+6.3 Strutturi kumplessi u attivitajiet atipiċi jew mhux trasparenti
---+70. Id-ditti tal- investiment għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment …
---+71. Fi kwalunkwe każ, id -ditti tal- investiment ma għandhomx jistabbilixxu strutturi opaki jew …
---+72. Meta jistabbilixxi tali strutturi, il- korp maniġerjali għandu jifhimhom u l - għan tagħhom u r …
---+73. Id-ditti tal- investiment għandhom jiddokumentaw id - deċiżjonijiet tagħhom u jkunu kapaċi …
---+74. Il- korp maniġerjali għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu evitati jew …
---+75. Dawn l-istrutturi u l- attivitajiet, inkluża l - konformità tagħhom mal - leġiżlazzjoni u mal - …
---+76. Id-ditti tal- investiment għandhom jieħdu miżuri effettivi ta’ ġestjoni tar - riskju meta …
|
6.3 Strutturi kumplessi u attivitajiet atipiċi jew mhux trasparenti
6.3 Strutturi kumplessi u attivitajiet atipiċi jew mhux trasparenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
70. Id-ditti tal- investiment għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux trasparenti. Id-ditti tal- investiment għandhom iqisu fit - teħid tad - deċiżjonijiet tagħhom ir- riżultati ta’ valutazzjoni tar - riskju mwettqa biex jiġi identifikat jekk dawn l - istrutturi jistgħux jintużaw għal skop marbut mal - ħa sil tal-flus, il-finanzjament tat- terroriżmu jew ma’ reati finanzjarji oħra kif ukoll il -kontrolli u l- qafas legali rispettivi stabbiliti17 . Għal dan il - għan, id - ditti tal- investiment għandhom iqisu, bħala minimu: - a. il-punt sa fejn il- ġuriżdizzjoni li fiha se tiġi stabbilita l -istruttura tikkonforma b’mod effettiv mal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali dwar it-trasparenza fiskali, il-ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u kontra l-finanzjament tat- terroriżmu18 ;
- b. il-punt sa fejn l-istruttura sservi skop ekonomiku u legali ovvju;
- c. il-punt sa fejn l- istruttura tista’ tintuża biex tinħeba l -identità tas- sid benefiċjarju aħħari;
- d. il-punt sa fejn it-talba tal- klijent li twassal għall -istabbiliment possibbli ta’ struttura toħloq tħassib;
- e. jekk l- istruttura tistax tfixkel sorveljanza xierqa mill - korp maniġerjali tad -ditta tal-investiment jew il- kapaċità tad -ditta tal- investiment li tiġġestixxi r -riskju relatat; u
- f. jekk l- istruttura toħloqx ostakli għas - superviżjoni effettiva mill -awtoritajiet kompetenti.
17 Għal aktar dettalji dwar il -valutazzjoni tar-riskju tal- pajjiż u r - riskju assoċjat ma’ prodotti u klijenti individwali, id -ditti tal- investiment għandhom jirreferu wkoll għal - linji gwida konġunti dwar il -fatturi ta’ riskju ML/TF (EBA GL JC/2017/37) li attwalment qed jiġu rieżaminati. 18 Ara wkoll ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall -azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r -riskju tal- ħasil tal -flus u tal-finanzjament tat- terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi: https://eba.europa.eu/regulation -and-policy/anti-money-laundering-and-e-money/rts-on-the-implementation-of-group-wide-aml/cft-policies-in-third-countries
|
|
71. Fi kwalunkwe każ, id -ditti tal- investiment ma għandhomx jistabbilixxu strutturi opaki jew …
|
Fi kwalunkwe każ, id -ditti tal- investiment ma għandhomx jistabbilixxu strutturi opaki jew kumplessi bla bżonn li ma għandhom l - ebda raġuni ekonomika ċara jew skop legali, jew strutturi li jistgħu jqajmu tħassib li dawn jistgħu jinħolqu għal skop ma rbut ma’ kriminalità finanzjarja.
