+274. Bħala parti mill - monitoraġġ kontinwu tagħhom tar - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …
|
274. Bħala parti mill - monitoraġġ kontinwu tagħhom tar - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …
Bħala parti mill - monitoraġġ kontinwu tagħhom tar - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw is - sinjali ta’ deterjorament tal - kwalità tal - kreditu li ġejjin: - a. eventi makroekonomiċi negattivi (inklużi iżda mhux limitati għall - iżvilupp ekonomiku, tibdiliet fil - leġiżlazzjoni u theddidiet teknoloġiċi għal industrija) li jaffe ttwaw il-profittabbiltà futura ta’ industrija, ta’ segment ġeografiku, ta’ grupp ta’ mutwatarji jew ta’ mutwatarju korporattiv individwali, kif ukoll ir - riskju akbar ta’ qgħad għal gruppi ta’ individwi;
- b. tibdiliet avversi magħrufa fil - pożizzjoni finanzjarja tal- mutwatarji, bħal żieda sinifikanti fil - livelli tad - dejn jew żidiet sinifikanti fil - proporzjonijiet tas - servizz tad - dejn;
- c. tnaqqis sinifikanti fil - fatturat jew, b’mod ġenerali, fil - fluss ta’ flus kontanti rikorrenti (inkluż it - telf ta’ kuntratt/klijent/inkwilin maġġuri);
- d. tiċkin sinifikanti tal - marġini operatorji jew tal - introjtu;
- e. devjazzjoni sinifikanti fil - qligħ reali mit - tbassir jew dewmien sinifikanti fil -pjan ta’ direzzjoni tan - negozju ta’ proġett jew ta’ investiment;
- f. tibdiliet fir -r iskju ta’ kreditu ta’ tranżazzjoni li jwasslu sabiex t - termini u l - kundizzjonijiet ikunu ferm differenti li kieku t - tranżazzjoni toriġina jew tinħareġ mill - ġdid fid -data ta’ rapportar (bħal ammonti miżjuda ta’ kollateral jew ta’ garanziji meħtieġa, jew kop ertura ta’ introjtu rikorrenti ogħla tal - mutwatarju);
- g. tnaqqis sinifikanti attwali jew mistenni fil - klassifikazzjoni tal - kreditu esterna tat - tranżazzjoni prinċipali, jew f’indikaturi oħra tas - suq estern tar - riskju ta’ kreditu għal tranżazzjoni partikolari jew għal tranżazzjoni simili bl - istess ħajja mistennija;
- h. tibdiliet fil - kundizzjonijiet ta’ aċċess għas - swieq, deterjorament fil - kundizzjonijiet ta’ finanzjament jew tnaqqis magħruf fl - appoġġ finanzjarju pprovdut minn partijiet terzi lill- mutwatarju;
- i. tnaqqis fir - ritmu tan - negozju jew tendenzi avversi fl - operazzjonijiet tal - mutwatarju li jistgħu jikkawżaw tibdil sinifikanti fil - kapaċità tal - mutwatarju li jissodisfa l -obbligi tad-dejn tiegħu;
- j. żieda sinifikanti fil - volatilità ekonomika jew tas - suq li jista’ jkollha impatt negattiv fuq il- mutwatarju;
- k. għal tranżazzjonijiet garantiti b’kollateral, deterjorament sinifikanti tal - proporzjon tal - ammont tagħhom għall - valur tal - kollateral minħabba żviluppi mhux favorevoli fil - valur tal- kollateral, jew l - ebda tibdil jew żieda fl - ammont pendenti minħabba t - termini ta’ pagament stabbiliti (bħal perjodi ta’ grazzja estiżi għal pagamenti tal - kapital, pagamenti rateali li jiżdiedu jew flessibbli, termini estiżi);
- l. żieda sinifikanti fir - riskju ta’ kreditu fuq tranżazzjonijiet oħra tal - istess mutwatarju jew tibdiliet sinifikanti fl - imġiba tal - ħlas mistennija tal - mutwatarju, meta magħrufa;
- m. żieda sinifikanti fir - riskju ta’ kreditu minħabba żieda fid - diffikultajiet tal - grupp li għalih jappartjeni l - mutwatarju, bħal residenti ta’ żona ġeografika speċifika, jew żviluppi mhux favorevoli sinifikanti fil - prestazzjoni tas - settur tal - attività ekonomika tal - mutwatarju jew żieda fid - diffikultajiet fil - grupp ta’ mutwatarji relatati li jappartjeni għalihom il - mutwatarju;
- n. azzjoni legali magħrufa li tista’ taffettwa b’mod sinifikanti l - pożizzjoni finanzjarja tal - mutwatarju;
- o. it- twassil tard ta’ ċertifikat ta’ aderenza, talba għal eżenzjoni jew ksur fir -rigward tal-pattijiet, tal - anqas fir -rigward tal- patti finanzjarji, jekk applikabbli;
- p. migrazzjonijiet negattivi tal - grad ta’ kreditu/tal - klassi ta’ riskju tal - istituzzjoni - interni fil - portafoll ta’ kreditu aggregat jew f’portafolli/segmenti speċifiċi;
- q. tnaqqis attwali jew mistenni intern fil - klassifikazzjoni tal - kreditu/fil - klassifikazzjoni tar - riskju għat - tranżazzjoni jew għall - mutwatarju jew tnaqqis fl - evalwazzjoni tal - imġiba użat għall - valutazzjoni interna tar - riskju ta’ kreditu;
- r. tħassib imqajjem fir -rapporti mill- awdituri esterni tal - istituzzjoni jew tal - mutwatarju;
- s. faċilità waħda jew aktar relatat a mal- mutwatarju li qabżet it - 30 jum mid -data ta’ skadenza.
8.5.1 Proċess ta’ segwitu u ta’ eskalazzjoni fuq EWIs skattati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|