|
4.1 It-testijiet tal- istress għandu jkollhom l- għan li jivvalutaw ir - reżiljenza tal - SGD, billi jkopru żewġ oqsma ta’ riskju ewlenin: - (i) riskji operazzjonali, jiġifieri riskji li l - SGD ma tistax tissodisfa l - obbligi tagħha minħabba proċessi interni inadegwati jew falluti, persunal u sistemi inadegwati; u
- (ii) riskji ta’ finanzjament, jiġifieri riskji li s -sorsi ta’ finanzjament previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/49/UE (kontribuzzjonijiet regolari, kontribuzzjonijiet straordinarji u arranġamenti ta’ finanzjament alternattiv) mhumiex biżżejjed sabiex ji ppermettu lill-SGD tissodisfa r- responsabbiltajiet potenzjali tagħha jew li tissadisfahom fil - perjodi ta’ żmien meħtieġa mil - liġi nazzjonali jew mid -dritt tal-Unjoni.
4.2 It-testijiet tal- istress għandhom ikopru stadji operazzjonali varji ta’ intervent tal -SGD, li jvarjaw mill- ippjanar ta’ qabel il - falliment għal preparazzjoni waqt il - falliment, għal eżekuzzjoni ta’ intervent, inkluż ħlas lura, kontribuzzjoni għal riżoluzzjoni, eċċ. Huma għandhom mill - inqas ikejlu l-indikaturi stabbiliti f’din il-linja gwida. 4.3 Kapaċitajiet operazzjonali u ta’ finanzjament għandhom jiġu ttestjati taħt it - testijet ġenerali deskritti fil-Linja Gwida 3. Barra minn hekk, l- SGD għandhom iwettqu eżerċizzji mmirati ta’ kontrolli regolari tal-fajls SCV tal-istituzzjonijiet membri kollha m atul ċiklu tal -ittestjar tal-istress. 4.4 Jekk SGD tiddeċiedi li tivvaluta aspetti addizzjonali li l - SGD qieset rilevanti għall -valutazzjoni tal-kapaċitajiet tagħha, minbarra l - aspetti li huma inklużi permezz tal -indikaturi f’dawn il-linji gwida, SGD tista’ tirrapporta dwar l- eżiti tat -testijiet ta’ dawn l-aspetti billi tinkludi indikaturi fuq inizjattiva proprja, awtożviluppati u l - eżiti fil -mudell tar-rapportar. Il-mudell ta’ rapportar se jkun fih taqsima magħżula għar -rapportar dwar dawn l-indikaturi. Kapaċitajiet operazzjonali 4.5 Testijiet tal-istress tal- SGD għandhom ikopru l - kapaċità tal - SGD li twettaq il - proċessi u mekkaniżmi involuti f’intervent, inkluż l - aċċess għad - data , il- persunal u riżorsi operazzjonali oħrajn, il -komunikazzjoni, is- sistemi ta’ ħlas, il- kejl taż - żmien, u kooperazzjoni transkonfinali. Aċċess għad - data 4.6 Aċċess għal data ta’ kwalità tajba dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu, depożitanti u depożiti għandha tkun ittestjata bħala kwistjoni ewlenija sabiex ikun żgurat li l -SGD ikunu ppreparati biex iwettqu l - kompiti tagħhom f’kull ħin. 4.7 L- SGD għandhom iwettqu żewġ tipi ta’ testi jiet fir-rigward tal- fajls SCV: - a. Valutazzjoni tal-kwalità tal-fajl SCV fil-kuntest ta’ test dwar ir- reżiljenza tal -SGD li jikkumpensaw lid- depożitanti fil - każ ta’ insolvenza tal -istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/49/UE (“funz joni ta’ ħlas lura”); u
- b. Valutazzjoni tal-kwalità tal-fajl SCV fil-kuntest ta’ testijiet regolari ta’ rutina b’mill-inqas l - istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati kollha li għandhom depożiti eliġibbli.
4.8 Għaż - żewġ tipi ta’ testijiet, il -linji gwida jipprovdu settijiet differenti ta’ indikaturi. L-SGD huma mitluba jirrapportaw separatament dwar it-testijiet regolari tal-fajl SCV fil-mudell tar-rapportar. 4.9 Fil- prinċipju, l - istituzzjonijiet membri kollha li għandhom depożiti eliġibbli għandhom ikunu soġġetti għal ittestjar regolari tal- fajls SCV. SGD tista’ tagħżel li ma tittestjax fajls SCV ta’ istituzzjonijiet membri li mhumiex dawk li jieħdu d - depożiti. Fil -mudell ta’ rapportar, l-SGD għandhom jirrapportaw in - numru ta’ istituzzjonijiet uniċi (i) li huma membri t al-SGD fil-mument tar-rapportar; (ii) li huma membri tal-SGD fil- ħin ta’ kull ċiklu tal -ittestjar tal-fajl SCV; u (iii) li għalihom ġew ittestjati fajls SCV. Fejn applikabbli, l - SGD għandhom jirrapportaw ir - raġuni(jiet) għad -differenza bejn in-numru ta’ is tituzzjonijiet uniċi ttestjati u n -numru ta’ istituzzjonijiet uniċi li huma membri tal - SGD fiż - żmien ta’ kull eżerċizzju, pereżempju minħabba li mhux l - istituzzjonijiet membri kollha huma dawk li jieħdu d - depożiti jew minħabba li kien hemm bidla fis- sħubij a matul is-sessjoni tal-ittestjar tal-fajl SCV. 4.10 Il-kwalità tal- fajls SCV ta’ istituzzjoni jistgħu jiġu ttestjati skont kampjun li jkopri subsett ta’ depożitanti, sakemm il -metodu ta’ kampjunar huwa ddeterminat mill- SGD, mhux mill - istituzzjoni, u sakemm il- kampjun huwa kbir u diversifikat biżżejjed sabiex ikun rappreżentattiv tal- ktieb ta’ depożiti eliġibbli tal - istituzzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad -dritt tal-SGD li jittestjaw fajls SCV sħaħ. Jekk intuża l -kampjunar, l- SGD għandhom jipprovdu fil-mudell ta’ rapportar ir- raġunijiet għall - użu ta’ tali approċċ u l - għadd medju ta’ depożitanti inklużi fil - kampjun bħala numru assolut u bħala proporzjon tad - depożitanti kollha. 4.11 Il-kwalità tal- fajls SCV għandha tiġi vvalutata b’rabta ma’ jekk hux se tipprovdi lill - SGD, f’każ ta’ falliment, bl- informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikomplu bl -intervent b’rabta ma’ depożitant, inkluż l -identità tad- depożitanti, id - dettalji ta’ kuntatt tagħhom, il -kontijiet li għandhom u l -ammonti korrispondenti, u l- ammonti ta’ depożiti eliġibbli u koperti. Għal dan il- għan, l - SGD għandhom jiddefinixxu l - kriterji għal fajl SCV validu jew invalidu (eż. data tal-identità mhux korretta, data mhux korretta tal -indirizz, data inkonsistenti għall -istess detentur tal-kont jew benefiċjarju, entrati duplikati, eċċ.) u jkejlu n -numru ta’ entrati invalidi fil-fajl SCV bħala sehem mir -rekords tal-istituzzjoni jew, fejn applikabbli, il-kampjun. 4.12 Minbarra l-identifikazzjoni tal- kriterji għal fajls SCV validi jew invalidi, l - SGD għa ndhom jikkunsidraw l- iżvilupp ta’ metodoloġija interna dwar kif jiġu vvalutati l - fajls SCV, li tistabbilixxi kriterji differenti ta’ klassifikazzjoni. Il- mudell ta’ rapportar jinkludi qasam li fih l -SGD tista’ tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-metodolo ġija li tapplika għall -valutazzjoni tal-fajls SCV fit-taqsima dwar it -testijiet regolari tal-fajl SCV. L- SGD għandhom jikkunsidraw li jikkondividu l - metodoloġija mal - istituzzjonijiet ta’ kreditu, sabiex jinfurmawhom dwar il -kriterji ta’ valutazzjoni u jipp rovdu inċentivi biex jaħdmu tajjeb. L - SGD għandhom jikkunsidraw ukoll li jinfurmaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar kemm kellhom prestazzjoni tajba fir-rigward tal-medja tal- industrija, sabiex jinċentivaw aktar titjib fost dawk li għandhom punteġġ taħt il - medja. L- EBA tħeġġeġ lill - SGD biex jiżviluppaw tali metodoloġija u biex jikkondividu sommarju tal- metodoloġija u l - eżiti ta’ livell għoli tal -prestazzjoni mal- istituzzjonijiet ta’ kreditu, għat - trasparenza u l- inkoraġġiment. 4.13 Meta jwettqu testijiet regolari ta’ fajls SCV, xi SGD jikkombinaw rieżamijiet desktop ta’ fajls SCV ma’ żjarat fuq il -post fl- istituzzjonijiet ta’ kreditu, li teħtieġ metodoloġija għar - rieżamijiet fuq il-post. Il- mudell ta’ rapportar se jinkludi qasam għall - SGD biex jirrapportaw d war il-mod kif iwettqu t -testijiet regolari tal-fajls SCV. Meta jirrapportaw lill-EBA, l- SGD għandhom jiddeskrivu l- motivaturi ewlenin dwar kif jitwettqu dawn it - testijiet (permezz ta’ rieżamijiet desktop ta’ fajls SCV u/jew żjarat fuq il -post). Dan jinklu di kif jintgħażlu l -istituzzjonijiet ta’ kreditu (kull istituzzjoni ta’ kreditu kull sena vs il- metodu bbażat fuq ir -riskju), kemm jekk id- data tal-fajl SCV tiġi mqabbla/ikkontrollata mad - data oriġinali fl - istituzzjoni ta’ kreditu (pereżempju permezz ta’ s pezzjonijiet fuq il -post), kemm jekk it- talbiet għal testijiet tal -fajl SCV isiru ad hoc jew jitħabbrux minn qabel, il -grad ta’ involviment tal-istituzzjoni ta’ kreditu fl-evalwazzjoni tal-kwalità (pereżempju permezz tal -involviment tal-awditur intern), kemm jekk l-awditur estern tal-istituzzjoni jkun involut kif ukoll jekk le, il-livell ta’ awtomatizzazzjoni tal-verifika tal-kwalità tal-fajls SCV permezz tal- użu ta’ mudelli ta’ data u punteġġi ta’ validazzjoni, u l - proċess ta’ segwitu mal-istituzzjoni ta’ kreditu jekk l- iżbalji jiġu identifikati. 