+8.5 Użu ta’ indikaturi ta’ twissija bikrija/listi ta’ sorveljanza fil - monitoraġġ tal - kreditu
---+269. Bħala parti mill - qafas ta’ monitoraġġ tagħhom, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżviluppaw …
---+270. Jenħtieġ li l - EWIs ikollhom livelli skattaturi ddefiniti stabbiliti fir -rigward tal- …
---+271. Jenħtieġ li l - qafas tal - EWI jkun fih deskrizzjoni tar - rilevanza tal - indikaturi fir …
---+272. Sabiex jiġi identifikat event EWI skattat fil - livell ta’ grupp individwali ta’ skoperturi …
---+273. Meta l - azzjonijiet jinkludu interazzjoni mal - mutwatarju, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet …
---+274. Bħala parti mill - monitoraġġ kontinwu tagħhom tar - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …
---+275. Meta jiġi skattat EWI għal monitoraġġ aktar mill - qrib u għal investigazzjoni ulterjuri …
---+276. Jenħtieġ li l - persuni rilevanti li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu jiddeċiedu dwar il - …
---+277. Jenħtieġ li l - iskattar ta’ EWIs iwassal għal żieda fil - frekwenza fil - proċess ta’ …

8.5 Użu ta’ indikaturi ta’ twissija bikrija/listi ta’ sorveljanza fil - monitoraġġ tal - kreditu

8.5 Użu ta’ indikaturi ta’ twissija bikrija/listi ta’ sorveljanza fil - monitoraġġ tal - kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
269. Bħala parti mill - qafas ta’ monitoraġġ tagħhom, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżviluppaw …

Bħala parti mill - qafas ta’ monitoraġġ tagħhom, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżviluppaw, iżommu u jevalwaw regolarment l - EWIs kwantitattivi u kwalitattivi rilevanti li jkunu sostnuti minn infrastruttura tal - IT u tad - data xierqa li tippermetti d - detezzjoni puntwali ta’ riskju akbar ta’ kreditu fil - portafoll aggregat tagħhom kif ukoll f’portafolli, f’subportafolli, f’industriji, f’ġeografiji u fi skoperturi individwali.

270. Jenħtieġ li l - EWIs ikollhom livelli skattaturi ddefiniti stabbiliti fir -rigward tal- …

Jenħtieġ li l - EWIs ikollhom livelli skattaturi ddefiniti stabbiliti fir -rigward tal- livelli speċifikati fl - aptit għar - riskju ta’ kreditu, fl - istrateġiji u fil -politiki tar- riskju ta’ kreditu, u jkollhom assenjati proċeduri ta’ eskalazzjoni, inklużi responsabbiltajiet assenjati għall - azzjonijiet ta’ segwitu. Jenħtieġ li dawn il - proċeduri ta’ eskalazzjoni jinkludu wkoll l - għażla ta’ skoperturi jew ta’ mutwatarji għal monitoraġġ speċjali — lista ta’ sorveljanza.

271. Jenħtieġ li l - qafas tal - EWI jkun fih deskrizzjoni tar - rilevanza tal - indikaturi fir …

Jenħtieġ li l - qafas tal - EWI jkun fih deskrizzjoni tar - rilevanza tal - indikaturi fir -rigward tal-karatteristiċi tat - tranżazzjonijiet u tat - tipi ta’ mutwatarji, jew għal gruppi omoġenji ta’ portafolli, fejn xieraq.

272. Sabiex jiġi identifikat event EWI skattat fil - livell ta’ grupp individwali ta’ skoperturi …

Sabiex jiġi identifikat event EWI skattat fil - livell ta’ grupp individwali ta’ skoperturi, ta’ portafolli, ta’ subportafolli jew ta’ mutwatarji, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet japplikaw monitoraġġ aktar frekwenti u, meta jkun meħtieġ, jikkunsidraw li jqegħduhom f’lista ta’ sorveljanza u li jwettqu miżuri predefiniti u azzjonijiet ta’ mitigazzjoni. Jenħtieġ li l - monitoraġġ ta’ din il - lista ta’ sorveljanza jwassal sabiex rapporti speċifiċi jiġu rieżaminati b’mod regolari mill -kap tal- funzjoni ta’ ġestjoni tar - riskji, mill - kapijiet t al- funzjonijiet involuti fl - għoti ta’ kreditu u mill -korp maniġerjali.

