|
+Linja Gwida 5: Valutazzjoni kwalitattiva tal - eżiti tat -testijiet u tar-reżiljenza tal -SGD |
Linja Gwida 5: Valutazzjoni kwalitattiva tal - eżiti tat -testijiet u tar-reżiljenza tal -SGDSistema ta’ valutazzjoni għal indikaturi individwali 5.1 Meta jikklassifikaw ir- reżiljenza tagħhom fir -rigward tal- indikaturi differenti inklużi f’dawn il -linji gwida, l- SGD għandhom jużaw is - sistema ta’ valutazzjoni li ġejja. 5.2 Peress li l- għan tal -ittestjar tal-istress huwa doppju, il-valutazzjoni tar- reżiljenza tal -SGD u l-identifikazzjoni tan- nuqqasijiet jew “oqsma għal titjib” sabiex jittejbu s -sistemi tal-SGD, huwa mistenni u milqugħ li SGD tidentifika tali oqsma għal titjib meta twettaq l - eżerċizzji tagħha tat - test tal- istress. Għalhekk, l - SGD għandhom jirrapportaw, meta jappli kaw indikaturi individwali, punteġġ kwalitattiv mill - kategoriji differenti li ġejjin: 1) L-SGD ma identifikat l- ebda qasam jew għadd żgħir ta’ oqsma għal titjib u dawn l - oqsma x’aktarx ma jaffettwawx il - kapaċità tal - SGD li twettaq il - kompiti tagħha skont il - kundizzjonijiet tad-DSGD. 2) L- SGD identifikat għadd sinifikanti ta’ oqsma għal titjib, iżda oqsma bħal dawn għal titjib x’aktarx ma jaffettwawx il - kapaċità tal - SGD li twettaq il - kompiti tagħha skont il - kundizzjonijiet tad- DSGD, peress li, pereżempju, tali nuqqasijiet huma iżolati u/jew jistgħu jiġu indirizzati faċilment fil -punt ta’ falliment. 3) L- SGD identifikat għadd baxx ta’ oqsma għal titjib, madankollu, oqsma bħal dawn għal titjib jaffettwaw il- kapaċità tal - SGD li twettaq il - kompiti tagħha skont il -kundizzjonijiet tad- DSGD (għalhekk, l - SGD għandha tindika liema miżuri ttieħdu jew huma skedati fil - futur qrib u kwalunkwe eżitu li jirriżulta minn testijiet ta’ segwitu). 4) L- SGD identifikat għadd sinifikanti ta’ oqsma għal titjib, u oqsma bħal dawn għal titjib jaffettwaw il- kapaċità tal - SGD li twettaq il - kompiti tagħha skont il -kundizzjonijiet tad-DSGD(għalhekk, l - SGD għandha tindika liema miżuri ttieħdu jew huma skedati fil -futur qrib u kwalunkwe eżitu li jirriżulta minn testijiet ta’ segwitu). 5.3 Il- punteġġi kwalitattivi jenħtieġ li jiġu ssupplimentati minn żviluppi kwantitattivi u spjegazzjonijiet li jiġġustifikaw ir - riżultat irrapportat meta mitlub mill -mudell tar-rapportar. Minn indikaturi individwali għar - reżiljenza tal - SGD fil - kisba tal - funzjonijiet legali tagħh a 5.4 Meta jikklassifikaw ir- reżiljenza tagħhom fir -rigward tal-funzjonijiet legali vvalutati fit-testijiet ewlenin, l- SGD għandhom jużaw is - sistema ta’ valutazzjoni li ġejja. 5.5 L- SGD għandhom jirrapportaw, għal kull test ewlieni, jekk jivvalutawx lilhom infushom bħala “suffiċjentement reżiljenti” jew “insuffiċjentement reżiljenti”.
5.6 L- SGD għandhom jissupplimentaw din il -valutazzjoni perme zz ta’ spjegazzjonijiet li jiġġustifikaw ir- riżultati tar -rapportar. 5.7 Jekk SGD ikollha mandat legali biex twettaq ċertu kompitu skont id - DSGD, iżda ma wettqitx ċertu test ewlieni applikabbli għall -SGD, l- SGD għandha tirrapporta dan billi timla “qasam mhux ittestjat” fil- qasam rilevanti tal -mudell ta’ rapportar u tispjega r- raġunijiet għaliex ma tivvalutax l- qasam. Sistema ta’ valutazzjoni għar - reżiljenza ġenerali 5.8 Meta jikklassifikaw ir- reżiljenza ġenerali tagħhom, l - SGD għandhom jużaw is -sistema ta’ valutazz joni li ġejja. 5.9 L- SGD għandhom jirrapportaw jekk ir - reżiljenza ġenerali fil -kisba tal- mandat legali sħiħ tagħha hijiex “Suffiċjentement reżiljenti” jew “Insuffiċjentement reżiljenti”:
5.10 L- SGD għandhom jissupplimentaw din il -valutazzjoni permezz ta’ spjegazzjonijiet li jiġġustifikaw ir - riżultati tar -rapportar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|