4.14 Fejn tiġi osservata kwalità insuffiċjenti f’istituzzjoni, għandu jsir kontroll ta’ segwitu f’mill - inqas sentejn sabiex jiġi vvalutat il -progress. L- SGD jistgħu jaġġustaw dan il -perjodu ta’ sentejn fejn, b’kunsiderazzjoni tar- riżorsi umani u riżorsi oħrajn disponibbli, ikun meħtieġ li t - testijiet jiġu prijoritizzati f’istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn li jqajmu tħassib f’termini tal -kwalità tal-fajls SCV jew abbażi tal -valutazzjoni tar- riskju ġenerali tal -istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-SGD. 4.15 Fejn, skont il- liġi nazzjonali, hemm arranġamenti stabbiliti sabiex jiġu allokati, fuq bażi kontinwa, bilanċi għoljin temporanji (“THBs”) kif iddefinit fl -Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/49/UE jew kontijiet benefiċjarji kif re golati mill-Artikolu 7(3) ta’ dik id-Direttiva, dawk it- THBs għandhom ikunu inklużi fit -testijiet tal-fajl SCV. Din il- preskrizzjoni m’għandha tinvolvi l- ebda obbligu għall - SGD jew għall - istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati sabiex jitolbu informazzjoni m ingħand id - depożitanti bħala riżultat tat -test. 4.16 Għall -fini tat- twettiq tat -testijiet regolari ta’ rutina tal-fajls SCV, l- SGD għandhom jużaw l - indikaturi li ġejjin: i1: Il- ħin għall -kisba ta’ trażmissjoni ta’ fajls SCV validi, mill- ġurnata tat-talba inizjali lill-istituzzjoni ta’ kreditu affiljata (kwalitattiva u kwantitattiva) i2: Sehem ta’ fajls SCV validi u sehem ta’ entrati substandard f’fajls SCV validi (kwalitattivi u kwantitattivi) i3: Valutazzjoni tal-kwalità tal- arranġamenti stabbiliti għat -talba u l-kisba ta’ fajls SCV (kwalitattiva) i4: Valutazzjoni tal-kwalità tal- arranġamenti stabbiliti għall - analiżi tal -fajls SCV u l-koordinazzjoni mal- istituzzjonijiet ta’ kreditu rilevanti biex tintalab data addizzjonali/korrettiva meta tkun meħtieġa (kwalitattiva) 4.17 Meta jivvalutaw iż - żmien biex tinkiseb it - trażmissjoni tal -fajls SCV (indikatur i1), l-SGD għandhom, f’konformità mal - proċess ta’ ħlas lura tagħhom, jistabbilixxu l - iskadenza biex jirċievu fajls SCV ta’ kwalità suffiċjenti mill -istituzzjoni ta’ kreditu lill- SGD, sabiex iħallsu lura lid - depożitanti fi żmien sebat ijiem tax - xogħol. L - SGD għandhom jirrapportaw dwar din l -iskadenza f’għadd ta’ jiem meta jirrapportaw lill -EBA. Sussegwentement, l- SGD għandhom jivvalutaw kemm istituzzjonijiet ta’ kreditu kienu ka paċi jipprovdu fajls SCV ta’ kwalità suffiċjenti sa dik l - iskadenza. Meta jirrapportaw lill-EBA, l- SGD għandhom jirrapportaw dwar l -iskadenza, stabbilita mill- SGD, għas - sottomissjoni ta’ fajl SCV validu ta’ kwalità suffiċjenti biex l -SGD tkun tista’ twetta q għal ħlas lura fi żmien sebat ijiem tax - xogħol (jew jissodisfaw funzjonijiet oħra skont id- DSGD) li jiġi applikat f’testijiet regolari tal -fajl SCV. 4.18 Meta jirrapportaw lill-EBA dwar l-indikatur i1, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv u l-aspet ti kwantitattivi li ġejjin: - • il- ħin minimu, medju, massimu (f’sigħat jekk possibbli) għall - kampjun sħiħ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li fih l- fajls SCV tagħhom ġew ittestjati;
- • in- numru assolut u relattiv ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li ppreżentaw fa jls SCV validi sa dik l-iskadenza; u
- • jekk applikabbli, kemm-il fajl SCV intalab fl-aktar mument kmieni possibbli li fih l-SGD tkun tista’ titlob il- fajl SCV matul xenarju ta’ ħlas lura ta’ SGD (għalhekk “ ad hoc ”), u kemm ġew mitluba fajls SCV billi l -istit uzzjoni ta’ kreditu ġiet infurmata bil - quddiem li kienet se tirċievi talba biex tissottometti fajl SCV lill -SGD fil- futur qrib (“b’avviż minn qabel”), u jekk kienx hemm differenzi fiż - żmien biex tinkiseb it - trażmissjoni tal -fajls SCV f’dawk il- każijiet.
4.19 Meta jivvalutaw l-indikatur i2, l- SGD għandhom, f’konformità mal - proċess ta’ ħlas lura u r - rekwiżiti tal - fajl SCV tagħhom, jiddefinixxu meta fajl SCV ma jkunx ta’ kwalità suffiċjenti (fajl SCV invalidu), sabiex jirrimborżaw lid - depożitanti fil - ħin u b’mod ko rrett, li jinvolvi li l-fajl SCV jiġi miċħud mill - SGD u li jwassal għal talba lill - istituzzjoni ta’ kreditu għal sottomissjoni ġdida. L- SGD għandhom jiddefinixxu wkoll il - kunċett ta’ “entrata substandard”, billi jispeċifikaw meta l-entrati fil-fajls SCV ji stgħu jitqiesu bħala “substandard”, meta jitqies li entrata substandard ma twassalx għal ċaħda tal - fajl SCV u ma tipperikolax il -kumpens tad- depożitanti fi żmien xieraq. Sussegwentement, l - SGD għandhom jivvalutaw kemm istituzzjonijiet ta’ kreditu kienu kap aċi jipprovdu fajls SCV ta’ kwalità suffiċjenti, u barra minn hekk, is -sehem ta’ entrati substandard kemm għall - fajls SCV invalidi kif ukoll għall -fajls SCV validi. Meta jirrapportaw lill-EBA, l- SGD għandhom jiddeskrivu l - aspetti li ġejjin: - a. id-definizzjoni ta’ “fajls SCV invalidi” u “fajls SCV validi”; u
- b. id-definizzjoni ta’ entrati substandard, kif stabbilita mill-SGD.
4.20 Meta jirrapportaw lill-EBA dwar l-indikatur i2, l- SGD għandhom jirrapportaw l - aspetti li ġejjin: - • l- għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li setgħu jwasslu fajls SCV validi f’sessjoni ta’ ttestjar ta’ fajls SCV (f’numri assoluti u s-sehem relattiv ta’ istituzzjonijiet ittestjati); u
- • is-sehem relattiv tal-entrati substandard u l-minimu, il-massimu u l-medja ta’ dawn l-ishma f’kull ċiklu tal -ittestjar tal- fajl SCV għal kull fajl SCV invalidu u għal kull fajl SCV validu.
4.21 Fl-indikaturi i3 u i4, l- “arranġamenti fis - seħħ” jistgħu jkunu magħmula, inter alia , minn: - • regolamenti, rekwiżiti, linji gwida li jagħtu lill - SGD setgħat ta’ infurzar legali biex jiksbu fajls SCV;
- • regolamenti, rekwiżiti, linji gwida, u/jew mudelli tad - data li jispeċifikaw il -kontenut tal-fajls SCV u r- rekwiżiti tad - data (tekniċi) tal -fajls SCV;
- • kanali ta’ komunikazzjoni użati biex jinkisbu l - fajls SCV mingħand, u l -iskambju ta’ informazzjoni ma’, istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati; u
- • mezzi ta’ trażmissjoni għat -trasferiment ta’ fajls SCV bejn l-SGD u istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati.
4.22 Il-valutazzjoni tal- kwalità ta’ tali arranġamenti fis - seħħ tista’ tkun ibbażata fuq evalwazzjoni desktop ta’ tali arranġamenti jew simulazzjoni tat - tħaddim tal - arranġamenti fil -prattika jew kombinazzjoni tat-tnejn. Meta jirrapportaw dwar ir- riżultati, l - SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv u jindikaw it - tip ta’ eżerċizzju mwettaq biex titwettaq il -valutazzjoni tal-kwalità. 4.23 Għall -fini tal-ittestjar tal-kisba ta’ fajls SCV fil-kuntest ta’ test tal- funzjoni ta’ rimborż, l -SGD għandhom jużaw biss l -indikatur i3 imsemmi hawn fuq: i3: Valutazzjoni tal-kwalità tal- arranġamenti stabbiliti għat -talba u l-kisba ta’ fajls SCV (kwalitattiva) Informazzjoni dwar problemi skoperti f’istituzzjoni ta’ kreditu li aktarx se jagħtu lok għall - intervent ta’ SGD 4.24 L- SGD għandhom jivvalutaw l - arranġamenti stabbiliti għall -kisba, kif previst fl-Artikolu 4(10) tad-Direttiva 2014/49/UE, ta’ informazzjoni dwar problemi skoperti f’istituzzjoni ta’ kreditu li aktarx se jagħtu lok għal intervent ta’ SGD. F’dan ir - rigward dawn għandhom jivvalutaw jekk dawn l- arranġamenti hux se jippermettu biżżejjed informazzjoni bikrija, pereżempju fejn awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is - setgħat taħt l -Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/59/UE (intervent bikri) jew l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE P5F6 P (setgħat superviżorji) jew fejn awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni jiddeterminaw taħt l -Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE li istituzzjoni qed tfalli jew li aktarx se tfalli. 4.25 Għall -fini tal-ittestjar tal-kisba ta’ tali informazzjoni, l- SGD għandhom jużaw l - indikatur li ġej: i5: Il -kwalità tal- arranġamenti stabbiliti għall -kisba ta’ informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni dwar problemi skoperti f’istituzzjoni ta’ kreditu li jistgħu jagħtu lok għal intervent tal - SGD, inkluż jekk jiżgurawx li jirċievu informazzjoni f’waqtha dwar deterjorament bikri tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni (kwalitattiva) 4.26 Fl-indikatur i5, l- “arranġamenti fis - seħħ” jistgħu jkunu magħmula, inter alia , minn: - • il- liġi nazzjonali jew rekwiżiti oħra li jiżguraw l -iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-SGD u l-aw toritajiet kompetenti u/jew ta’ riżoluzzjoni;
- • l-istruttura ta’ governanza tal-SGD, jekk l- SGD tikkondividi oqsma komuni ta’ governanza mal- awtoritajiet kompetenti u/jew ta’ riżoluzzjoni; jew
- • memoranda ta’ qbil jew ftehimiet oħra bejn l -SGD, l-awtoritajiet kompetenti u/jew ta’ riżoluzzjoni; u
- • manwal ta’ kriżi jew manwal bejn l -SGD, l-awtoritajiet kompetenti u/jew ta’ riżoluzzjoni.