273. Meta l - azzjonijiet jinkludu interazzjoni mal - mutwatarju, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet …

Meta l - azzjonijiet jinkludu interazzjoni mal - mutwatarju, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu ċ - ċirkostanzi individwali tagħhom. Jenħtieġ li l - livell ta’ kuntatt u ta’ komunikazzjoni ma l-mutwatarju waqt diffikultajiet ta’ pagament ikun proporzjonat għar - rekwiżiti ta’ informazzjoni, kif iddefiniti fil -Linji Gwida tal- EBA dwar l - arretrati u l - preklużjoni.

274. Bħala parti mill - monitoraġġ kontinwu tagħhom tar - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …

Bħala parti mill - monitoraġġ kontinwu tagħhom tar - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw is - sinjali ta’ deterjorament tal - kwalità tal - kreditu li ġejjin:

  • a. eventi makroekonomiċi negattivi (inklużi iżda mhux limitati għall - iżvilupp ekonomiku, tibdiliet fil - leġiżlazzjoni u theddidiet teknoloġiċi għal industrija) li jaffe ttwaw il-profittabbiltà futura ta’ industrija, ta’ segment ġeografiku, ta’ grupp ta’ mutwatarji jew ta’ mutwatarju korporattiv individwali, kif ukoll ir - riskju akbar ta’ qgħad għal gruppi ta’ individwi;
  • b. tibdiliet avversi magħrufa fil - pożizzjoni finanzjarja tal- mutwatarji, bħal żieda sinifikanti fil - livelli tad - dejn jew żidiet sinifikanti fil - proporzjonijiet tas - servizz tad - dejn;
  • c. tnaqqis sinifikanti fil - fatturat jew, b’mod ġenerali, fil - fluss ta’ flus kontanti rikorrenti (inkluż it - telf ta’ kuntratt/klijent/inkwilin maġġuri);
  • d. tiċkin sinifikanti tal - marġini operatorji jew tal - introjtu;
  • e. devjazzjoni sinifikanti fil - qligħ reali mit - tbassir jew dewmien sinifikanti fil -pjan ta’ direzzjoni tan - negozju ta’ proġett jew ta’ investiment;
  • f. tibdiliet fir -r iskju ta’ kreditu ta’ tranżazzjoni li jwasslu sabiex t - termini u l - kundizzjonijiet ikunu ferm differenti li kieku t - tranżazzjoni toriġina jew tinħareġ mill - ġdid fid -data ta’ rapportar (bħal ammonti miżjuda ta’ kollateral jew ta’ garanziji meħtieġa, jew kop ertura ta’ introjtu rikorrenti ogħla tal - mutwatarju);
  • g. tnaqqis sinifikanti attwali jew mistenni fil - klassifikazzjoni tal - kreditu esterna tat - tranżazzjoni prinċipali, jew f’indikaturi oħra tas - suq estern tar - riskju ta’ kreditu għal tranżazzjoni partikolari jew għal tranżazzjoni simili bl - istess ħajja mistennija;
  • h. tibdiliet fil - kundizzjonijiet ta’ aċċess għas - swieq, deterjorament fil - kundizzjonijiet ta’ finanzjament jew tnaqqis magħruf fl - appoġġ finanzjarju pprovdut minn partijiet terzi lill- mutwatarju;
  • i. tnaqqis fir - ritmu tan - negozju jew tendenzi avversi fl - operazzjonijiet tal - mutwatarju li jistgħu jikkawżaw tibdil sinifikanti fil - kapaċità tal - mutwatarju li jissodisfa l -obbligi tad-dejn tiegħu;
  • j. żieda sinifikanti fil - volatilità ekonomika jew tas - suq li jista’ jkollha impatt negattiv fuq il- mutwatarju;
  • k. għal tranżazzjonijiet garantiti b’kollateral, deterjorament sinifikanti tal - proporzjon tal - ammont tagħhom għall - valur tal - kollateral minħabba żviluppi mhux favorevoli fil - valur tal- kollateral, jew l - ebda tibdil jew żieda fl - ammont pendenti minħabba t - termini ta’ pagament stabbiliti (bħal perjodi ta’ grazzja estiżi għal pagamenti tal - kapital, pagamenti rateali li jiżdiedu jew flessibbli, termini estiżi);
  • l. żieda sinifikanti fir - riskju ta’ kreditu fuq tranżazzjonijiet oħra tal - istess mutwatarju jew tibdiliet sinifikanti fl - imġiba tal - ħlas mistennija tal - mutwatarju, meta magħrufa;
  • m. żieda sinifikanti fir - riskju ta’ kreditu minħabba żieda fid - diffikultajiet tal - grupp li għalih jappartjeni l - mutwatarju, bħal residenti ta’ żona ġeografika speċifika, jew żviluppi mhux favorevoli sinifikanti fil - prestazzjoni tas - settur tal - attività ekonomika tal - mutwatarju jew żieda fid - diffikultajiet fil - grupp ta’ mutwatarji relatati li jappartjeni għalihom il - mutwatarju;
  • n. azzjoni legali magħrufa li tista’ taffettwa b’mod sinifikanti l - pożizzjoni finanzjarja tal - mutwatarju;
  • o. it- twassil tard ta’ ċertifikat ta’ aderenza, talba għal eżenzjoni jew ksur fir -rigward tal-pattijiet, tal - anqas fir -rigward tal- patti finanzjarji, jekk applikabbli;
  • p. migrazzjonijiet negattivi tal - grad ta’ kreditu/tal - klassi ta’ riskju tal - istituzzjoni - interni fil - portafoll ta’ kreditu aggregat jew f’portafolli/segmenti speċifiċi;
  • q. tnaqqis attwali jew mistenni intern fil - klassifikazzjoni tal - kreditu/fil - klassifikazzjoni tar - riskju għat - tranżazzjoni jew għall - mutwatarju jew tnaqqis fl - evalwazzjoni tal - imġiba użat għall - valutazzjoni interna tar - riskju ta’ kreditu;
  • r. tħassib imqajjem fir -rapporti mill- awdituri esterni tal - istituzzjoni jew tal - mutwatarju;
  • s. faċilità waħda jew aktar relatat a mal- mutwatarju li qabżet it - 30 jum mid -data ta’ skadenza.

