+70. Id-ditti tal- investiment għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment …
|
70. Id-ditti tal- investiment għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment …
Id-ditti tal- investiment għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux trasparenti. Id-ditti tal- investiment għandhom iqisu fit - teħid tad - deċiżjonijiet tagħhom ir- riżultati ta’ valutazzjoni tar - riskju mwettqa biex jiġi identifikat jekk dawn l - istrutturi jistgħux jintużaw għal skop marbut mal - ħa sil tal-flus, il-finanzjament tat- terroriżmu jew ma’ reati finanzjarji oħra kif ukoll il -kontrolli u l- qafas legali rispettivi stabbiliti17 . Għal dan il - għan, id - ditti tal- investiment għandhom iqisu, bħala minimu: - a. il-punt sa fejn il- ġuriżdizzjoni li fiha se tiġi stabbilita l -istruttura tikkonforma b’mod effettiv mal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali dwar it-trasparenza fiskali, il-ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u kontra l-finanzjament tat- terroriżmu18 ;
- b. il-punt sa fejn l-istruttura sservi skop ekonomiku u legali ovvju;
- c. il-punt sa fejn l- istruttura tista’ tintuża biex tinħeba l -identità tas- sid benefiċjarju aħħari;
- d. il-punt sa fejn it-talba tal- klijent li twassal għall -istabbiliment possibbli ta’ struttura toħloq tħassib;
- e. jekk l- istruttura tistax tfixkel sorveljanza xierqa mill - korp maniġerjali tad -ditta tal-investiment jew il- kapaċità tad -ditta tal- investiment li tiġġestixxi r -riskju relatat; u
- f. jekk l- istruttura toħloqx ostakli għas - superviżjoni effettiva mill -awtoritajiet kompetenti.
17 Għal aktar dettalji dwar il -valutazzjoni tar-riskju tal- pajjiż u r - riskju assoċjat ma’ prodotti u klijenti individwali, id -ditti tal- investiment għandhom jirreferu wkoll għal - linji gwida konġunti dwar il -fatturi ta’ riskju ML/TF (EBA GL JC/2017/37) li attwalment qed jiġu rieżaminati. 18 Ara wkoll ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall -azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r -riskju tal- ħasil tal -flus u tal-finanzjament tat- terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi: https://eba.europa.eu/regulation -and-policy/anti-money-laundering-and-e-money/rts-on-the-implementation-of-group-wide-aml/cft-policies-in-third-countries
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|