4.27 Il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ dawn l- arranġamenti fis - seħħ tista’ titwettaq billi tiġi simulata l - kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti fil-kuntest ta’ test ewlieni, billi jsir progress mal-awtoritajiet (pereżempju billi jiġu ttestjati l -kanali ta’ komunikazzjoni, il-governanza u l- proċess tat- teħid tad - deċiżjonijiet, u l - iskedi taż - żmien tal - kondiviżjoni tal -informazzjoni), jew billi titwettaq analiżi bbażata fuq l - uffiċċju tal -elementi msemmija fil-paragrafu 4.26 . Meta jwettqu rieżami bbażat fuq id -dokumentazzjoni, l- awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu infurmati bil - konklużjonijiet li jirriżu ltaw minn din il-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni jistgħu jkunu involuti wkoll fir - rieżami bbażat fuq id -dokumentazzjoni. Meta jirrapportaw lill-EBA dwar l-indikatur i5, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv, u jipprovdu deskrizzjoni ta’ kif it-testijiet ta’ dan il- qasam twettqu f’dik l -ispjegazzjoni. Persunal u riżorsi operazzjonali oħrajn 4.28 L- SGD għandhom jittestjaw, taħt it - testijiet ewlenin, jekk hux se jkollhom disponibbli għalihom ir- riżorsi meħtieġa sabiex ilaħħqu maż - żieda f’salt fl - attività kkawżata minn intervent, f’termini ta’ baġit, persunal, spazju tal - uffiċċju, tagħmir tal - IT, ċentri telefoniċi eċċ., inkluż billi jallokaw mill- ġdid riżorsi permanenti eżistenti jew jidħlu f’arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni temporanji. 4.29 Persunal eżistenti tfisser il -persunal intern impjegat jew sottokuntrattat mill- SGD f’xenarji ta’ negozju bħas - soltu. Tista’ tinkludi wkoll persunal mhux impjegat direttament mil l- SGD, iżda minn awtorità pubblika oħra fdata bil -funzjonijiet tal-SGD pprovduti mid-DSGD u l- BRRD. Baġit eżistenti tfisser il - baġit tal - SGD f’xenarji ta’ żamma tal - istatus quo . Bl-istess mod, ir- riżorsi eżistenti jistgħu jiġu definiti bħala r - riżorsi tal - SGD f’xenarji ta’ negozju bħas -soltu. 4.30 Persunal addizzjonali tfisser il- persunal meħtieġ għall -fini ta’ intervent ta’ SGD flimkien mal-persunal eżistenti. Persunal addizzjonali jinkludi, pereżempju, impjegati minn fornituri ta’ servizzi (esterni) u kollegi minn dipartimenti oħra jekk SGD tkun parti minn awtorità oħra (eż. awtorità kompetenti, awtorità ta’ riżoluzzjoni, bank ċentrali). Il - baġit addizzjonali jista’ jiġi definit bħala l - baġit meħtieġ għal intervent tal -SGD minbarra l- baġit eżistenti. Dan jinklu di dispożizzjonijiet magħmula mill -SGD fil- baġits tagħha matul xenarji rikorrenti għal intervent potenzjali. Riżorsi addizzjonali jfissru r - riżorsi meħtieġa flimkien mar - riżorsi eżistenti, għall -fini ta’ intervent ta’ SGD. Eżempji huma tagħmir addizzjonali tal- uffiċċju u tal - IT, spazju għall - uffiċċji u/jew spazju għas -server. 4.31 Valutazzjoni konklussiva f’dan ir- rigward m’għandhiex toqgħod esklussivament fuq żieda fil - baġit ipotetika, iżda għandha mill - inqas tirrifletti mekkaniżmi ta’ kontinġenza organizzati f i żminijiet tajba (eż. ftit forniment biex jiġi impjegat persunal fuq bażi temporanja). 4.32 Minħabba l -importanza tas-sistemi tat- teknoloġija tal -informazzjoni (IT) fit- twettiq tal - funzjonijiet tal-SGD, l- SGD għandhom jivvalutaw is -sigurtà tas-sistemi tal-IT t agħhom. B’mod partikolari, l- SGD għandhom jirrapportaw fil - qosor dwar il - konklużjonijiet ewlenin mill -awditi interni/esterni l- aktar reċenti disponibbli relatati mal -aspetti tas-sikurezza tal-IT jew kwalunkwe kwistjoni tal- IT li wieħed jiltaqa’ magħha matu l l- eżerċizzji tal -ittestjar tal-istress (jew każijiet fil - ħajja reali), b’enfasi partikolari fuq kwalunkwe dgħufija identifikata. 4.33 Għall -fini tal-ittestjar tal- persunal u riżorsi operazzjonali oħra, l - SGD għandhom jużaw l - indikaturi li ġejjin: i6: Adegwate zza tal- persunal eżistenti, baġit u riżorsi oħrajn li kieku jkunu disponibbli f’xenarju ta’ ħajja reali (kwantitattiva u kwalitattiva) i7: Adegwatezza ta’ persunal addizzjonali, baġit u riżorsi oħrajn li jistgħu jkunu disponibbli b’avviż ta’ żmien qasir meta meħtieġa (kwalitattiva u kwantitattiva) i8: Valutazzjoni tas -sigurtà tas-sistemi tal- IT li huma kruċjali għall - eżekuzzjoni tal -kompiti li għandhom mandat lill -SGD (kwalitattiva) 4.34 Meta jirrapportaw dwar l-indikaturi i6 u i7, l- SGD għandhom jirrapportaw dw ar l- eżiti li ġejjin: - • Kwalitattiv: għal kull kategorija (persunal, baġit, riżorsi oħra) punteġġ kwalitattiv li jindika l-adegwatezza.
- • Kwantitattiv: fejn applikabbli, l - għadd ta’ persunal (li jispeċifika jekk dan in -numru huwiex rapportat per capita jew f’t ermini ta’ ekwivalenti għal full -time), u lakuni fil-baġit u fir - riżorsi biex jitwettqu l -kompiti tal-SGD.
Komunikazzjoni ma’ depożitanti u l - pubbliku ġenerali 4.35 L- SGD għandhom jagħmlu valutazzjoni tal - proċessi ta’ komunikazzjoni li għandhom jiġu applikati fil- każ ta’ xenarju ta’ rimborż, bir - rieżami tal - istrateġija tal -komunikazzjoni u r- riżorsi. 4.36 Għall -fini tal-ittestjar tal-komunikazzjoni mad- depożitanti u l - pubbliku ġenerali, l -SGD għandhom jużaw l - indikaturi li ġejjin: i9: Il - ħin biex jiġu stabbiliti ċentri telefoniċi u siti web jew paġni web ad hoc (kwalitattiva u kwantitattiva) i10: Il - kapaċità ta’ siti web jew ċentri telefoniċi f’termini ta’ numru ta’ konnessjonijiet jew telefonati (kwalitattiva u kwantitattiva) 4.37 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i9, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv u jipprovdu informazzjoni kwantitattiva. Fil- każ tal - aħħar, l - SGD għandhom jużaw il - ħin tal - attivazzjoni tal- SGD bħala l -punt tat- tluq għall -kejl tal- ħin (t = 0). L - SGD għandhom jirrapportaw il- ħin f’għadd ta’ sigħat. 4.38 Meta jivvalutaw l-indikatur i10, l- SGD għandhom iqisu l - għadd ta’ depożitanti tal - istituzzjoni(jiet) ta’ kreditu ttestjata(ttestjati) u b’hekk in- numru ta’ żjarat u telefonati potenzjali fuq is -siti web. Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i10, l- SGD għandhom jirrapportaw in- numru ta’ depożitanti tal -istituzzjoni(jiet) ta’ kreditu ttestjata(ttestjati), jirrapportaw punteġġ kwalitattiv, jipprovdu informazzjoni kwantitattiva u r - riżultati kwantitattivi li ġejjin: - • Għas - siti web: l - għadd ta’ viżitaturi fis - siegħa.
