukoll għal portafolli differenti, jekk ikun xieraq. L - istadji operattivi kollha applikabbli tar - ristrutturazzjoni għandhom jirċievu attenzjoni adegwata u għandhom ikunu mgħammra b’persunal speċjalizzat biżżejjed.
16 Dan jinkludi wkoll assi mhux klassifikati bħala NPEs — bħal arretrati bikrija, assi FBFu assi preklużi — li għandhom rwol essenzjali fil - proċess ta’ ristrutturazzjoni tal - NPE.
|
|
71. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu dawn il - fażijiet li ġejjin fiċ - ċiklu tal - …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu dawn il - fażijiet li ġejjin fiċ - ċiklu tal - ħajja tal - NPE, filwaqt li jqisu wkoll l - ispeċifiċitajiet tal - prodotti u n - natura tal - arretrati: - a) Arretrati bikrija (sa 90 ġurnata qabel):17 matul din il - fażi, il - fokus għandu jkun fuq l - involviment inizjali mal - mutwatarju għall - irkupri bikrin u fuq il - ġbir ta’ informazzjoni sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni dettaljata taċ - ċirkostanzi tal - mutwatarju (eż. il - pożizzjoni finanzjarja, l - istatus tad - dokumentazzjoni tas - self, l - istatus tal - kollateral, il - livell ta’ kooperazzjoni, eċċ.). It - tip ta’ skopertura u kollateral fl - aħħar mill - aħħar għandu jiddetermina l - istrateġija ta’ ristrutturazzjoni l - aktar xierqa, li tista’ tinvolvi miżuri ta’ tolleranza b’orizzont ta’ żmien qasir, li għandu jiġi applikat meta jkun meħtieġ (inkluż matul dan il - perjodu inizjali, fejn xieraq), bil - għan li tiġi stabbilizzata l - pożizzjoni finanzjarja tal - mutwatarju qabel ma tiġi stabbilita strateġija ta’ ristrutturazzjoni xierqa. Barra minn hekk, l - istituzzjoni ta’ kreditu għandha, fejn xieraq, tfittex alternattivi biex ittejjeb il - pożizzjoni tagħha filwaqt li tqis id - drittijiet u l - interessi tal - konsumaturi (eż. billi tiffirma dokumenti ġodda ta’ self, tipperfezzjona l - kollateral pendenti, timminimizza t - tnixxija ta’ flus, tieħu kollateral addizzjonali jekk tkun disponibbli). Politika ta’ ġestjoni tal - arretrati ddedikata jenħtieġ li jkun fiha gwida dwar il - proċeduri u r - responsabbiltajiet ġenerali ta’ ristrutturazzjoni tal - NPE, inkluż l - iskattaturi tat - trasferiment.
- b) Arretrati/tolleranza tard: l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimplimentaw u jifformalizzaw arranġamenti ta’ tolleranza mal - mutwatarju f’din il - fażi. Arranġamenti ta’ tolleranza għandhom jiġu stabbiliti biss fejn l - istituzzjoni ta’ kreditu tkun sodisfatta li l - mutwatarju jkun jista’ jħallas biex jagħmel il - pagamenti lura. Meta jikkunsidraw jekk għażla ta’ ristrutturar tkunx vijabbli, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l - Artikolu 28 tad - Direttiva 2014/17/UE18 u dispożizzjonijiet legali oħrajn immirati lejn il - protezzjoni tal - konsumaturi, sa fejn ikun applikabbli. Arranġament ta’ tolleranza għandu jiġi mmonitorjat għal mill - inqas sena f’konformità mar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014, minħabba r - riskju miżjud, qabel ma eventwalment ikun jista’ jiġi ttrasferit barra mill - NPE WUs jekk ma jiġux osservati skattaturi tal - NPE ulterjuri.
- c) Likwidazzjoni/irkupru ta’ dejn/każijiet legali/preklużjoni: jekk ma tkun instabet l - ebda soluzzjoni vijabbli ta’ tolleranza minħabba ċ - ċirkostanzi finanzjarji jew il - livell ta’ kooperazzjoni tal - mutwatarju, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu analiżi kost - benefiċċji ta’ opzjonijiet ta’ likwidazzjoni differenti, inkluż proċeduri fil - qorti u barra l - qorti, filwaqt li jqisu wkoll l - interessi tal - mutwatarju. Abbażi ta’ din l - analiżi, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipproċedu malajr bl - opzjoni ta’ likwidazzjoni magħżula, appoġġata minn għarfien espert legali u ta’ likwidazzjoni tan - negozju. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma involuti f’użu estensiv ta’ esperti esterni għandhom jiżguraw li jkun hemm biżżejjed mekkaniżmi ta’ kontroll intern fis - seħħ biex jiżguraw proċess ta’ likwidazzjoni effettiv u effiċjenti. L - NPEs li kienu kategoriji bħala tali għal perjodu twil ta’ żmien għandhom jingħataw attenzjoni speċjali f’dan ir - rigward. Politika dedikata għall - irkupru tad - dejn għandu jkun fiha gwida dwar il - proċeduri ta’ likwidazzjoni.
17 Skoperturi ma jistgħux ikunu parti mill - arretrati antiċipati jew l - NPE WUs, skont il - kumplessità tagħhom. 18 Id - Direttiva 2014/17/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall - konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d - Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r - Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).
|
|
72. Ġestjoni tal - assi preklużi (jew assi oħra li jirriżultaw minn NPEs): il - pussess mill - ġdid …
|
Ġestjoni tal - assi preklużi (jew assi oħra li jirriżultaw minn NPEs): il - pussess mill - ġdid ta’ kollateral ġeneralment jibda wara li tentattivi oħra mill - istituzzjoni ta’ kreditu biex tiġbor l - ammonti pendenti jkunu fallew. L - istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha politika fis - seħħ li tiddeskrivi l - proċess ta’ rkupru għall - assi preklużi, li b’mod partikolari tkopri l - passi ta’ ripussess, il - valutazzjoni tal - kollateral u r - realizzazzjoni ta’ diversi tipi ta’ kollateral permezz ta’ mezzi xierqa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|