8.5.1 Proċess ta’ segwitu u ta’ eskalazzjoni fuq EWIs skattati

275. Meta jiġi skattat EWI għal monitoraġġ aktar mill - qrib u għal investigazzjoni ulterjuri …

Meta jiġi skattat EWI għal monitoraġġ aktar mill - qrib u għal investigazzjoni ulterjuri, jenħtieġ li tittieħed azzjoni immedjata f’konformità mal - politiki u mal - proċeduri tal - istituzzjoni, kif previst fit - Taqsima 4.3 ta’ dawn il- linji gwida. Jenħtieġ li l - funzjonijiet deżinjati jwettqu analiżi sabiex jivvalutaw il - gravità tal - event skattat u sabiex jipproponu azzjoni u segwitu xierqa. Jenħtieġ li din l - analiżi, mingħajr dewmien żejjed, tiġi ppreżentata lill - persuni rilevanti li jieħdu d- deċiżjonijiet ta’ kreditu li jkunu magħżula skont il -p olitika u l - proċeduri.

276. Jenħtieġ li l - persuni rilevanti li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu jiddeċiedu dwar il - …

Jenħtieġ li l - persuni rilevanti li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu jiddeċiedu dwar il - passi xierqa li jkun imiss fuq il - bażi tal - analiżi msemmija hawn fuq u ta’ informazzjoni rilevanti oħra aċċessibbli. Jenħtieġ li d - deċiżjoni tkun iddokumentata u jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill - partijiet rilevanti tal - istituzzjoni għal azzjoni u għal segwitu.

277. Jenħtieġ li l - iskattar ta’ EWIs iwassal għal żieda fil - frekwenza fil - proċess ta’ …

Jenħtieġ li l - iskattar ta’ EWIs iwassal għal żieda fil - frekwenza fil - proċess ta’ rieżami, inklużi diskussjonijiet u deċiżjonijiet minn dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu, u ġbir aktar intensiv ta’ informazzjoni mingħand il - mutwatarju. Jenħtieġ li l - informazzjoni miġbura tkun biżżejjed sabiex issostni rieżamijiet ta’ kreditu aktar frekwenti tal - mutwatarji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/