- • Għaċ - ċentri telefoniċi: l - għadd ta’ telefonati deħlin li ċentru telefoniku jista’ jipproċessa f’siegħa. Strumenti ta’ ħlas
4.39 L- SGD għandhom jittestjaw il - kapaċità tagħhom li jimxu bil - ħlasijiet lid - depożitanti, jiġifieri li jittr asferixxu effettivament l - ammonti ta’ rimborż lid - depożitanti. 4.40 Għal dak il - għan, l - SGD għandhom jivvalutaw il -kwalità tal- proċessi eżistenti għall - ġbir tad - dettalji tal- ħlas (informazzjoni li hija meħtieġa biex isir ir - rimborż flimkien ma’ dak li huwa fil - fajl SCV), l- istrumenti ta’ ħlas disponibbli (eż. trasferimenti bankarji, ċekkijiet, kards imħallsa minn qabel), u fejn applikabbli l - kapaċità tagħhom li jħallsu lura d - depożitanti mhux residenti fl- UE u li jħallsu f’muniti barranin. Meta jagħmlu ġudizzji kwalitattivi, l- SGD għandhom iqisu dawn l-elementi, u jekk l- istrument(i) ta’ ħlas disponibbli humiex adegwati biex jirrimborżaw in- numru ta’ depożitanti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu b’għadd ta’ depożitanti ta’ mhux inqas mit - tieni kwart ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati. L- istituzzjoni magħżula għat - test m’għandhiex taqa’ fil -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27. 4.41 Ladarba l- SGD jirrieżaminaw il - proċessi varji u strumenti disponibbli, dawn għandhom jivverifikaw il- kapaċità tagħhom li japplikawhom malajr f’sitwazzjonijiet ta’ stress li jinvolvu numru kbir ta’ ħlasijiet. Sabiex jiġi vvalutat dan, l - SGD għandhom japplikaw waħda minn dawn li ġejjin għal żewġ xenarji aktar severi, li t - tnejn li huma għandhom jinvolvu numru ogħla ta’ ħlasijiet minn dawk taħt l -indikatur i11: - • Il- falliment simultanju ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu: kull istituzzjoni magħżula għandu jkollha numru ta’ depożitanti mhux inqas mit -tieni kwart ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati. Kull istituzzjoni magħżula m’għandhiex taqa’ fil -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27; jew
- • Il- falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda b’numru ta’ depożitanti mhux inqas mit - tielet kwart ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati. L- istituzzjoni magħżula m’għandhiex taqa’ fil -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27.
4.42 Għall -fini tal-ittestjar tal-istrumenti tal- ħlas, l - SGD għandhom jużaw l - indikaturi li ġejjin: i11: Ir - rieżami ta’ strumenti ta’ ħlas disponibbli għal xenarji ta’ ħlas (kwalitattiv u kwantitattiv) i12: Adegwatezza meta applikata għal għadd kbir ta’ ħlasijiet, kif definit fix - xenarji l -aktar severi pprovduti fil-linji gwida (kwalitattivi u kwantitattivi) 4.43 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i11, l- SGD għandhom: - • jqisu l -elementi deskritti fil-paragrafu 4.41 meta tipprovdi ġudiz zju kwalitattiv, billi tipprovdi kemm punteġġ kwalitattiv kif ukoll spjegazzjoni, fost l - oħrajn li tiġġustifika l - punteġġ u tispjega x - xenarju użat; u
- • jirrapportaw dwar in- numru ta’ depożitanti applikabbli għat - test taż - żona mkejla bl - indikatur i11 (kwantitattiv). 4.44 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i12, l- SGD għandhom jipprovdu punteġġ kwalitattiv akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv (kwalitattiv), it -tip ta’ xenarju sever magħżul u n - numru ta’ depożitanti applikabbli għat -test tal- qasam mkejjel mill - indikatur i12 (kwantitattiv).
Perjodu ta’ ħlas lura 4.45 L- SGD għandhom ikejlu ż - żmien mid -determinazzjoni tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad - depożiti sal-punt meta l- ammont mħallas lura għandu jkun disponibbli skont l -Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/49/UE u, abbażi ta’ dak, ikejlu kwalunkwe dewmien imqabbel mal -perjodi ta’ rimborż previsti skont l -Artikolu 8(2) sa 8(5) ta’ din id-Direttiva. 4.46 Għall -fini tal-ittestjar tal- perjodu ta’ ħlas lura, l - SGD għandhom jużaw l -indikaturi li ġejjin: i13: Għal xenarji ta’ ħlas lura, il - kapaċità tal - SGD li tagħmel l - ammont mħallas lura disponibbli sal- iskadenza applikabbli għall - ħlas lura, inkluż iż - żmien mid -determinazzjoni tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti saż - żmien meta l - ammont mħall as lura jsir disponibbli (kwalitattiv u kwantitattiv) i14: Għal THBs, il - kontijiet benefiċjarji, jew każijiet speċjali oħra, il -valutazzjoni tal-kwalità tal-proċeduri u r - riżorsi interni tal - SGD għall - ġbir u t -trattament tal-pretensjonijiet mid-depożitanti (kwalitattiva) 4.47 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i13, l- SGD għandhom jirrapportaw: - • punteġġ kwalitattiv, li jindika l - kapaċità tal - SGD li tagħmel l - ammont imħallas lura disponibbli fi żmien l - iskadenza applikabbli għall - ħlas lura, akkumpanjat minn spjegaz zjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv; u
- • iż - żmien biex l - ammont imħallas lura jsir disponibbli fl - għadd ta’ jiem tax - xogħol, u l - iskadenza applikabbli għall - ħlas lura jekk tiddevja mill -informazzjoni pprovduta fit-taqsima “Informazzjoni ġenerali” tal -mudell tar-rapportar (kwantitattiv).
4.48 Biex jivvalutaw iż - żona mkejla bl -indikatur i14, l- SGD għandhom jittestjaw il - proċessi interni tagħhom għar - rimborż ta’ każijiet speċjali bħal THBs, kontijiet benefiċjarji jew każijiet speċjali oħra. Meta tali każijiet ma jkunux allokati fil -fajls SCV, l- SGD għandhom jikkunsidraw ukoll li jissimulaw il- proċess ta’ rimborż u l - perjodu ta’ rimborż b’każijiet fittizji. Barra minn hekk, l - SGD għandhom jikkunsidraw l - użu ta’ fajls SCV jew data fittizja sabiex jikkwantifikaw il-perjodu ta’ żmien li fih dawn id - depożiti jiġu kkumpensati. Din il -valutazzjoni kwantitattiva fakultattiva tista’ tikkalkula ż - żmien li jkun għadda mid -determinazzjoni tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad - depożiti saż - żmien meta l - ammont imħallas lura jsir disponibbli, billi jitnaqqas iż - żmien li l -SGD kellha tistenna biex id - depożitant jew parti kkonċernta oħra jipprovdu lill -SGD bl-informazzjoni meħtieġa. 4.49 Jekk SGD tqis li każijiet “speċjali” għajr it -THBs u l- kontijiet benefiċjarji huma rilevanti biex jiġu vvalutati, SGD tista’ tittestja każijiet bħal dawn u tirrapporta dwarhom taħt l -indikatur i14. Il-valutazzjoni għandha tiffoka fuq ir - rieżami tal - proċessi interni tal -SGD. Barra minn hekk, l-SGD jistgħu jużaw data fittizja sabiex jikkwantifikaw il -perjodu ta’ żmien – f’jiem tax - xogħol – li fih dawn id- depożiti jiġu kkumpensati. Każijiet speċjali oħra huma depożiti jew depożitanti li jeħtieġu aktar attenzjoni u/jew trattament speċjali mill - SGD sabiex isir ħlas lura, pereżempju minħabba li l - SGD teħtieġ li tikseb informazzjoni speċifika jew minħabba li teħtieġ tiddevja mill - proċeduri normali ta’ ħlas lura b’mod ieħor. Każijiet speċjali bħal dawn jistgħu, pereżempju, jirriżultaw minn leġiżlazzjoni nazzjonali jew karatteristiċi speċifiċi ta’ prodotti offruti mi nn istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati. Meta jirrapportaw lill-EBA, l- SGD għandhom jipprovdu aktar informazzjoni jekk huma ttestjaw każijiet speċjali oħra. Kooperazzjoni transkonfinali (domestika -ospitanti) 4.50 Jekk l- SGD jaqdu rwol bħala SGD domestika jew SGD ospitanti skont l-Artikolu 14 tad-DSGD, l-SGD għandhom jittestjaw is -sistemi fis- seħħ għall - ħlas lura tad - depożitanti fil - fergħat stabbiliti mill- istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati tagħhom fi Stati Membri oħra. 4.51 L- SGD għandhom jikkunsi draw l- użu, fejn possibbli, ta’ approċċ ibbażat fuq ir -riskju meta jagħżlu ma’ liema SGD għandhom iwettqu test ta’ kooperazzjoni trankonfinali. Approċċ ibbażat fuq ir -riskju jfisser li l-SGD jivvalutaw ir-riskji u l-probabbiltà li jkollhom jikkooperaw ma’ ċ erti SGD sħab u f’liema rwol, abbażi tal - informazzjoni li hija disponibbli għall -SGD. Dan l- approċċ jista’ jkun aktar xieraq mill - użu tan - numru ta’ fergħat transkonfinali bħala l -uniku kriterju. Meta jirrapportaw lill-EBA, l- SGD għandhom jirrapportaw ma’ liema SGD sħab twettaq test u f’liema rwol (domestiku jew ospitanti), u jispjegaw l- approċċ ibbażat fuq ir - riskju użat biex tintgħażel l- SGD sħab. 4.52 L- SGD domestiċi u ospitanti għandhom jivvalutaw il - kapaċità tagħhom li jikkomunikaw ma’ xulxin b’mod effiċjenti u sikur. Għalhekk, l - SGD għandhom jivvalutaw il - kapaċità tagħhom li jaċċessaw u jiskambjaw id - data meħtieġa għar - rimborż. L -ewwel nett, l- SGD għandhom, fir - rwol tagħhom bħala SGD domestiċi, jivverifikaw li huma kapaċi jisiltu informazzjoni assenjata dwar il- fajl SCV u jipproduċu fajls ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas (PIFs) fuq depożitanti f’fergħat stabbiliti mill- istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati tagħhom fi Stati Membri oħra, wara li l -SGD domestiċi jkunu kisbu l -fajls SCV ta’ tali istituzzjonijiet ta’ kreditu. 