+Rekwiżiti għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru
---+27. Għall -kalibrazzjoni tal- qafas tal -indikaturi, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn li …
---+28. Istituzzjoni għandha tkun kapaċi tispjega lill - awtorità kompetenti kif ġew iddeterminati l - …
---+29. L-adegwatezza tal-kalibrazzjonijiet tal-indikaturi tal- pjan ta’ rkupru għandha tkun …
---+30. L- awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw miżuri ta’ …
---+31. L-awtorit ajiet kompetenti jistgħu jaqblu mal - aġġornament tal -kalibrazzjoni tal-indikaturi …

Rekwiżiti għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru

Rekwiżiti għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
27. Għall -kalibrazzjoni tal- qafas tal -indikaturi, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn li …

Għall -kalibrazzjoni tal- qafas tal -indikaturi, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn li ġejjin:

  • a. Il- kapaċità kumplessiva tal -irkupru tal- opzjonijiet disponibbli: istituzzjonijiet b’kapaċità kumplessiva tal- irkupru aktar limitata għandhom jikkunsidraw ksur aktar bikri tal -indikaturi tal-pjan ta’ rkupru sabiex jimmassimizzaw il-probabbiltà li l-implimentazzjoni tal-opzjonjiet ta’ rkupru aktar limitati tirnexxi.
  • b. Il- perjodu ta’ żmien u l -kumplessità tal-implimentazzjoni tal-opzjonijiet ta’ rkupru, b’kunsiderazzjoni tal- arranġamenti ta’ governanza, l -approvazzjonij iet regolatorji meħtieġa fil - ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha u l - impedimenti operattivi potenzjali għall - eżekuzzjoni. L - istituzzjonijiet li jiddependu fuq opzjonijiet li huma aktar kumplessi biex jiġu esegwiti u li possibbilment jieħdu aktar ħin biex jiġu implimentati għandu jkollhom indikaturi kkalibrati kif meħtieġ b’mod aktar konservattiv, sabiex jippermettu twissija biżżejjed minn qabel.
  • c. F’liema stadju tal- kriżi l - opzjoni ta’ rkupru tista’ realistikament tintuża b’mod effettiv. Filwaqt li tikkunsidra dan l-aspett, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra l - fatt li għal uħud mit -tipi ta’ opzjonijiet jista’ jkun diffiċli li jinkisbu l - benefiċċji kollha aktar tard fis - sitwazzjoni ta’ stress għall - kuntrarju tal- implimentazzjoni bikrija. Pereżempju, fil - każ tal - opzjoni ta’ rkupru ta’ “ż - żieda tal - kapital fis- suq” istituzzjoni għandha tikkunsidra jekk u meta dan jista’ realistikament jinkiseb. L - istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu li hemm mnejn isir aktar diffiċli li jiżdied il -kapital estern aktar ma l-istitu zzjoni tkun qrib li tikser ir - rekwiżiti tal - kapital tagħha.
  • d. Ir-ritmu tad- deterjorament fi kriżi. L - istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu li, filwaqt li r -ritmu tad- deterjorament se jiddependi finalment miċ - ċirkostanzi speċifiċi tal - kriżi, il - profili speċifiċi tal - istituzzjonijiet, inklużi iżda mhux limitati għall -istituzzjonijiet b’mudell tan- negozju inqas diversifikat kif ukoll ċirkostanzi individwali oħrajn, jistgħu jirriżultaw f’deterjorament aktar rapidu tal- pożizzjoni finanzjarja tal -istituzzjoni u f ’perjodu ta’ żmien iqsar disponibbli għall - implimentazzjoni tal-opzjonijiet ta’ rkupru. F’dan ir-rigward, l- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll li jużaw indikaturi li juru d - deterjorament matul iż - żmien sabiex jidentifikaw sitwazzjonijiet li fihom iseħħ deterjorament rapidu u sostanzjali tal - pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni (eż. kapital). Barra minn hekk, il - monitoraġġ tal - bidla f’metrika għandu jiġi meqjus fejn ikun diffiċli li jiġi definit punt uniku fiż - żmien fejn teħtieġ issir eskalazzjo ni.
  • e. Il- qafas ta’ ġestjoni tar -riskju tal- istituzzjoni (inkluż l -ICAAP) u l- qafas tal - aptit għar -riskju. Istituzzjoni għandha tiżgura li l -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru tkun konsistenti mal- ġestjoni tar -riskju u l- qafas tal - aptit għar -ris kju tagħha (eż. qafas ta’ twissija bikrija, pjanijiet ta’ kontinġenza u ta’ kontinwità tan -negozju).
28. Istituzzjoni għandha tkun kapaċi tispjega lill - awtorità kompetenti kif ġew iddeterminati l - …

