+15. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid -Direttiva (UE) Nru …

15. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid -Direttiva (UE) Nru …

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid -Direttiva (UE) Nru 2019/2034 u fir-Regolament (UE) Nru 2033/2019 għandhom l -istess tifsira fil-linji gwida. Barra minn hekk, għall -finijiet ta’ dawn il-linji gwida, japplikaw id- definizzjonijiet li ġejjin:

Azzjonisttfisser persuna li tippossjedi ishma f’ditta tal-investiment jew, skont il-forma legali ta’ ditta tal-investiment, sidien jew membri oħrajn tad -ditta tal-investiment.
Detenturi ta’ funzjonijiet ewlenintfisser persuni li għandhom influwenza sinifikanti fuq id -direzzjoni tad-ditta tal- investiment, iżda li la huma membri tal -korp maniġerjali u lanqas is -CEO. Dawn jinkludu l-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u s-CFO, fejn dawn ma jkunux membri tal- korp maniġerjali, u, fejn ikunu identifikati skont approċċ ibbażat fuq ir -riskju minn ditti tal-investiment rilevanti, titolari ta’ funzjonijiet ewlenin oħra. Detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin oħra jistgħu jinkludu k apijiet ta’ linji tan- negozju sinifikanti, fergħat taż - Żona Ekonomika Ewropea/tal- Assoċjazzjoni Ewropea tal - Kummerċ Ħieles, sussidjarji ta’ pajjiżi terzi u funzjonijiet interni oħra.
Direttorattfisser pożizzjoni bħala membru tal -korp maniġerjali ta’ ditta tal - investiment jew ta’ entità ġuridika oħra.
Ditti tal-investiment elenkatitfisser ditti tal-investiment li l- istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan - negozjar f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fil-paragrafi (21) u (22) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/65/UE, fi Stat Membru wieħed jew aktar5 .
Kapaċità tar -riskjutfisser il-livell massimu ta’ riskju li ditta tal- investiment kapaċi tassumi fid-dawl tal- bażi kapitali tagħha, il- kapaċitajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar- riskju tagħha, u l -limitazzjonijiet regolatorji tagħha.
Kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll interntfisser il-persuni fl- ogħla livell ġerarkiku inkarigati mill - ġestjoni effettiva tal-operat ta’ kuljum tal-funzjonijiet indipendenti tal-ġestjoni tar -riskju, tal-konformità u tal-awditjar intern.
Konsolidament prudenzjalitfisser l-applikazzjoni tar-regoli prudenzjali stabbiliti fl-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/20336
Kultura tar-riskjutfisser in-normi, l-attitudnijiet u l- imġiba ta’ ditta tal -investiment relatati mas- sensibilizzazzjoni għar -riskju, it- teħid ta’ riskji u l - ġestjoni tar -riskji, u l-kontrolli li jsawru d- deċiżjonijiet dwar ir - riskji. Il-kultura tar-riskju tinfluwenza d- deċiżjonijiet tal - maniġment u tal - impjegati waqt l - attivitajiet ta’ kuljum tagħhom u għandha impatt fuq ir -riskji li jassumu.
L- impriża prinċipali tal -Unjonitfisser ditta tal- investiment prinċipali tal -Unjoni, kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal - Unjoni li hija meħtieġa tikkonforma mar- rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq is -sitwazzjoni konsolidata f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/2033.
Persunaltfisser l-impjegati kollha ta’ ditta tal-investiment u s-sussidjarji tagħha fuq bażi konsolidata u l -membri kollha tal-korpi maniġerjali rispettivi tagħhom fil - funzjoni maniġerjali tagħhom u fil- funzjoni superviżorja tagħho m.
Predispożizzjoni għar -riskjutfisser il-livell aggregat u t-tipi ta’ riskju li ditta tal-investiment hija lesta tassumi fil- kapaċità għar - riskju tagħha, f’konformità mal - mudell kummerċjali tagħha, biex tilħaq l - objettivi strateġiċi tagħha.
Uffiċjal kap eżekuttiv (CEO)tfisser il-persuna li hija responsabbli mill- ġestjoni u mit -tmexxija tal- attivitajiet kummerċjali globali ta’ ditta tal -investiment.
Uffiċjal kap finanzjarju (CFO)tfisser il-persuna li hija globalment responsabbli mill- ġestjo ni tal-attivitajiet li ġejjin: il - ġestjoni tar - riżorsi finanzjarji, l -ippjanar finanzjarju u r-rapportar finanzjarju.

5 Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is- swieq fl -istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

6 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall -RTS dwar il-konsolidazzjoni tad-ditti tal-investiment skont id-Direttiva (UE) 2019/2034

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/