4.53 L- SGD għandhom, fir - rwol tagħhom bħala SGD domestiċi, ikejlu ż - żmien meħud biex iħejju PIF(s) u jissottomettuhom lill-SGD tal-Istati Membri ospitanti sal-iskadenzi previsti fil-Linji Gwida tal-EBA dwar ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn skemi ta’ garanzija tad- depożiti skont id - Direttiva 2014/49/UE P6F7 P . 4.54 L- SGD għandhom, fir - rwol tagħhom bħala SGD domestiċi, jissottomettu PIF (kampjun) lill -SGD tal- Istati Membri ospitanti sabiex jittestjaw li l -kanali ta’ komunikazzjoni huma stabbiliti kif suppost. Sussegwentement, l- SGD ospitanti għandhom jivvalutaw il - PIFs riċevuti biex jivverifikaw jekk il- fajl fihx l - informazzjoni kollha meħtieġa biex isir ħlas u jipprovdu konferma lill-SGD domestika. 4.55 L- SGD domestiċi u ospitanti għandhom jivvalutaw il - mezzi għat - trażmissjoni ta’ fajls oħra minbarra l- PIF(s), bħal dokumenti ta’ komunikazzjoni u dokumenti ta’ sostenn meħtieġa biex jitwettqu żborżi f’każijiet kumplessi fiż - żewġ direzzjonijiet. 4.56 L- SGD għandhom jivvalutaw, fil - kapaċità tal -SGD ospitanti, il- kapaċità tagħhom li jikkomunikaw mad- depożitanti fil - fergħat u l - pubbliku ġenerali, speċifikament billi joħolqu dikjarazzjonijiet u informazzjoni għad - depożitanti individwali (pereżempju ittri għad - depożitanti jew mistoqsijiet u tweġibiet għall - persunal taċ - ċentru telefon iku). Peress li l-kapaċità ta’ komunikazzjoni mad - depożitanti titkejjel fil -kuntest tat-testijiet ewlenin tal-funzjoni ta’ ħlas lura (mingħajr ma tittieħed kooperazzjoni transkonfinali), il -valutazzjoni għandha tiffoka fuq l - aspetti speċifiċi għall -komunikazzjoni mad- depożitanti barranin fil - fergħat u l - pubbliku usa’ li jinsabu fi Stati Membri għajr l-SGD domestika . Għalhekk, peress li t - twaqqif ta’ ċentru telefoniku mill -SGD ospitanti huwa parti mill-indikaturi i9 u i10, dan l-aspett huwa għalhekk barra mi ll-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali valutazzjoni. 4.57 L- SGD domestiċi u ospitanti għandhom jivvalutaw il - mezzi għat - trażmissjoni tal -fondi bejniethom, pereżempju billi jissimulaw it -trasferiment attwali ta’ (parti minn) fondi lill-SGD sħab jew permezz ta’ rieżami bbażat fuq dokumentazzjoni tal - proċessi interni meħtieġa. F’każijiet fejn matul iċ - ċiklu kontinwu tal -ittestjar tal-istress, l- SGD użaw dan il -mezz ta’ trażmissjoni fil -kuntest tat-trasferimenti ta’ fondi bejn l-SGD meta istituzzjoni membru tbiddel l-af filjazzjoni tagħha P7F8 P , tali valutazzjoni tal- mezzi ta’ trażmissjoni hija fakultattiva. 4.58 L- SGD ma għandhomx jittestjaw il - kapaċitajiet tagħhom li jikkooperaw fuq bażi transkonfinali jekk ma kinux involuti bħala SGD domestika jew bħala SGD ospitanti skont l -Artikolu 14 tad-DSGD għal kwalunkwe waħda mir - raġunijiet li ġejjin: - • l- ebda istituzzjoni ta’ kreditu affiljata ma għandha fergħat fi Stat Membru ieħor u/jew fergħa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu tal -UE hija stabbilita fl-Istat Membru tal-SGD; u
- • il- pjan ta’ riżoluzzjoni tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati kollha b’fergħat fi Stati Membri oħra jipprevedi li għandha tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew li s - setgħa li jitniżżel jew jiġu konvertiti strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġi bbli rilevanti skont l-Artikolu 59 tal-BRRD għandha tiġi eżerċitata skont ix - xenarju rilevanti msemmi fl -Artikolu 10(3) tal-BRRD.
4.59 Għall -fini tal-ittestjar tal- kapaċitajiet tagħhom li jikkooperaw fuq bażi transkonfinali, l -SGD għandhom jużaw l -indikaturi li ġejjin: i15: Il - kapaċità li jirkupraw informazzjoni SCV u jipproduċu PIF(s) allokati dwar depożitanti f’fergħat stabbiliti mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati tagħhom fi Stati Membri oħrajn (kwalitattiva) i16: Żmien biex jiġu prodotti PIF(s), mit - trażmissjoni ta’ fajls SCV skont l -istituzzjoni (kwalitattiva u kwantitattiva) i17: Żmien għat - trażmissjoni tal -PIF(s) lill-awtoritajiet ospitanti, mit- trażmissjoni tal -fajls SCV skont l-istituzzjoni (kwalitattiva u kwantitattiva) i18: Valutazzjoni tal -kwa lità ta’ mezzi ta’ trażmissjoni tal -PIF(s) (kwalitattiva) i19: Valutazzjoni minn u konferma mill -SGD ospitanti li l- PIF(s) ikunu adegwati għar - rimborż tad - depożitanti (kwalitattiva) i20: Valutazzjoni tal -kwalità tal- mezzi ta’ trażmissjoni ta’ fajls għajr i l-fajl PIF (kwalitattiva) i21: Valutazzjoni tal -kwalità tal- kapaċità tal -SGD ospitanti, f’isem u f’kooperazzjoni mal-SGD domestika, li jikkomunikaw mad- depożitanti fil - fergħat u l - pubbliku ġenerali, speċifikament billi joħolqu dikjarazzjonijiet u informazzjoni għad - depożitanti individwali (kwalitattiva) i22: Valutazzjoni tal -kwalità tal- mezzi ta’ trażmissjoni tal - fondi meħtieġa għar - rimborż lid - depożitanti fil - fergħat mill -SGD ospitanti (kwalitattiva) i23: Il - kapaċità li jissodisfaw l -iskadenzi stipulati fil-Linji Gwida dwar l- arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn skemi ta’ garanziji tad- depożiti skont id -Direttiva 2014/49/UE (kwalitattiva u kwantitattiva) i24: Iż - żmien għat - trażmissjoni mill -SGD domestika lill-SGD ospitanti tal- fondi meħtieġa għall - ħlas lura lid- depożitanti fil - fergħat mill -SGD ospitanti (kwalitattiva u kwantitattiva) 4.60 Meta jirrapportaw dwar l-indikaturi i15, i16, i18, i19, i20, i21 u i22, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv. 4.61 Meta jirrapportaw dwar l-indikaturi i16 u i17, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv, akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv, u l - ħin f’sigħat, bl- użu tat - trażmissjoni tal -fajl SCV mis- CI bħala l -punt tat-t luq (t=0) (kwantitattiv). 4.62 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i21, l- SGD ospitanti għandhom jiffukaw fuq l -aspetti speċifiċi relatati mal - komunikazzjoni ma’ depożitanti barranin f’fergħat u l -pubbliku usa’ li jinsab fi Stati Membri għajr l -SGD domestika (me ta mqabbla mal -komunikazzjoni mad-depożitanti minn istituzzjoni ta’ kreditu li tinsab fl - istess Stat Membru bħall -SGD fil-kuntest ta’ xenarju ta’ ħlas lura mingħajr kooperazzjoni transkonfinali). 4.63 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i23, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv u ż - żmien f’jiem tax - xogħol (kwantitattiv). 4.64 Meta jivvalutaw iż - żona mkejla bl -indikatur i24, l- SGD domestiċi u ospitanti għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin biex j iddeterminaw l- iskadenza għat -trasferiment tal-fondi lill-SGD ospitanti. L- SGD għandhom jikkwantifikaw il - ħin kollu li jkun għadda: dan jinkludi ż - żmien għat - trasferiment tal-fondi mill- SGD domestika għall - SGD ospitanti u ż - żmien biex il -fondi jsiru disponibbli mill-SGD ospitanti lid- depożitanti. Ir - riżultati tal -applikazzjoni tal-indikatur i22 jistgħu jintużaw ukoll biex titwettaq din il -valutazzjoni. Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i24, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv li jindika jekk il - fondi ġewx trażmessi fi żmien dik l - iskadenza, akkumpanjati minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv, u jirrapportaw iż - żmien – f’jiem tax - xogħol – meħtieġ għat - trażmissjoni u l -iskadenza applikabbli għat - test li ġie miftiehem mal - SGD sħab (kwalitattiva u kwantitattiva). Kapaċitajiet ta’ finanzjament 4.65 Barra mill- kapaċitajiet operazzjonali, l - SGD għandhom jittestjaw l -adegwatezza tal-mezzi ta’ finanzjament tagħhom sabiex jissodisfaw l - obbligi ta’ ħlas tagħhom skont it -testijiet ewlenin. Adegwatezza tal-mezzi ta’ finanzjament 4.66 L-ewwel nett, l- SGD għandhom jivvalutaw l -adegwatezza tal-fondi ex ante (mezzi finanzjarji disponibbli), il-kontribuzzjonijiet ex post u l- arranġamenti alternattivi ta’ finanzjament disponibbli għal intervent tal- SGD għall - istituzzjonijiet membri kollha li x’aktarx ma jkunux soġġetti għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni skont il -paragrafu 3.27. Din il- valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l - aktar ammont rapportat riċenti ta’ depożiti koperti tal -istituzzjonijiet membri kollha f’ċertu punt ta’ żmien. Dan huwa eżerċizzju ta’ simulazzjoni (kalkolu). 