Istituzzjoni għandha tkun kapaċi tispjega lill - awtorità kompetenti kif ġew iddeterminati l - kalibrazzjonijiet tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru u turi li l- livelli limiti jintlaħqu kmieni biżżejjed biex ikunu effettivi.

29. L-adegwatezza tal-kalibrazzjonijiet tal-indikaturi tal- pjan ta’ rkupru għandha tkun …

L-adegwatezza tal-kalibrazzjonijiet tal-indikaturi tal- pjan ta’ rkupru għandha tkun immonitorjata regolarment u, skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, aġġornata mill - inqas kull sena jew aktar frekwenti fejn l- aġġornament, kif propost mill - istituzzjoni, ikun meħtieġ minħabba bidla fis - sitwazzjoni finanzjarja u kummerċjali tal - istituzzjoni. Kwalunkwe aġġornament fil -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal- pjan ta’ rkupru għandu jkun notifikat, spjegat u ġustifikat fil -pront u kif dovut lill-awtorità kompetenti. Tali aġġornament għandu jiġi maqbul mill - awtoritajiet kompetenti waqt li jagħmlu l - valutazzjoni tagħhom tal -pjan ta’ rkupru.

30. L- awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw miżuri ta’ …

L- awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw miżuri ta’ salvataġġ temporanji fil- każ ta’ kriżi sistematika bil - għan li jtaffu l - piżijiet regolatorji li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il - kapaċità tal -istituzzjonijiet li jkomplu jsostnu l-ekonomija reali. B’kunsiderazzjoni tan-natura temporanja u l- għan speċifiku ta’ dawk il - miżuri ta’ salvataġġ superviżorji u ta’ riżoluzzjoni, l - għoti tagħhom m’għandu jirriżulta fl - ebda bidla awtomatika għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru tal-istituzzjonijiet.

31. L-awtorit ajiet kompetenti jistgħu jaqblu mal - aġġornament tal -kalibrazzjoni tal-indikaturi …

L-awtorit ajiet kompetenti jistgħu jaqblu mal - aġġornament tal -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru f’każijiet ġustifikati kif dovut bħal dawn li ġejjin:

  • a. L-indikaturi kkalibrati mill- ġdid jikkonformaw mar - rekwiżiti ġenerali għall -kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru kif spjegat fil-paragrafu 27.
  • b. Dawk il-bidliet jirriflettu bidliet fil- profil kummerċjali u finanzjarju tal -istituzzjoni u huma allinjati mal- ġestjoni tar -riskju intern u l- qafas tal - aptit għar -riskju tal-istituzzjoni.
  • c. Il-kalibrazzjoni mill- ġdid ma tmurx kontra l - għanijiet tal - miżuri ta’ salvataġġ superviżorji.
  • d. L-indikaturi tal- kapital huma f’kull ħin ikkalibrati f’livelli li jaqbżu l -ammont rilevanti ta’ fondi proprji meħtieġa skont il - Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar -Regolament (UE) Nru 575/2013, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 u punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE kif rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/