+7 Qafas organizzazzjonali f’kuntest ta’ grupp
---+83. Dawn l-istrutturi u l- attivitajiet, inkluż il - konformità tagħhom mal - leġiżlazzjoni u ma’ …
---+84. L- istituzzjonijiet għandhom jieħdu l - istess miżuri ta’ ġestjoni tar - riskju bħal fil - każ …
---+85. Skont l-Artikolu 109(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, impriżi prinċipali u sussidjarji soġġetti …
---+86. Il- korp ta’ ġestjoni ta’ sussidjarja li huwa soġġett għad -Direttiva 2013/36/UE għandu jadotta …
---+87. Fil-livell konsolidat u dak subkonsolidat, l- istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li l - …
---+88. Istituzzjoni konsolidanti għandha tqis l -interessi tas- sussidjarji kollha tagħha, u l -mod …
---+89. L- impriżi prinċipali u s - sussidjarji tagħhom għandhom jiżguraw li l -istituzzjonijiet u …
---+90. L- istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi, u li …
|
7 Qafas organizzazzjonali f’kuntest ta’ grupp
7 Qafas organizzazzjonali f’kuntest ta’ grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
83. Dawn l-istrutturi u l- attivitajiet, inkluż il - konformità tagħhom mal - leġiżlazzjoni u ma’ …
|
Dawn l-istrutturi u l- attivitajiet, inkluż il - konformità tagħhom mal - leġiżlazzjoni u ma’ standards professjonali, għandhom ikunu soġġetti għal rieżami regolari mill - uffiċċju tal -awditjar intern abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq ir -riskju.
|
|
84. L- istituzzjonijiet għandhom jieħdu l - istess miżuri ta’ ġestjoni tar - riskju bħal fil - każ …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jieħdu l - istess miżuri ta’ ġestjoni tar - riskju bħal fil - każ tal -attivitajiet kummerċjali propji tal -istituzzjoni meta jw ettqu attivitajiet atipiċi jew mhux trasparenti għall - klijenti (eż. jgħinu lill - klijenti jistabbilixxu veikoli f’ġurisdizzjonijiet offshore, jiżviluppaw strutturi kumplessi, jiffinanzjawlhom tranżazzjonijiet jew jipprovdulhom servizzi fiduċjarji) li joħolq u sfidi simili ta’ governanza interna u joħolqu riskji operazzjonali u reputazzjonali sinifikanti. B’mod partikolari, l- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw ir - raġuni għaliex il - klijent irid jistabbilixxi struttura partikolari.
|
|
85. Skont l-Artikolu 109(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, impriżi prinċipali u sussidjarji soġġetti …
|
Skont l-Artikolu 109(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, impriżi prinċipali u sussidjarji soġġetti għal dik id- direttiva għandhom jiżguraw li l - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi ta’ governanza jkunu konsistenti u integrati tajjeb fuq bażi konsolidata u subkonsolidata. Għal dan il - għan, l - impriżi prinċipali u s -sussidjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali għandhom jimplimentaw tali arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi fis - sussidjarji tagħhom li mhumiex soġġetti għad -Direttiva 2013/36/UE, inklużi dawk stabbiliti f’pajjiżi terzi, inkluż f’ċentri finanzjarji offshore, biex jiġu żgurati arranġamenti robusti ta’ governanza fuq bażi konsolidata u subkonsolidata. Fir-rigward tar- rekwiżiti ta’ remunerazzjoni japplikaw xi eċċez zjonijiet f’konformità mal-Artikolu 109(4) u (5)25 . Il- funzjonijiet kompetenti fi ħdan l - istituzzjoni konsolidanti u fis- sussidjarji tagħha għandhom jinteraġixxu u jiskambjaw data u informazzjoni kif xieraq. L - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi ta’ governanza għandhom jiżguraw li l - istituzzjoni konsolidanti jkollha data u informazzjoni suffiċjenti u tkun tista’ tivvaluta l-profil tar- riskju għall -grupp kollu, kif spjegat fit- Taqsima 6.2.
25 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni
|
|
86. Il- korp ta’ ġestjoni ta’ sussidjarja li huwa soġġett għad -Direttiva 2013/36/UE għandu jadotta …
|
Il- korp ta’ ġestjoni ta’ sussidjarja li huwa soġġett għad -Direttiva 2013/36/UE għandu jadotta u jimplimenta fuq il -livell individwali l- politiki ta’ governanza applikabbli għall -grupp kollu stabbiliti fil-livell konsolidat jew subkonsolidat, b’mod konformi mar- rekwiżiti speċifiċi kollha skont il- liġi nazzjonali u d -dritt tal-UE.
|
|
87. Fil-livell konsolidat u dak subkonsolidat, l- istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li l - …
|
Fil-livell konsolidat u dak subkonsolidat, l- istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li l - istituzzjonijiet u l- entitajiet kollha fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali, inkluż is - sussidjarji tagħhom li mhumiex soġġetti għad -Direttiva 2013/36/UE jaderixxu mal - politiki ta’ governanza u l- qafas ta’ kontroll intern għall -grupp kollu kif imsemmi fit-Titolu V. Meta timplimenta politiki ta’ governanza, l- istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li jkun hemm arranġamenti robusti ta ’ governanza fis- seħħ għal kull sussidjarja u tqis arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi speċifiċi fejn l - attivitajiet kummerċjali ma jkunux organizzati f’entitajiet ġuridiċi separati iżda f’matriċi ta’ linji operatorji li tinkludi diversi entitajiet ġuridiċ i.
|
|
88. Istituzzjoni konsolidanti għandha tqis l -interessi tas- sussidjarji kollha tagħha, u l -mod …
|
Istituzzjoni konsolidanti għandha tqis l -interessi tas- sussidjarji kollha tagħha, u l -mod kif l-istrateġiji u l - politiki jikkontribwixxu għall -interess ta’ kull sussidjarja u l-interess tal-grupp kollu fit-tul.
|
|
89. L- impriżi prinċipali u s - sussidjarji tagħhom għandhom jiżguraw li l -istituzzjonijiet u …
|
L- impriżi prinċipali u s - sussidjarji tagħhom għandhom jiżguraw li l -istituzzjonijiet u l-entitajiet fi ħdan il -grupp jikkonformaw mar- rekwiżiti regolatorji speċifiċi kollha fi kwalunkwe ġurisdizzjoni rilevanti.
|
|
90. L- istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi, u li …
|
L- istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi, u li huma inklużi fil- kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali, jkollhom arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi ta’ governanza fis - seħħ li huma konsistenti mal - politiki ta’ governanza għall -grupp kollu u jikkonformaw mar- rekwiżi ti tal-Artikoli 74 sa 96 tad-Direttiva 2013/36/UE u ma’ dawn il- linji gwida, sakemm dan ma jkunx illegali skont il - liġijiet tal - pajjiż terz.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|