4.67 Id- dipendenza fuq il -kontribuzzjonijiet ex post għandha tikkunsidra r -restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10(8) tad-Direttiva 2014/49/UE, inkluż jekk xi ħlasijiet tal -ist ituzzjonijiet jistgħux jiġu differiti bis- sħiħ jew parti minnhom abbażi li l - ħlasijiet jipperikolaw il - likwidità jew pożizzjoni ta’ solvenza tagħhom P8F9 P . Bl-istess mod l- SGD għandhom jikkunsidraw jekk il -kontribuzzjonijiet ex post straordinarji meħtieġa hux se jilħqu l -limitu annwali ta’ 0.5 % stipulat f’dik id-dispożizzjoni. Fejn dan mhuwiex il - każ, għandhom jieħdu deċiżjoni espliċita dwar jekk hux se jkunu kapaċi jgħollu l -limitu ta’ 0.5 %. 4.68 Dipendenza fuq arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi, bħal sel f jew linji ta’ kreditu minn partijiet terzi pubbliċi jew privati, għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni oġġettiva ta’ elementi magħrufa fil - ħin tat - test, bħal impenji ta’ self reċiproċi li jkunu saru permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni bil-miktub, li nji ta’ kreditu formali, eċċ. 4.69 Għall -fini tal-ittestjar tal-adegwatezza tal- mezzi ta’ finanzjament tagħhom, l - SGD għandhom jużaw l - indikaturi li ġejjin: i25: L -adegwatezza tal-fondi ex ante biex ikopru l - ħtieġa ta’ finanzjament għall -istituzzjonijiet membri tal- SGD li ma jaqgħux fil -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27 tal-linji gwida (irrapporta numru assolut u relattiv ta’ istituzzjonijiet b’nuqqas, u jekk applikabbli, in - nuqqas minimu, massimu u medju f’valur assolut u bħala sehem mill - ħtieġa ta’ finanzjament) (kwalitattiv u kwantitattiv) i26: L -adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet ex post biex ikopru l - ħtieġa ta’ finanzjament għall - istituzzjonijiet membri tal- SGD li ma jaqgħux fil -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27 tal-linji gwida u fejn il-fondi ex ante ma kinux suffiċjenti (irrapporta għadd assolut u relattiv ta’ istituzzjonijiet b’nuqqas, u jekk applikabbli, in - nuqqas minimu, massimu u medju f’valur assolut u bħala sehem mill - ħtieġa ta’ finanzjament) (kwalitattiv u kwantitattiv) i27: L -adegwatezza tal- arranġamenti alternattivi ta’ finanzjament biex ikopru l - ħtieġa ta’ finanzjament għall -istituzzjonijiet membri tal- SGD li ma jaqgħux fil -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27 tal-linji gwida u fejn il-fondi ex ante u l-kontribuzzjonijiet ex post m a kinux biżżejjed (irrapporta n - numru assolut u relattiv ta’ istituzzjonijiet b’nuqqas, u jekk applikabbli, in- nuqqas minimu, massimu u medju f’valur assolut u bħala sehem mill - ħtieġa ta’ finanzjament) (kwalitattiv u kwantitattiv) 4.70 Meta jirrapportaw dwar l-indikaturi i25, i26, i27, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv. Aċċess għall -mezzi ta’ finanzjament 4.71 It-tieni, l- SGD għandhom jivvalutaw il - qafas ta’ governanza u l - proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet biex jiksbu l - finanzjament meħtieġ għal intervent tal -SGD. L- SGD għandhom jivvalutaw ukoll il- kapaċità tagħhom li jaċċessaw fondi ex ante , billi jillikwidaw l-assi investiti, sal- iskadenza applikabbli għall -intervent. 4.72 F’dan ir-rigwa rd, għax - xenarji ta’ ħlas lura tal -SGD, it- test għandu jikkunsidra l -ammonti li effettivament ikunu disponibbli fil- perjodu ta’ ħlas lura. Għal xenarji oħra ta’ intervent, l -SGD għandhom jiddeterminaw il - perjodu applikabbli għall - kontribuzzjoni għal interventi bħal dawn. Għax - xenarji kollha, dan jimplika valutazzjoni tal -likwidità tal-mezzi finanzjarji disponibbli investiti u impenji ta’ ħlas, inkluż taħt stress tas - suq. L - SGD għandhom jittestjaw il - likwidazzjoni tal- assi tagħhom, jew l - ammont sħiħ jew part i mill- assi tagħhom, u jirrapportaw dwar dan meta jirrapportaw ir- riżultati tat -test tal- istress tagħhom. Jekk possibbli, l -SGD għandhom japplikaw kundizzjonijiet tas - suq ta’ stress. Meta jirrapportaw lill -EBA, l-SGD għandhom jiddeskrivu l -assunzjonijiet/k undizzjonijiet applikabbli għat - test, bħal jekk applikawx kundizzjonijiet tas - suq taħt stress jew le u jekk iva, jipprovdu aktar dettalji. 4.73 Barra minn hekk, l- SGD għandhom jittestjaw il - ġbir ta’ kontribuzzjonijiet ex post u l- aċċess għal arranġamenti altern attivi ta’ finanzjament, irrispettivament mill- ammont tagħhom ta’ fondi ex ante . Sabiex iwettqu din il -valutazzjoni, l- SGD jistgħu jwettqu eżerċizzji ta’ simulazzjoni ta’ falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda magħżula jew iwettqu diversi testijiet b ’assunzjonijiet differenti (bħal testijiet separati għal kull sors possibbli ta’ finanzjament). L - istituzzjoni ta’ kreditu magħżula biex twettaq dawn l - eżerċizzji m’għandhiex taqa’ fil -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27 tal- linji gwida. Jekk SGD tagħżel istituzzjoni ta’ kreditu waħda għall - valutazzjoni kemm tal- kapaċitajiet operazzjonali kif ukoll ta’ finanzjament, l - SGD għandha tiżgura li tagħżel istituzzjoni ta’ kreditu b’numru ta’ depożitanti mhux inqas mit -tieni kwart ta’ istituzzjonijiet ta’ kredi tu affiljati li ma jaqgħux fil -kategorija deskritta fil-paragrafu 3.27. L-SGD għandhom, b’mod anonimizzat, jirrapportaw lill -EBA l- karatteristiċi tal -istituzzjoni ta’ kreditu li tkun intgħażlet għat -test. 4.74 Fejn il- liġi nazzjonali tipprovdi sekwenza partikol ari relatata mal- użu u t - tnaqqis tal -mezzi finanzjarji disponibbli, il-kontribuzzjonijiet ex post u l- arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi, ir- regoli applikabbli għandhom jiġu kkunsidrati fit -tfassil tat-test tal-istress. 4.75 Fejn SGD ikollha arranġament i fis- seħħ għall - aċċess ta’ arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi (AFAs) minn aktar minn sors wieħed (eż. self kummerċjali jew self mill -Istat), l-SGD għandha tittestja l - aċċess għall -fondi minn tal- inqas wieħed minn dawn is - sorsi f’ċiklu partikolari tal-ittestjar tal-istress. Is-sorsi l- oħra tal - AFAs jistgħu jiġu vvalutati mill - SGD fiċ - ċikli li jmiss. 4.76 L- SGD għandhom jivvalutaw iż - żmien biex jaċċessaw il -finanzjament minn fondi ex post u arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi. Meta jirrapportaw lil l-EBA, l- SGD għandhom jirrapportaw ukoll l- iskadenza applikabbli għall - aċċess għall - fondi applikabbli għall -intervent. L- SGD għandhom jikkunsidraw ukoll il -valutazzjoni tal- mezzi ta’ trażmissjoni għall - ġbir ta’ kontribuzzjonijiet ex post u l- aċċess għal arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi, pereżempju billi jissimulaw it -trasferiment reali tal- fondi kollha jew ta’ xi wħud minnhom lill - SGD jew permezz ta’ rieżami bbażat fuq id -dokumentazzjoni tal- proċessi interni meħtieġa. Madankollu, fejn il-mezzi ta’ trażmissjoni użati biex jinġabru kontribuzzjonijiet ex post u ex ante jkunu l-istess, l- SGD jistgħu jittestjaw il - mezzi ta’ trażmissjoni għal kontribuzzjonijiet ex ante jew ex post . Fejn ikunu nġabru kontribuzzjonijiet ex ante jew ex post fi ħdan iċ - ċiklu attwali tal-ittestjar tal-istress, l- SGD mhumiex meħtieġa jittestjaw il - mezzi ta’ trażmissjoni b’mod separat u għandhom jirrapportaw dwar l -esperjenza tal- ħajja reali. 4.77 Għall -fini tal-ittestjar tal- aċċess għall - mezzi ta’ finanzjament tagħhom, l - SGD għandhom jużaw l- indikaturi li ġejjin: i28: Valutazzjoni kwalitattiva tal - qafas ta’ governanza tal -SGD u l- proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet biex jinkiseb il - finanzjament meħtieġ għal intervent tal -SGD (kwalitattiva) i29: Valutazzjoni tal - kapaċità tal - SGD li jaċċessaw fondi ex ante billi jillikwidaw l-assi investiti bħala parti mill -mezzi finanzjarji disponibbli sal- iskadenza applikabbli għall -intervent (kwantitattiva appoġġjata minn kwalitattiva) i30: Valutazzjoni tal - kapaċità tal - SGD li tiġbor kontribuzzjonijiet ex post billi tiġbor kontribuzzjonijiet straordinarji sal- iskadenza applikabbli għall -intervent (kwantitattiva appoġġjata minn kwalitattiva) i31: Valutazzjoni tal - kapaċità tal - SGD li jaċċessaw arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi sal- iskadenza applikabbli għall - intervent (kwantitattiva appoġġjata minn kwalitattiva) 4.78 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i28, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv. 4.79 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i29, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv li jindika jekk il-fondi ex ante ġewx aċċessati sal - iskadenza applikabbli għall -intervent, flimkien ma’ spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv, u ż - żmien meħtieġ għall - aċċess tal -fondi ex ante f’jiem tax - xogħol u l - iskadenza applikabbli għall - intervent ittestjat f’jiem tax - xogħol (kwalitattivi u kwantitattivi). 