|
|
72. Meta jistabbilixxi tali strutturi, il- korp maniġerjali għandu jifhimhom u l - għan tagħhom u r …
|
Meta jistabbilixxi tali strutturi, il- korp maniġerjali għandu jifhimhom u l - għan tagħhom u r -riskji partikolari assoċjati magħhom u jiżgura li l -funzjonijiet ta’ kontroll intern huma involuti kif xieraq. Dawn l -istrutturi għandhom jiġu approvati u jinżammu biss meta l - għan tagħhom ikun ġie definit u mifhum b’mod ċar, u meta l - korp maniġerjali jkun sodisfatt li jkunu ġew identifikati r- riskji materjali kollha, inkluż ir - riskji għar -reputazzjoni, li r- riskji kollha jistgħu jiġu ġestiti b’mod effettiv u jiġu rapportati b’mod xieraq, u li tkun ġiet żgurata sorveljanza effettiva. Aktar mal-istruttura organizzazzjonali u operattiva tkun kumplessa u opaka, u akbar ma jkunu r-riskji, aktar għandha tkun intensiva s -sorveljanza tal-istruttura.
|
|
73. Id-ditti tal- investiment għandhom jiddokumentaw id - deċiżjonijiet tagħhom u jkunu kapaċi …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom jiddokumentaw id - deċiżjonijiet tagħhom u jkunu kapaċi jiġġustifikaw id - deċiżjonijiet tagħhom lill -awtoritajiet kompetenti.
|
|
74. Il- korp maniġerjali għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu evitati jew …
|
Il- korp maniġerjali għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu evitati jew jittaffew ir-riskji ta’ attivitajiet f’dawn l-istrutturi. Dan jinkludi l- iżgurar li: - a. id-ditta tal- investiment jkollha politiki u proċeduri adegwati u proċessi dokumentati stabbiliti (eż. limiti applikabbli u flussi ta’ informazzjoni) għall -konsiderazzjoni, il-konformità, l-approvazzjoni u l- ġestjoni tar - riskju ta’ tali attivitajiet, filwaqt li jitqiesu l - konsegwenzi għall -istruttura organizzazzjonali u operattiva tal-grupp, il-profil tar-riskju tagħha u r - riskju għar - reputazzjoni tagħha;
- b. informa zzjoni li tikkonċerna dawn l -attivitajiet u r- riskji tagħhom hija aċċessibbli għall - impriża prinċipali tal - Unjoni kif ukoll għall - awdituri interni u esterni u tiġi rrapportata lill- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u lill -awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni; u
- c. id-ditta tal- investiment teżamina perjodikament il - ħtieġa li jkomplu jinżammu tali strutturi.
|
|
75. Dawn l-istrutturi u l- attivitajiet, inkluża l - konformità tagħhom mal - leġiżlazzjoni u mal - …
|
Dawn l-istrutturi u l- attivitajiet, inkluża l - konformità tagħhom mal - leġiżlazzjoni u mal - istandards professjonali, għandhom ikunu soġġetti għal rieżami regolari. Meta tiġi stabbilita funzjoni ta’ awditjar intern, din għandha twettaq ir - rieżami fuq approċċ ibbażat fuq ir -riskju.
|
|
76. Id-ditti tal- investiment għandhom jieħdu miżuri effettivi ta’ ġestjoni tar - riskju meta …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom jieħdu miżuri effettivi ta’ ġestjoni tar - riskju meta jwettqu attivitaj iet atipiċi jew mhux trasparenti għall - klijenti (eż. jgħinu lill -klijenti jistabbilixxu veikoli f’ġurisdizzjonijiet offshore, jiżviluppaw strutturi kumplessi, jiffaċilitawlhom tranżazzjonijiet jew jipprovdulhom servizzi fiduċjarji) li joħolqu sfidi simili ta’ governanza interna u joħolqu riskji operattivi u għar -reputazzjoni sinifikanti. B’mod partikolari, id-ditti tal-investiment għandhom janalizzaw ir - raġuni għaliex il -klijent irid jistabbilixxi struttura partikolari.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|