4.80 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i30, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitat tiv li jindika jekk il-kontribuzzjonijiet ex post inġabrux sal - iskadenza applikabbli għall -intervent, flimkien ma’ spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv, u ż - żmien meħtieġ biex jinġabru l-kontribuzzjonijiet ex post f’jiem tax - xogħol u l -iskade nza applikabbli għall -intervent ittestjat f’jiem tax - xogħol (kwalitattivi u kwantitattivi). 4.81 Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i31, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv li jindika jekk kienx hemm aċċess għal arranġamenti ta’ finanzjament alterna ttivi sal-iskadenza applikabbli għall - intervent, akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv, u ż - żmien meħtieġ għall - aċċess ta’ arranġamenti ta’ finanzjament alternattivi f’jiem tax - xogħol u l- iskadenza applikabbli għall -intervent ittestjat f’jiem tax - xogħol (kwalitattivi u kwantitattiv). Kapaċitajiet li jikkontribwixxu għar - riżoluzzjoni, jipprevjenu l - falliment u jikkontribwixxu għall - proċedimenti ta’ insolvenza 4.82 L- SGD għandhom jivvalutaw il - kapaċitajiet operazzjonali u ta’ finanzjament tagħhom biex jikkontribwixxu għar - riżoluzzjoni u, fejn rilevanti, jużaw il - mezzi finanzjarji disponibbli tagħhom għat - twettiq ta’ interventi relatati ma’ funzjonijiet ta’ prevenzjoni ta’ falliment u kontribuzzjoni għall - proċedimenti ta’ insolvenza ki f imsemmi fil-paragrafu 3.2. 4.83 L- SGD għandhom jużaw l - indikaturi definiti kif applikabbli għat -test ewlieni rilevanti li jsir skont din il-linja gwida. L- SGD li jwettqu testijiet ewlenin relatati mal - kontribuzzjoni għar - riżoluzzjoni, il-prevenzjoni ta’ fallimenti u l- kontribuzzjoni għall - proċedimenti ta’ insolvenza jistgħu jużaw ir- riżultati u l - konklużjonijiet rilevanti li jirriżultaw mill -indikaturi applikati f’test tal-istress tal-funzjoni ta’ ħlas lura preċedenti. Dawn l - eżiti tal - passat għandhom jirriżultaw minn test tal - istress tal- funzjoni ta’ rimborż imwettaq matul iċ - ċiklu kontinwu tal -ittestjar tal-istress (jekk fattibbli) jew l- aħħar ċiklu tal -ittestjar tal-istress miksub mill- SGD. Meta jużaw l - eżiti tal -passat, l- SGD għandhom jikkunsidraw jekk hemmx il - ħtieġa li jikkomplementawhom b’valutazzjonijiet addizzjonali speċifiċi għall - kontribuzzjoni għar - riżoluzzjoni, il -prevenzjoni ta’ fallimenti jew il-kontribuzzjoni għall - proċedimenti ta’ insolvenza. Indikaturi speċifiċi 4.84 L- SGD għandhom jużaw l - indikaturi li ġejjin sabiex jittestjaw il - kapaċitajiet tagħhom li jikkontribwixxu għar - riżoluzzjoni, jipprevjenu l - fallimenti u jikkontribwixxu għall - proċedime nti ta’ insolvenza: i32: Għal kontribuzzjoni għal riżoluzzjoni, il - ħin li jkun għadda mit -talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għall - ħlas tal -kontribuzzjoni (kwalitattiva u kwantitattiva) i33: Għall -prevenzjoni ta’ fallimenti, (stima ta’) il- ħin li jkun għadda biex jitwettaq l -intervent tal-SGD (fakultattiv – kwalitattiv u kwantitattiv) i34: Għall -prevenzjoni tal-falliment, il-valutazzjoni tal-kwalità tal- proċeduri u r - riżorsi stabbiliti mill- SGD biex jiġi żgurat li l - ispejjeż tal - miżuri ma jaqbżux l -ispejje ż tat - twettiq tal -mandat statutorju jew kuntrattwali tal-SGD skont l-Artikolu 11(3)(c) tad-DSGD (kwalitattiva) i35: Għall -prevenzjoni tal-falliment, il-valutazzjoni tal-kwalità tal- proċeduri u r - riżorsi stabbiliti mill- SGD biex tagħmel il - monitoraġġ tar -ri skju tagħha fuq l -istituzzjoni ta’ kreditu aktar strett u d- drittijiet ta’ verifika tagħha akbar kif previst fl -Artikolu 11(3)(d) tad-DSGD (kwalitattiva) i36: Għall -prevenzjoni tal-falliment, valutazzjoni tal-kwalità tal- kapaċità tal - SGD għal kontribuzzjonijiet straordinarji skont l-Artikolu 11(5) tad-DSGD (kwalitattiva) i37: Għall - kontribuzzjoni għall - proċedimenti ta’ insolvenza, il - ħin li jkun għadda biex jitwettaq l-intervent tal-SGD (kwalitattiva u kwantitattiva) i38: Għall - kontribuzzjoni għall - proċedim enti ta’ insolvenza, il-valutazzjoni tal-kwalità tal-proċeduri u r - riżorsi interni stabbiliti mill - SGD biex jiġi żgurat li l - ispejjeż imġarrba mill -SGD ma jaqbżur l - ammont nett ta’ kumpens għad - depożitanti koperti skont l -Artikolu 11(6) tad-DSGD (kwalitattiva) 4.85 Meta l- fażi ta’ ppjanar kif imsemmi fil -Linja Gwida 2 u għall -fini tal-valutazzjoni tal- qasam imkejjel mill-indikatur i32, l- SGD għandhom jikkollaboraw mal -awtoritajiet tar- riżoluzzjoni biex jiddefinixxu b’mod kollaborattiv il - perjodu ta’ żmien li fih jeħtieġ li jsir il - ħlas tal -kontribuzzjoni għar - riżoluzzjoni sabiex l -awtorità tar- riżoluzzjoni tkun tista’ teżegwixxi l - miżuri ta’ riżoluzzjoni. Dan il- perjodu ta’ żmien jista’ jvarja skont ix - xenarju/l - għodda ta’ riżoluzzjoni użata. Barra minn hekk, l- EBA tħeġġeġ lill -SGD u lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jikkooperaw meta jfasslu u jeżegwixxu testijiet tal -istress tal- kontribuzzjoni għal xenarji ta’ riżoluzzjoni, pereżempju billi jwettqu eżerċizzju konġunt. Meta jirrapportaw dwar l -indikatur i32, l-SG D għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv li jindika jekk il - fondi ġewx trażmessi sal -iskadenza applikabbli, akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv, u jirrapportaw iż - żmien meħtieġ għat - trażmissjoni u l -iskadenza applikabbli għat -test (kwantitattiv). 4.86 L-applikazzjoni tal-indikatur i33 hija fakultattiva. Meta jiddeċiedu li japplikaw l -indikatur i33, l-SGD għandhom jikkomunikaw mal - awtoritajiet rilevanti biex jiddefinixxu l - qafas ta’ żmien li fih għandhom jitwettqu l - miżuri. L -SG D jistgħu jiddeterminaw ukoll dan il - perjodu ta’ żmien jekk ikun hemm mandat. L- SGD għandhom iqisu l -esperjenzi tal- ħajja reali tal -passat, jekk ikun hemm. Dan il- perjodu ta’ żmien jista’ jvarja skont ix - xenarju/il - miżura użata. Konsegwentement, l -SGD tist a’ twettaq stima tal - ħin abbażi ta’ wieħed mix - xenarji possibbli. Il-punt tat- tluq rilevanti biex jiġi kwantifikat iż - żmien li jkun għadda jiddependi mill - qafas nazzjonali applikabbli. Inter alia , dan il-punt tat- tluq jista’ jkun it -talba mill-istituzzjoni ta’ kreditu, mill- awtorità maħtura jew mill - awtorità superviżorja. Meta jirrapportaw dwar l - indikatur i33, l- SGD għandhom jispeċifikaw il -punt tat- tluq minn fejn jiġi vvalutat il - ħin li jkun għadda u r - raġunijiet li jwasslu għall - għażla ta’ dan il -punt tat- tluq. L - SGD għandhom jirrapportaw ukoll l-assunzjonijiet ewlenin tat-test. 4.87 Meta japplikaw l-indikatur i35, l- SGD għandhom jikkunsidraw l -involviment tal-awtoritajiet superviżorji f’konformità mal -Artikolu 11(3)(d) tad-DSGD u d- dispożizzjonijiet nazzjonal i applikabbli. F’dak il- każ, l - SGD għandhom jiffukaw il - valutazzjoni tagħhom biss fuq l -azzjonijiet interni li jistgħu jieħdu. 4.88 Meta japplikaw l-indikatur i36, l- SGD għandhom jiffukaw fuq il - proċessi speċifiċi li setgħu daħħlu fis - seħħ skont l -Artikolu 11(5) tad- DSGD. Jekk ma jkun ġie stabbilit l - ebda proċess speċifiku, l - SGD għandhom jirrapportaw din is -sejba biss. 4.89 Meta japplikaw l-indikatur i37, l- SGD għandhom jikkomunikaw mal - awtoritajiet rilevanti biex jiddefinixxu l - perjodu ta’ żmien li fih għandhom jitwettqu l - miżuri. L - SGD jistgħu jiddeterminaw ukoll dan il- perjodu ta’ żmien jekk ikun hemm mandat. L - SGD għandhom iqisu l -esperjenzi tal-ħajja reali tal -passat, jekk ikun hemm. Dan il- perjodu ta’ żmien jista’ jvarja skont ix - xenarju/il - miżura użata. Il -punt tat- tluq rilevanti biex jiġi kwantifikat iż - żmien li jkun għadda jiddependi mill- qafas nazzjonali applikabbli. Inter alia , dan il-punt tat- tluq jista’ jkun it -talba mill-istituzzjoni ta’ kreditu, mill- awtorità maħtura jew mill - awtorità superviżorja. 4.90 Meta jirrapportaw dwar l-indikaturi i33 u i37, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv li jindika jekk il- miżuri tmexxewx sal -iskadenza applikabbli, flimkien ma’ spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv, u jirrapportaw iż - żmien meħtieġ u l -iskadenza applikabbli għat -test (kwantitattiv). L- SGD għandhom jirrapportaw ukoll il -punt tat- tluq minn fejn jiġi vvalutat iż - żmien li jkun għadda u r - raġunijiet li jwasslu għall - għażla ta’ dan il -punt tat- tluq. Meta jirrapportaw dwar l-indikatur i38, l-SGD għandhom jispeċifikaw jekk (fil -kuntest ta’ esperjenzi tal-passat fil- ħajja reali jew għal raġunijiet ta’ tħejjija) humiex konformi mad - dispożizzjonijiet nazzjonali stabbiliti sabiex jiġi identifikat xerrej potenzjali biex jieħu f’idejh id - depożiti koperti trasferiti. 4.91 Meta jirrapportaw dwar l-indikaturi i34, i35, i36 u i38, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l - punteġġ kwalitattiv. Indikaturi oħra applikabbli 4.92 Minbarra l- indikaturi speċifiċi pprovduti fil-paragrafu 4.84, l- SGD għandhom jużaw l -indikaturi li ġejjin, li japplikaw ukoll biex jittestjaw il - funzjoni tagħhom ta’ ħlas lura. 4.93 Għall -fini tal-ittestjar tal- kapaċitajiet tagħhom li jikkontribwixxu għar - riżoluzzjoni, l -SGD għandhom jużaw l -indikatur i msemmija hawn fuq li ġejjin: i5, i6, i7, i8, i28, i29, i30 u i31. 4.94 Meta japplikaw dawn l- indikaturi għal dak il - għan, l - SGD għandhom iqisu li l -kontribuzzjoni ta’ SGD għar - riżoluzzjoni tista’ teħtieġ li tiġi eżegwita f’perjodu ta’ żmien iqsar mill -perjodu applikabbli previst biex l - ammont imħallas lura jsir disponibbli għad - depożitanti. 4.95 Meta japplikaw l-indikaturi i6 u i7, l- SGD għandhom jivvalutaw l -adegwatezza tal-persunal addizzjonali, il- baġit u riżorsi oħra bil - għan li jipprovdu l - kontribuzzjoni tagħhom f’qafas ta’ żmien kompatibbli mal - ħtiġijiet tal - proċeduri ta’ riżoluzzjoni. L - SGD għandhom jikkomunikaw mal- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiddefinixxu dan il - perjodu ta’ żmien li jista’ jvarja skont ix - xenarju u l - għodda ta’ riżoluzzjoni użati. 4.96 L-S GD għandhom japplikaw l -indikatur i8 biss jekk jużaw sistemi tal - IT għajr dawk użati fil - kuntest tal- funzjoni tagħhom ta’ ħlas lura. Meta japplikaw l -indikatur i8, l- SGD għandhom jivvalutaw is-sigurtà tas-sistemi tal- IT li huma kruċjali għall -fini li jikko ntribwixxu għal riżoluzzjoni fil - ħin. 4.97 Meta japplikaw l-indikatur i28, l- SGD għandhom iqisu d - dispożizzjonijiet legali, kuntrattwali jew statutorji nazzjonali (jekk ikun hemm) relatati mal-governanza tal-SGD u l- proċess tat - teħid tad- deċiżjonijiet speċifiċi għall -kuntest tal- kontribuzzjoni għar - riżoluzzjoni. 4.98 Għall -fini tal-ittestjar tal- kapaċitajiet tagħhom biex jipprevjenu l -fallimenti, l- SGD għandhom jużaw l - indikaturi msemmija hawn fuq li ġejjin: i5, i6, i7, i8, i28 u i29. 4.99 Meta japplikaw l-indikatur i6, l- SGD għandhom jivvalutaw l -adegwatezza tal- persunal eżistenti għall -fini tal-kwantifikazzjoni tal- ispejjeż tal -interventi tal-SGD kif previst fl-Artikolu 11(3) tad-DSGD. 4.100 Meta japplikaw l-indikatur i7, l- SGD għandhom jivvalutaw l -adegwatezza tal-persunal ad dizzjonali għall -fini tal-kwantifikazzjoni tal- ispejjeż tal -interventi tal-SGD kif previst fl-Artikolu 11(3) tad-DSGD. 4.101 L- SGD għandhom japplikaw l -indikatur i8 biss jekk jużaw sistemi tal - IT għajr dawk użati fil - kuntest tal- funzjoni tagħhom ta’ ħlas lura. M eta japplikaw l-indikatur i8, l- SGD għandhom jivvalutaw is-sigurtà tas-sistemi tal- IT li huma kruċjali għall -fini tal-kwantifikazzjoni tal- ispejjeż tal-interventi tal-SGD kif previst fl-Artikolu 11(3) tad-DSGD. 4.102 Meta japplikaw l-indikatur i28, l- SGD għandhom iqisu d - dispożizzjonijiet legali, kuntrattwali jew statutorji nazzjonali (jekk ikun hemm) relatati mal-governanza tal-SGD u l- proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet speċifiċi għall -kuntest tal-prevenzjoni ta’ fallimenti. 4.103 Għall -fini tal-ittestjar tal- kapaċitajiet tagħhom biex jipprevjenu l -fallimenti, l- SGD jistgħu japplikaw ukoll l-indikaturi i30 u i31 fuq bażi volontarja, b’mod konsistenti mad - dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli. 4.104 Għall -fini tal-ittestjar tal- kapaċitajiet tagħhom li jikkontribwixxu għal l- proċedimenti ta’ insolvenza, l- SGD għandhom jużaw l - indikaturi li ġejjin imsemmija hawn fuq: i5, i6, i7, i8, i28 u i29. 4.105 Meta japplikaw l-indikatur i7, l- SGD għandhom jivvalutaw l -adegwatezza tal-persunal addizzjonali għall -fini tal-kwantifikazzjoni tal-i spejjeż tal -interventi tal-SGD kif previst fl-Artikolu 11(6) tad-DSGD. 4.106 L- SGD għandhom japplikaw l -indikatur i8 biss jekk jużaw sistemi tal - IT għajr dawk użati fil - kuntest tal- funzjoni tagħhom ta’ ħlas lura. Meta japplikaw l -indikatur i8, l- SGD għandhom jivvalutaw is-sigurtà tas-sistemi tal- IT li huma kruċjali għall -fini tal-kwantifikazzjoni tal- ispejjeż tal-interventi tal-SGD kif previst fl-Artikolu 11(6) tad-DSGD. 4.107 Meta japplikaw l-indikatur i28, l- SGD għandhom iqisu d - dispożizzjonijiet legali, kuntrattwali jew statutorji nazzjonali (jekk ikun hemm) relatati mal-governanza tas-SGD u l- proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet speċifiċi għall -kuntest tal- kontribuzzjoni għall - proċedimenti ta’ insolvenza. 4.108 Għall -fini tal-ittestjar tal- kapaċitajiet tagħhom li jikkontribwixxu għall - proċedimenti ta’ insolvenza, l- SGD jistgħu japplikaw ukoll l -indikaturi i30 u i31 fuq bażi volontarja, b’mod konsistenti mad- dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli. Xenarji ta’ stress addizzjonali u indikaturi addizzjonali Xenarji ta’ stress addizzjonali 4.109 L- SGD għandhom jikkunsidraw li jżidu saff ieħor ta’ kumplessità u stress ma’ wieħed jew aktar mit- testijiet ewlenin, billi jżidu mat - test ewlieni magħżul xenarju “speċjali” bi sfidi severi ta’ kontinwità tan- negozju jew ċirkostanzi esterni li jġibu stress żejjed għal SGD biex twettaq il - funzjonijiet tagħha. 4.110 Lista mhux eżawrjenti ta’ eżempji ta’ tali xenarji tinkludi: żborżi multipli ta’ SGD fl - istess ħin, stress ekonomiku u l- ebda kapaċità ta’ likwidazzjoni jew ġbir ta’ fondi fis - suq, kw istjonijiet tal-IT/operazzjonali fl- SGD jew istituzzjoni ta’ kreditu falluta, ċirkostanzi esterni li jaffettwaw l-operazzjonijiet tal- SGD, bħal epidemija/pandemija, qtugħ tal - enerġija, interruzzjoni fl - internet u strajk. Meta jirrapportaw lill-EBA, l-SGD g ħandhom jiddeskrivu t -tfassil tat-test u x - xenarju magħżul. 4.111 Meta japplikaw xenarju ta’ stress addizzjonali bħal dan, l - SGD għandhom jużaw l -indikatur li ġej: i39: Il - kapaċità tal -SGD li tindirizza l-isfidi tal-kontinwità tan- negozju jew iċ - ċirkostanzi este rni li joħolqu aktar stress fit - twettiq tal - funzjonijiet tagħha (kwalitattiva) Oqsma u indikaturi fuq inizjattiva proprja, awtożviluppati 4.112 L- SGD jistgħu jiżviluppaw – fuq bażi volontarja – indikaturi addizzjonali fuq inizjattiva proprja biex jivvalutaw oqsma oħra minbarra dawk inklużi fil - linji gwida. SGD tista’ żżid tali indikaturi addizzjonali għal aspetti li l - SGD tqis rilevanti meta tivvaluta l - kapaċitajiet tagħha u li jiġu vvalutati matul iċ - ċiklu applikabbli tal -ittestjar tal- istress. Din hija għażla volontarja. L- għan ta’ din l- għażla huwa li l - SGD jingħataw flessibbiltà biex jittestjaw u jirrapportaw dwar dawk l- aspetti li SGD tqis rilevanti għas - sitwazzjoni tagħha. L - inklużjoni ta’ dawn l - oqsma fir - rapporti tat-testijiet tal-istress li huma sottomessi lill-EBA tipprovdi lill- EBA u lil SGD oħrajn ħarsa lejn tali aspetti għal rieżamijiet futuri bejn il -pari. 4.113 Meta jirrapportaw dwar tali indikaturi, l- SGD għandhom jirrapportaw punteġġ kwalitattiv, akkumpanjat minn spjegazzjoni li tiġġustifika l- punteġġ kwalitattiv, u jekk applikabbli, informazzjoni kwantitattiva.
6 Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ta s-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l- aċċess għall -attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s- superviżjoni prudenzjali tal -istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id -Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338). 7 EBA/GL/2016/02. 8 F’konformità mal-Artikolu 14(3) tad-DSGD. 9 Ara l-att iddelegat adottat mill- Kummissjoni skont l -Artikoli 104(4) u 115 tad-Direttiva 2014/59/UE.
|